Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 | illum Jurgen Balzan jirbaħ il-kategorija U19 l-Major ta' Rochefort l-Belġju minn Cristian Antony Muscat FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organizzat, il-Major ta' Rochefort ġewwa l-Belġju. Dan it-tournament internazzjonali u prestiġjuż ġie organizzat mill-klabb Belġjan Rochefort TS. Jurgen Balzan rebaħ il-kategorija ta' taħt id- 19-il sena. Balzan rebaħ il-finali kontra l-Belġjan Maxime Rairoux bl-iskor ta' 3-2. Dan is-suċċes wasal ftit wara li fix- xahar ta' Diċembru kien ir-rebbieħ tal-Major tal-Italja. Jurgen Balzan li għad għandu biss 17-il sena huwa plejer li qed jipprometti u infatti bħalissa qiegħed ikklassifikat fl-ewwel post fir-rankings tad- dinja fil-kategorija ta' taħt id-19-il sena. Fil-kategorija tal-Open ħadu sehem sitt plejers Maltin. Derek Conti u Massimo Cremona waslu sal-kwarti tal-finali fejn inqalgħu kontra Carlos Flores u Luca Colangelo rispettivament. Samuel Bartolo ġie eliminat mal-aħħar 16, Joseph Borg Bonaci mal- aħħar 32, Hansel Mallia fil-Barrages u sfortunatament Josef Camilleri m'għaddiex mill-grupp. Ir-rebbieħ ta' din il- kategorija kien l-Ispanjol Carlos Flores. Fil-kategorija tal-veterani Charlie Aquilina kellu prestazzjoni tajba fejn infatti kien finalist. Aquilina lagħab il-finali kontra Gianfranco Calonico u tilef bis- 'sudden death' 2-1. Mario Camilleri wasal sal-kwarti tal-finali fejn inqala' mal-istess Charlie Aquilina. Jason Pisani ġie eliminat mal-aħħar 16 u sfortunatament Joseph Mifsud u John Zammit m'għaddewx mill-grupp. Fil-kompetizzjoni tat- timijiet ħadu sehem Valletta Subbuteo Club u Bormla Subbuteo Club. Valletta Subbuteo Club kien iffurmat minn Derek Conti, Mario Camilleri, Samuel Bartolo, Joseph Borg Bonaci, Pascal Scheen, Jurgen Balzan, Axel Donval u Melina Scheen. Valletta Subbuteo Club sfaw eliminati mal-aħħar 16 wara li tilfu mat-tim Taljan Bologna Tigers. Bormla Subbuteo Club kieniffurmatminnCharlie Aquilina, Josef Camilleri, Joseph Mifsud, George Ebejer u Vincent Guyaux. Bormla Subbuteo Club ġew eliminati fil-barrages. It-tim rebbieħ kien it-tim Taljan ta' Reggio Emilia. Ritratt - Steve Closset Photographic sehem sitt plejers Conti u Massimo prestazzjoni tajba fejn inqala' mal-istess Charlie Aquilina. Jason Pisani Valletta Subbuteo Club u Bormla Axel Donval u Melina Aquilina, Josef Camilleri, Ritratt - Steve Closset Photographic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019