Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587
Aħbarijiet 6 JIDHER biċ-ċar li l-pjanijiet għar-reklamazzjoni għall- art f 'diversi żoni madwar Malta se jqajmu dibattitu qawwi f 'pajjiżna. Bħal-lum ġimgħa, f 'sala ppakkjata fix-Xgħajra, ir-residenti tal-lokalità għamluha ċara li huma kontra kull forma ta' reklamazzjoni ta' art li se tkun qiegħda tbiddel il-kosta naturali tax-Xgħajra. Minkejja dan it-tħassib serju min-naħa tar-residenti, s'issa għadu m'hemmx konferma uffiċjali li r-reklamazzjoni tal-art se sseħħ f 'din il-lokalità. It-tħassib kien imqanqal minn mappa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li ppubblikat il-gazzetta oħt MaltaToday fl-aħħar tas-sena 2018. Skont din il-mappa, il- kosta li testendi mix-Xgħajra sa Portomaso, f 'San Ġiljan, hi waħda miż-żoni ideali għar- reklamazzjoni tal-art. Fid-dawl ta' dan kollu, din il-ġimgħa l-ILLUM niżlet fir-raħal żgħir u seren tax- Xgħajra, bl-għan li titkellem mar-residenti fuq din il- kwistjoni. Apparti minn hekk din il-gazzetta tkellmet ma' diversi nies oħra fuq din il-kwistjoni, fosthom is- Sindku tax-Xgħajra Anthony Valvo, Sandro Chetcuti, u Andrè Callus mill-Moviment Graffitti. 'Ix-Xgħajra kien hawn posidonia, imma qerduha bl- affarijiet li tefgħu' Resident li tkellem ma' din il-gazzetta saħaq li, "reklamazzjoni għal art fix- Xgħajra se tkun l-aħħar daqqa ta' ħarta għal-lokalità." Ir-raġel, li hu wkoll għaddas attiv f 'din il-lokalità qal li, "Allaħares issir. Din iż-żona diġà ġiet affettwata bil-proġett ta' Smart City u l-proġett tal-Impjant tad-drenaġġ ta' Barkat. Għandi 49 sena u ili mill-1987 ninżel nogħdos hawnhekk biċ- ċilindri. Nista' ngħid li matul iż-żmien hawnhekk inbidel totalment." Għaddas ieħor li tkellem ma' din il-gazzetta saħaq li, "intqal li hawn diversi żoni għar-reklamazzjoni u l-iżjed waħda preferita hi dik f 'Baħar iċ-Ċagħaq. Imma hemmhekk qalu li hemm ħafna tħassib rigward il-qerda tal-posidonia. L-Ironija li hawnhekk kien hawn posidonia imma bl- affarijiet li ntefgħu fil-baħar meta nbena Ta' Barkat, qatlu kulm'hemm," sostna dan ir- resident tax-Xgħajra. Hu kompla jgħid, "ma tridx tkun xi ġenju ta, biex tinduna bil-qerda li saret hawnhekk. Jiena ilni żmien nogħdos. Il- ħaxix din is-sena maħruq kien u anke n-nies li normalment jiġu jgħumu hawn, kulħadd innota li l-baħar ma kienx l-istess din is-sena. Qabel kont nara l-baħar mimli bekkum, sriedak il-baħar, artiklu, u ħafna speċi oħra. Illum kważi xejn," temm jgħid dan ir- resident. Dan l-istess punt qam ukoll f 'konverżazzjoni simili li din il-gazzetta kellha ma' għaddas ieħor li min-naħa tiegħu spjega kif din iż-żona nbidlet matul iż-żmien. B'ton nostalġiku dan ir-raġel anzjan jibda jirrakkonta: "Ilni ngħum u nogħdos bin-nifs ħajti kollha. Kemm niftakar aktar ġid hawnhekk! Ara, qiegħed tarah dak il- banju hemmhekk (jipponta lejn biċċa qatgħa fil-blat)? Qabel kien ikun kollu mimli mzazen, gambli, u budakkri. Kont naqbad il-qarnit minn pied ilma. Mur arah issa. Vojt. Spiċċa kollox hawn, u jekk jitfgħu dak it-terrapien li qalu, verament nistgħu nżarmaw." illum | Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 Possibbiltà li ssir reklamazzjoni għal art fi x-Xgħajra. L-ILLUM titkellem mar-residenti tax-Xgħajra u ma' diversi persuni fuq din il-kwistjoni, fosthom: Sandro Chetcuti, Andrè Callus u Anthony Valvo. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Tkun l-aħħar daqqa' ta' ħarta għax-Xgħajra.' "Il-Kunsill tax-Xgħajra ma kienx ikkonsultat fit-tnedija tar-rapport." Fil-kummenti li ta lil din il-gazzetta, Anthony Valvo, is-Sindku tax-Xgħajra, saħaq li, "fil-proċess tat-tnedija tar-rapport, il-kunsill tax-Xgħajra ma kienx ikkonsultat. Żied jgħid li, "bħala kunsill aħna kontra li din ir-reklamazzjoni sseħħ hawnhekk. Se tbiddel ir-raħal u l-ħajja ta' ħafna nies li jgħixu hawnhekk li ilhom għomorhom imdorrija b'post miftuħ, kwiet, u mimli serenità." Hu kompla jgħid, "għandna nofs kilometru xatt sabiħ wisq. Diġà twikkejna bl-impjant tad-drenaġġ li meta jkun riħ isfel minnu toħroġ riħa xejn pjaċevoli għar- residenti u anke għall-istudenti fl-iskola tal-viċin." 'Aħna diġà wrejna li ninsabu wara r-residenti tax-Xgħajra' Andrè Callus mill-Moviment Graffitti saħaq mal-ILLUM li, "avolja bħalissa m'hemm xejn tanġibbli, il-Ħadd li għadda, bħala għaqda diġà wrejna li aħna kontra li tinqered din il-kosta. Ninsabu mija fil-mija wara r-residenti tax- Xgħajra u se nkunu qegħdin nagħtu l-appoġġ totali tagħna," sostna Callus. F'intervista separata ma' din il-gazzetta Callus kien diġà sostna li, "ir-reklamazzjoni tal-art tinvolvi l-qerda ta' roqgħa kbira ta' qiegħ il- baħar. Iżda l-effetti negattivi ma jiqfux biss mal-qerda ta' din ir-roqgħa li fuqha ssir ir- reklamazzjoni tal-art. L-ekosistema hija katina li kif tmiss parti waħda minnha, taffettwa l-partijiet l-oħra kollha. Il-baħar huwa essenzjali f 'ħajjitna, kemm fuq livell ekonomiku u soċjali, kif ukoll fuq dak ambjentali," spjega l-attivist. 'Reklamazzjoni tal-art għandha sseħħ biss għall-interess nazzjonali' Din il-gazzetta tkellmet ukoll mal- President tal-Malta Developers Association (MDA) Sandro Chetcuti. Mistoqsi fuq din il-kwistjoni, Chetcuti sostna li, "ma nistax nikkummenta fuq il-pożizzjoni tal-MDA f 'dan l-istadju għaliex għadna ma ddiskutejniex." Minkejja dan Chetcuti saħaq li fuq livell personali huwa tal-opinjoni li, "kull proġett li jinkludi reklamazzjoni tal-art għandu jsir fl-interess nazzjonali biss u mhux fl-interess għall-ispekulaturi."