Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

FLISTESS ġurnata li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li ma jaqbel xejn mal-kuntratt esklussiv iffirmat bejn il-VGH u t-Technoline Ltd, għax-xiri tat-tagħmir mediku għall- Isptar Ġenerali ta' Għawdex u għall-Isptarijiet San Luqa u Karin Grech, il-kumpanija ta' Ivan Vassallo kienet qed tingħata żewġ kuntratti, b'valur totali ta' €3.2 miljun, għal tagħmir mediku fil- Paola Hub. Il-gazzetta ILLUM qed tiżvela dan fid-dawl tal-fatt li fl-aħħar jiem ġie żvelat u kkonfermat li Ivan Vassallo kien xtara lit-Technoline wara li ssellef mingħand is-sidien tal-Vitals Global Health Care, liema kumpanija kellha tbigħ, wara ftit xhur biss, il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet lil Steward Health Care. It-tender (CT3090/2017), maħruġ mill-Ministeru għas-Saħħa fi Frar tas-sena li għaddiet u li l-kuntratti dwaru ngħataw il-Ħamis li għadda, kien dwar tagħmir mediku, li jinkludi apparat tal-IT li jaħdem "b'enerġija effiċjenti," u "tagħmir anċillari" ieħor għall- hub mediku l-ġdid f 'Raħal il-Ġdid. Dan it-tender, li għalih japplikaw fondi Ewropej, kien maqsum f 'erba' lots, bi tnejn minnhom (l-ewwel u r-raba') jintrebħu mit- Technoline. L-ewwel lot (€3,166,527) li rebaħ Vassallo kien jinkludi tagħmir li jintuża waqt l-operazzjonijiet u l-kura intensiva, u t-tieni wieħed (€37,084) kien dwar tagħmir ieħor (point of care equipment) li jintuża mill- infermiera għall-kura tal- pazjenti. It-tieni lot ma ntrebaħ mill- ebda kumpanija, filwaqt li t-tielet lot intrebaħ minn AM Mangion Ltd għall-valur ta' €92,268. Anke jekk it-Technoline għandha kull dritt titfa' l-offerta tagħha u tintgħażel għax l-offerta tagħha tkun l-aħjar waħda, fornitur ta' tagħmir mediku u sors ta' din il-gazzetta insista li mat- Technoline ma sarx hemm kompetizzjoni. "Tenders kbar jinħarġu apposta, bi speċifikazzjonijiet preċiżi u b'tali mod li jintrebħu minn Ivan Vassallo," allega s-sors. "Jien sirt nifraħ anke jekk imqar nirbaħ tender ta' €2,000." Dwar dan, din il-gazzetta ppruvat tagħmel kuntatt ma' Ivan Vassallo iżda minkejja d-diversi tentattivi, is-segretarja tal-kumpanija dejjem qaltilna li Vassallo huwa indispost. Minkejja li ħallejna l-kuntatt tagħna, sal-ħin tal-pubblikazzjoni, Vassallo baqa' ma kellimx lill- gazzetta. Il-Ministru Fearne jirrispondi... Intant din il-gazzetta bagħtet numru ta' mistoqsijiet lill- Ministru Chris Fearne. L-ewwel nett staqsiet jekk fid- dawl tal-fatt illi nhar il-Ħamis huwa kkritika l-ftehim tat- Technoline mal-VGH, kellux imqar jagħmel referenza għall- fatt li dakinhar stess hu kien qed jgħaddi żewġ kuntratti ta' €3 miljuni lit-Technoline. L-ILLUM staqsiet ukoll jekk fid-dawl ta' stejjer li jitfgħu lit- Technoline f 'dell ikrah iħossx li kien jagħmel aktar sens jistenna l-investigazzjoni dwar il-kuntratt tal-VGH li beda hu stess tispiċċa. Fearne beda billi ċċara li l-kuntratt kien ftehim purament bejn żewġ operaturi privati "li fih il-Gvern m'għandu ebda involviment." Huwa kompla jgħid illi l-Gvern ma jistax jindaħal fil-proċess tal-għoti tat-tenders. "L-għoti tat-tenders kollha tal-Paola Hub saru wara proċess ta' sejħa kompetittiva li saret skont il-liġi. Fil-fatt huwa kontra kull prassi ta' governanza tajba li politiku jindaħal jew jipprova jinfluwenza proċess kompetittiv ta' tenders." Steward beħsiebha 'tbiddel' il-ftehim Intant, il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Steward Health Care jekk dak żvelat fl-aħħar jiem hux se jkollu impatt fuq l-iskrutinju li qed tagħmel fuq il-kuntratt iffirmat bejn il-VGH u t-Technoline. Għalkemm ma kkonfermatx kelma b'kelma dak li qal il-Ministru Fearne, jiġifieri li Steward qed jaħdmu biex dan il-kuntratt ikun maħlul malajr kemm jista' jkun, kelliema għal Steward saħqet li se jkun hemm bidliet fil-ftehimiet eżistenti. L-istess kelliema saħqet li l-kumpanija Technoline hija stabbilita u ta' min jafdaha għax ilha snin tipprovdi faċilitajiet u tagħmir għall- isptarijiet Maltin inkluż it-tliet sptarijiet li tmexxi hi. "Filwaqt li nantiċipaw xi tibdiliet fil-ftehim eżistenti, nistennew li nkomplu naħdmu magħhom fil- futur ukoll," kompliet tgħidilna. Mitluba tiċċara jekk it- tibdiliet hux se jkollhom impatt fuq l-esklussività li sa issa tgawdi minnha t-Technoline, kif qal il-Ministru Fearne, il-kelliema qalet biss li minħabba ċ-ċokon tas-suq lokali, Steward Health Care ma tista' telimina lil ħadd, anke għax ċertu tagħmir ikun iġibu fornitur wieħed biss. Il-kelliema kkonfermat ukoll li ħafna mill- iskrutinju li kienet qed tagħmel fuq il-kuntratti kollha li ffirmaw tal-VGH, fil-21 xahar li għamlu jmexxu t-tliet sptarijiet, huwa komplut, iżda hemm kuntratti oħra, aktar kumplessi, li l-iskrutinju dwarhom għadu għaddej. X'konna nafu sa issa dwar it-Technoline? Il-VGH kienet fdat lit- Technoline b'kuntratt esklussiv għax-xiri tat- tagħmir mediku fit-tliet sptarijiet li ħadet f 'idha minn Ġunju 2016. Dan kien ifisser li kumpaniji oħra li wkoll jipprovdu tagħmir mediku, jekk riedu jbigħu lill-VGH jew issa lil Steward, l-ewwel iridu jgħaddu minn taħt idejn it-Technoline, kompetitur tagħhom. Is-sid ta' din il-kumpanija huwa Ivan Vassallo. Qabel ma l-kumpanija ntgħażlet mill- VGH, Vassallo kien marketing manager tagħha, iżda fi ftit xhur, l-istess Vassallo, permezz tal-kumpanija Gateway Solutions, kien xtara lit-Technoline, bl-assi kollha tagħha, mingħand iż-żewġ sidien oriġinali. (Ara l-kaxxi l-oħra.) X'ġie żvelat dwar it- Technoline? Kien is-sit Shift News li żvela kif kienu s-sidien tal-VGH li ffinanzjaw ix-xiri tal- kumpanija Technoline għal €5.14-il miljun. Fi ftit kliem, f 'Diċembru tal-2016, ftit xhur qabel ma l-VGH tat il-kuntratt esklussiv lit-Technoline, €5.14-il miljun għaddew mingħand Vitals Procurement f 'Jersey għal għand il-kumpanija Gateway Solutions Ltd u li permezz tagħha, Ivan Vassallo xtara t-Technoline. Mid-dokumenti ppubblikati jirriżulta li dan is-self kien deskritt bħala 'convertible note,' jiġifieri seta' jinbidel f 'ishma fil-kumpanija Gateway Solutions. Effettivament dan ifisser li s-sidien tal-Vitals, meta jridu jistgħu jibdlu dan is-self f 'ishma u jieħdu f 'idhom lit- Technoline. Ivan Vassallo kif wieġeb? Intant, fi stqarrija ppubblikata din il-ġimgħa, Technoline kkonfermat li Vassallo xtara l-kumpanija permezz ta' self li l-kumpanija Gateway Solutions ħadet mingħand il-VGH. F'din l-istqarrija, Vassallo ċaħad kategorikament dak li ntqal mill-Kelliema tal- Oppożizzjoni Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami, u insista li t-Technoline la hija tal-VGH, la ta' Steward, u tal-ebda individwu relatat mal-Gvern. "L-uniku sid benefiċjarju illum | Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 Aħbarijiet 8 Filwaqt li l-Ministru Fearne qed jikkritika l-kuntratt esklussiv li l-VGH tat lit-Technoline, u ħabbar li Steward se tħoll dan il-ftehim, jumejn ilu Ivan Vassallo jingħata żewġ kuntratti ta' €3.2 miljun għal tagħmir mediku fi l-Paola Hub ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Aħbarijiet €3.2 miljun lit-Technoline li nxtrat bil-flus li tatha l-VGH

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019