Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587
5 Aħbarijiet Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 | illum Illum huwa l-jum dinji li fi h titfakkar waħda mill-akbar tebgħat fl -istorja tal-umanità: l-olokawst. Minkejja li għaddew 'il fuq minn 70 sena, is-sentiment kontra l-Lhud għadu jimmanifesta ruħu f 'forom diff erenti. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn stħarriġ tal-Ewrobarometru li jistħarreġ il-perċezzjoni tal-Ewropej dwar l-anti-Semitiżmu. X'jaħsbu l-Maltin? ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-Maltin jemmnu li l-iskejjel mhumiex jipprovdu biżżejjed edukazzjoni dwar l-olokawsta LOLOKAWST. Seħħ aktar minn 70 sena ilu, iżda l-ġrajja għadha tkexkex u tnikket lil kull min jisma' u jaqra dwarha. F'sentejn, bejn l-1942 u l-1945, mas- sitt miljun Lhudi u Lhudija nqatlu fuq ordni ta' Adolf Hitler, f 'attentat iddisprat biex jiknes darba għal dejjem lill-popolazzjoni Lhudija minn fuq wiċċ id- dinja. Illum, kif isir kull sena, din il-ġrajja sewda fl-istorja tal- umanità qed terġa' tiġi mfakkra mhux biss biex jitfakkru dawk il-miljuni ta' persuni innoċenti li nqatlu minħabba r-regħba ta' persuna iżda anke għax illum, aktar minn 70 sena wara, l-anti- Semitiżmu għadu jimmanifesta ruħu f 'forom differenti. L-edukazzjoni hija meqjusa bħala fattur importanti għall- prevenzjoni tal-anti-Semitiżmu. Anke jekk l-olokawst jibqa' wieħed mill-aktar fatturi storiċi magħrufa tat-Tieni Gwerra Dinjija, 55% tal-Maltin jaħsbu li l-iskejjel mhumiex jipprovdu biżżejjed edukazzjoni u informazzjoni dwar il-ġrajja tal-olokawst. Fil-fatt, meta mqabbla mal-bqija tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, il-Maltin kienu l-inqas li jaħsbu li l-iskejjel madwar Malta u Għawdex jipprovdu biżżejjed edukazzjoni dwar dan il- ġenoċidju. Minkejja dan, fost il-Maltin li ħadu sehem fi stħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru, kienu ż-żgħażagħ l-aktar li wrew it- tħassib dwar l-anti-Semitiżmu. Fost dawk li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, 36% wieġbu li l-anti-Semitiżmu huwa problema f 'Malta, filwaqt li 34% jemmnu li dan is- sentiment kontra l-Lhud żdied fl-aħħar ħames snin. Il-maġġoranza tal-Ewropej jikkunsidraw l-anti-Semitiżmu bħala problema Dan l-istħarriġ ta ħarsa lejn il-perċezzjoni tal-Ewropej dwar l-anti-Semitiżmu u dan wara li fl-10 ta' Diċembru li għadda, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ppubblikat stħarriġ li wera kif il-Lhud madwar l-Unjoni Ewropea jesperjenzaw sentimenti ta' mibegħda li jżommuhom lura milli jħossuhom komdi jesponu l-identità tagħhom. "L-anti-Semitiżmu jibqa' jippersisti fl-Unjoni Ewropea u spiċċa biex sar normalizzat," jgħid dan l-istħarriġ. Fil-fatt, dan l-aħħar Ewrobarometru wera li l-maġġoranza tal- Ewropej jemmnu li l-anti- Semitiżmu huwa problema f 'pajjiżhom. Iżda jekk il-Maltin kienu l-inqas li jaħsbu li l-iskejjel qed jipprovdu biżżejjed tagħrif dwar l-olokawst, il-maġġoranza tal-istess persuni li wieġbu dan l-istħarriġ qalu li ma jaħsbux li l-anti-Semitiżmu huwa problema f 'Malta. Għal din il-mistoqsija, 18% ta' dawk li ħadu sehem wieġbu li l-anti-Semitiżmu huwa problema f 'Malta, filwaqt li dan ma tantx jinkwieta lil 68% tal-Maltin. Meta mistoqsija jaħsbux li l-anti-Semitiżmu żdied fl-aħħar ħames snin, 58% wieġbu li baqa' l-istess, 6% qalu li naqas filwaqt li 17% jemmnu li żdied. 13% tal-Maltin imħassba dwar l-anti-Semitiżmu fuq l-internet L-istħarriġ staqsa wkoll lill-Ewropej jekk jaħsbux li f 'pajjiżhom forom differenti ta' anti-Semitiżmu huma problema. Il-forom moderni ta' anti-Semitiżmu li stħarreġ dwarhom l-Ewrobarometru huma: iċ-ċaħda li fil-fatt seħħ il-ġenoċidju, l-anti-semitiżmu fuq l-internet u l-midja soċjali, vandaliżmu ta' bini u istituzzjonijiet Lhud, ostilità fil-konfront tal-Lhud, tkissir ta' ċimiterji Lhud, attakki fiżiċi fuq il-Lhud u anti-Semitiżmu fl-iskejjel u fl-universitajiet, fil- ħajja politika u fil-midja. Forsi jidhru esaġerati, jew xi ħaġa tal-passat tant li 7% biss tal-Maltin wieġbu li dawn huma problema f 'Malta, iżda kieku wieħed kellu jħares lejn il- medja ta' kif wieġbu ċ-ċittadini mit-28 pajjiż membru, 48% ta' dawk li ħadu sehem urew it-tħassib tagħhom dwar dawn il-manifestazzjonijiet tal-anti- Semitiżmu. Franza kienet fuq nett tal-lista. 75% tal-Franċiżi huma mħassba dwar dawn il-forom ta' anti-Semitiżmu. Fl-Iżvezja, fid-Danimarka, fl-Italja, fil-Belġju, u fl-Irlanda aktar min-nofs ta' dawk li ħadu sehem jemmnu wkoll li l-anti-Semitiżmu għadu qawwi f 'pajjiżhom. Fl-Iżvezja jirriżulta li 79% ta' dawk li ħadu sehem huma mħassba dwar il-fatt li ħafna Żvediżi lesti jmeru l-istorja u ċ-ċifri u jiċħdu li l-olokawst fil-fatt seħħ. Fost il-forom ġodda ta' anti-Semitiżmu, il-kummenti kontra Lhud fuq l-internet u l-midja soċjali, kienu l-aktar li wrew tħassib dwarhom il-Maltin (13%). Mill-banda l-oħra, 6% ta' dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ huma mħassba dwar dawk il-Maltin bħalhom li jiċħdu l-olokawst. Kont taf li ċ-ċaħda tal- olokawst reat kriminali? U int taf jekk f 'pajjiżna ċ-ċaħda tal-olokawst u l-inċitament tal-vjolenza u l-mibegħda kontra l-Lhud humiex meqjusa bħala reati kriminali? F'Malta, il- maġġoranza ta' dawk li ħadu sehem wieġbu li ma għandhomx idea. 32% wieġbu le u 27% iva meta mistoqsija dwar jekk f 'Malta hawnx liġi li tikkriminalizza l-vjolenza jew il-mibegħda kontra l-Lhud. Mistoqsija jekk f 'Malta ċ-ċaħda tal-olokawst hijiex reat kriminali, 38% wieġbu le u 16% iva. Il-bqija wieġbu li ma jafux. U l-kunflitt fil-Lvant Nofsani kien jinfluwenza l-perċezzjoni fuq il-Lhud? L-istħarriġ staqsa wkoll lill- Maltin u lill-Ewropej kemm jaħsbu li huma infurmati tajjeb jew le dwar l-istorja, it- tradizzjonijiet, u l-prattiċi Lhud. 5% biss tal-Maltin wieġbu li huma "infurmati tajjeb," u dan poġġa lil Malta isfel nett tal-lista. Meta wieħed jiftakar fil-Lhud, l-ewwel ħaġa li tiġih f 'moħħu huwa l-kunflitt fil-Lvant Nofsani. F'dan l-istħarriġ, 20% tal-Maltin qalu li dan il-kunflitt għandu effett dirett fuq kif wieħed iħares lejn il-Lhud, filwaqt li 60% wieġbu li għalihom dan ma jagħmel l-ebda differenza. Għall-kuntrarju, meta wieħed iqabbel it-28 pajjiż membru flimkien, jirriżulta li l-maġġoranza tal-Ewropej, jew 54%, jaħsbu li l-kunflitt fil-Lvant Nofsani jinfluwenza xi ftit jew wisq il-perċezzjoni fuq il-Lhud. Ta' min wieħed isemmi li fis-6 ta' Diċembru li għadda, il-Kunsill Ewropew addotta dikjarazzjoni b'mod unanimu dwar il-ġlieda tal-anti-Semitiżmu. Din id- dikjarazzjoni tistieden lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea biex jieħdu passi konkreti biex jipproteġu aħjar il-komunità Lhudija fl-Ewropa u jkomplu l-ġlieda tagħhom kontra l-anti- Semitiżmu. L-istħarriġ fi ftit kliem • Il-maġġoranza tal-Ewropej jemmnu li l-anti- Semitiżmu huwa problema f 'pajjiżhom • Terz tal-Ewropej jemmnu li l-anti-Semitiżmu żdied fl-aħħar ħames snin • Aktar minn nofs l-Ewropej jemmnu li ċ-ċaħda tal- olokawst hija qawwija f 'pajjiżhom • Żewġ terzi tal-Ewropej ma jħossux li huma infurmati biżżejjed dwar il-komunitajiet Lhud • Il-maġġoranza jafu li l-inċitament tal-vjolenza u l-mibegħda kontra l-Lhud huwa reat kriminali, l-istess kif inhi ċ-ċaħda tal-olokawst. • Erba' Ewropej minn kull għaxra jemmnu li l-olokawst huwa mgħallem biżżejjed fl-iskejjel • Dawk li għandhom livell ta' edukazzjoni ogħla huma aktar imħassba dwar l-anti-Semitiżmu. • Sitt Ewropej minn kull għaxra jemmnu li l-kunflitt fil-Lvant Nofsani jinfluwenza l-mod kif il-popli jħarsu lejn il-Lhud • L-aktar li huma mħassba dwar l-anti-Semitiżmu huma l-Iżvizzeri, il-Franċiżi, il-Ġermaniżi, l-Irlandiżi, l-Ingliżi u t-Taljani ta' dawk li ħadu sehem huma mħassba dwar il-fatt li ħafna Żvediżi lesti jmeru l-istorja u ċ-ċifri u jiċħdu li l-olokawst t il-forom ġodda ta' anti-Semitiżmu, il-kummenti kontra Lhud fuq l-internet u l-midja soċjali, kienu l-aktar li wrew tħassib dwarhom il-Maltin (13%). Mill-banda l-oħra, 6% ta' dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ huma mħassba dwar dawk il-Maltin bħalhom li jiċħdu l-olokawst. taf li ċ-ċaħda tal- olokawst reat kriminali? int taf jekk f 'pajjiżna ċ-ċaħda tal-olokawst u l-inċitament tal-vjolenza u l-mibegħda kontra l-Lhud humiex meqjusa bħala maġġoranza ta' dawk li ħadu sehem wieġbu li ma għandhomx wieġbu le u 27% iva meta mistoqsija dwar jekk f 'Malta hawnx liġi li tikkriminalizza 54%, tal-anti-Semitiżmu. Din id- dikjarazzjoni tistieden lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea biex jieħdu passi konkreti biex jipproteġu aħjar il-komunità Lhudija fl-Ewropa u jkomplu l-ġlieda tagħhom kontra l-anti- Semitiżmu.