Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 Bil-mina jew mingħajrha l-Ministeru għal Għawdex jibqa' kommess li jintroduċi r-raba' vapur HEKK kif fix-xhur li ġejjin se tkun qed toħroġ sejħa internazzjonali biex jintgħażlu l-kuntratturi li se jkunu qed iħaffru, jibnu u joperaw il-mina bejn il-gżejjer, il-Ministeru għal Għawdex insista li xorta waħda għadu kommess li jintroduċi r-raba' vapur mal-flotta tal-Gozo Channel. Għall-mistoqsijiet tal- gazzetta ILLUM, dwar jekk il-Ministeru għadux bil- ħsieb li jżid vapur ieħor mal-flotta preżenti tal-Gozo Channel, ġaladarba jidher li x-xogħol fuq il-mina mhux se jdum ma jibda, kelliem għall-Ministeru kkonferma li bħalissa għaddejjin id- diskussjonijiet dwar ir-raba' vapur. Dan anke jekk f 'Settembru tas-sena li għaddiet, l-istess kelliem qal ma' din il- gazzetta li d-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tar-raba' vapur se tkun qed tittieħed wara li jintemm il-proċess ta' riforma li bħalissa għaddejja minnu l-kumpanija Gozo Channel. Kienet il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, li f 'Novembru tal-2017 ħabbret li l-Gvern qed iħares lejn il-possibbilità li jkun introdott ir-raba' vapur. Madanakollu, minn dakinhar 'l hawn, baqa' mhux magħruf meta se jkun qed jiżdied dan il- vapur, jekk hux se jkun qed jinbena f 'Malta, jinkera, jew inkella jinxtara mingħand kumpanija barranija. Preżentament, il-kumpanija Gozo Channel għandha tliet vapuri. L-aktar wieħed antik huwa Ta' Pinu, li kien varat fis-sena 2000. Fis-sentejn ta' wara bdew ibaħħru l-vapuri Gaudos u Malita. 'Għaddejja l-evalwazzjoni dwar is-sistema elettronika għax-xiri tal-biljetti' "Il-Ministeru għal Għawdex hu kommess li jkompli jtejjeb il-kwalità tal- ħajja tar-residenti Għawdxin u għalhekk qed jikkollabora b'mod sħiħ fil-kumitat imwaqqaf dwar il-mina," saħaq il-kelliem waqt li fakkar ukoll f 'miżuri oħra li qed jaħdem fuqhom il-Ministeru u li jistgħu jiġu implimentati fi żmien iqsar, bl-għan li jitjieb is-servizz ta' trasport bejn il- gżejjer. Fost oħrajn, il- Ministeru fakkar li bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni tal- offerti li ntefgħu għall-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' sistema elettronika għax-xiri tal-biljetti għall-vapur. It-tender għall- iżvilupp ta' din is-sistema għalaq ftit tal-ġimgħat ilu, u din hija waħda mir-riformi li kienet proposta mill-bord li qed imexxi r-riforma bl-għan li l-kumpanija Gozo Channel tkun riorganizzata u timplimenta wkoll sistema aktar moderna li tkun tista' tlaħħaq mad-domanda li kulma jmur qed tiżdied. Madanakollu, il-Ministeru ma weġibx meta l-ILLUM staqsiet fiex waslet din ir-riforma u jekk hemmx indikazzjonijiet meta din se tkun konkluża. 'Qed nistennew lill-Qorti biex jitkompla l-proċess tal- Fast Ferry' Il-Ministeru għal Għawdex fakkar ukoll fil-wegħda tal- Gvern li jkun implimentat is-servizz ta' Fast Ferry li l-manifest elettorali tal- Partit Laburista jiddeskrivih bħala konnessjoni bil- baħar bejn Għawdex u l-Port il-Kbir, bl-għan li persuni jivvjaġġaw f 'anqas minn 45 minuta u jservi ta' aktar kumdità għal dawk l-Għawdxin li jaħdmu fl- inħawi tal-Belt Valletta. Kien għalhekk li l-Ministeru wera t-tama li wara l-eżitu tal-proċeduri li għadhom pendenti quddiem il-Qorti, ikun jista' jitkompla l-proċess. Fil-fatt, bħalissa, l-għoti ta' dan is-servizz jinsab staġnat wara li l-kumpanija Virtu Holdings Ltd kienet oġġezzjonat u saħansitra ħadet diversi passi legali kontra l-għażla tal-kumpanija Island Ferry Network Ltd biex tipprovdi s-servizz ta' fast ferry bejn il-gżejjer. Fi ftit kliem, il-kumpanija Virtu Ferries Ltd qed toġġezzjona għall-fatt li l-kumpanija Island Ferry Network Ltd intgħażlet minkejja li fi kliemha, la għandha l-esperjenza u lanqas ir-riżorsi biex tipprovdi dan is-servizz. Skont is-sejħa pubblika, li kienet fetħet f 'Jannar tas- sena li għaddiet, is-sieħeb li l-Gozo Channel kienet qed tfittex kellu jkollu l-esperjenza neċessarja u anke r-riżorsi biex jipprovdi dan is-servizz. Fil-fatt, din l-istess kumpanija, li s-sidien tagħha huma Magro Brothers Investments Ltd u l-Fortina, kienet twaqqfet f 'April tal-2018, ftit jiem biss qabel tefgħet l-offerta u ntgħażlet. Fost oħrajn, dan il-każ kien spiċċa wkoll quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn l-Imħallef Anthony Ellul ukoll kien staqsa kif il-Gozo Channel għażlet lill-Island Ferry Network Ltd meta kienet qed tfittex kumpanija ta' esperjenza. "Is-sidien ta' din il- kumpanija, Magro Brothers Investments Ltd u l-Fortina Investments Ltd, ma joperaw l-ebda servizz ta' fast ferry," kien innota l-Imħallef. Anke jekk dan ma kienx aċċetta t-talba tal- Virtu Holdings Ltd li kienet ippreżentat mandat ta' inibizzjoni bl-għan li l-kuntratt bejn il-Gozo Channel u l-Island Ferry Network Ltd ikun iffriżat, għax il-kwistjoni kienet diġà quddiem il-Qorti tal-Appell, l-Imħallef kien staqsa kif il-Gozo Channel għażlet il-kumpanija li kienet ilha mwaqqfa tlett ijiem biss. Apparti dan kollu, il- Virtu Ferries dejjem insistiet li fl-2017 hi kienet oriġinarjament magħżula minn bord ta' evalwazzjoni biex tipprovdi dan is-servizz, iżda l-għażla tagħha kienet ġiet annullata u l-Gozo Channel għażlet li tibda l-proċess mill-ġdid biex fl- aħħar mill-aħħar intgħażlet l-Island Ferry Network Ltd. X'se jsir mit-terminals? Meta fis-17 ta' Mejju tas- sena li għaddiet il-Ministru kienet qed titkellem fil-Parlament, qalet li wieħed mill-ostakli li qed isib il-Gvern, anke għall- introduzzjoni tar-raba' vapur, huma t-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, għax dawn huma mibnija speċifikament għall-vapuri ta' Għawdex li ilhom jaqsmu l-fliegu aktar minn 16-il sena. "Dan ifisser li jekk il- vapuri jinbidlu, trid tinbidel l-infrastruttura kollha tal-port," kienet saħqet il- Ministru Justyne Caruana. Madanakollu, din il- gazzetta baqgħet bla tweġiba kull meta staqsiet lill-Ministeru jekk bdewx diskussjonjiet jew jekk hemmx pjanijiet biex jibdew xogħlijiet strutturali fuq it- terminals biex ikunu jistgħu jaqdu aħjar vapuri oħra. fakkar ukoll f 'miżuri fuqhom il-Ministeru żmien iqsar, bl-għan bl-għan li l-kumpanija Gozo ħadet Investments ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Anke jekk din is-sena se toħroġ is-sejħa għall-kuntratturi li se jħaff ru, jibnu u joperaw il-mina bejn il-gżejjer, il-Ministeru għal Għawdex xorta waħda jibqa' kommess li jintroduċi r-raba' vapur

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019