Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 FLAĦĦAR tas-sena l-oħra u fil-bidu ta' din is-sena, is-suġġett politiku ewlieni kien il-Partit Nazzjonalista u ġlied intern li għaddej fih bejn min jappoġġja u min ma jridx lil Adrian Delia bħala Kap tal-istess partit. Din il-gazzetta, f 'artiklu maqsum f 'żewġ partijiet, qed tagħti sfond u kuntest storiku tal-akbar ġlidiet politiċi fi ħdan iż-żewġ partiti ewlenin: il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, minn tmiem il-gwerra lil hawn. Il-ġimgħa l-oħra tajna ħarsa lejn il-waqgħa ta' Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant fl-1998, meta L-eks PM Laburista Dom Mintoff ivvota kontra l-Gvern f 'mozzjoni ta' fiduċja. Tajna ħarsa wkoll lejn ir-ribelljoni fil-Partit Nazzjonalista bil-maġġoranza assoluta tad-deputati Nazzjonalisti jivvutaw kontra r-rieda ta' Borg Olivier fuq il- Kostituzzjoni Repubblikana. Dan il-vot seħħ fiż-żmien meta kien hemm talba ta' 21 deputat tal-PN biex Borg Olivier jirreżenja u jagħmel il-wisa' għal kap ġdid. Illum se nagħtu ħarsa lejn il- qasma fil-Partit Laburista lura fl-1948, meta Mintoff ħadha qatta bla ħabel kontra Pawlu Boffa, dak iż-żmien Mexxej tal-Partit Laburista fl-ewwel amministrazzjoni Laburista. Riformista: bidliet fis- sistema tat-taxxa L-ewwel gvern Laburista beda jmexxi lil pajjiżna fl-1947, ftit wara li spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija. Kien perjodu illi fih pajjiżna, jew partijiet minnu, kien litteralment imfarrak. Il-Labour Party kien kiseb kważi 60% tal-voti fl- elezzjoni tal-1947. Dan kien riżultat tajjeb ħafna li wieħed jeħtieġ jitfa' fil-kuntest tat- Tieni Gwerra Dinjija, illi matulha l-mexxejja tal-Partit Nazzjonalista, fosthom Enrico Mizzi, kienu internati lejn l-Uganda. Dan ġara minħabba illi kienu akkużati illi qed jaħdmu mal-Faxxisti u allura ma' Mussolini, li min-naħa tiegħu kien alleat ta' Adolf Hitler. Mizzi kien arrestat nhar it-30 ta' Mejju 1942 flimkien ma' 42 persuna oħra, akkużati li qed jaħdmu mal-Faxxisti Taljani u ġew iddeportati. Fl-1945 Mizzi, flimkien mal-oħrajn, reġgħu ntbagħtu lura f 'Malta. Dan ifisser allura li apparti l-gwerra, dan l-internament flimkien mal-allegazzjonijiet ta' qrubija mal-Faxxiżmu kienu għadhom friski. Mario Cutajar, fil-ktieb tiegħu 'Mintoff: il-Bniedem u l-Istorja' jgħid illi dan il-Gvern beda ċerti riformi, fosthom ir-riforma tat-taxxa tas-suċċessjoni u anke l-liġi tat-taxxa tad-dħul. Dawn il-bidliet kienu ppilotati lkoll minn Turu Colombo, il- Ministru tal-Finanzi. Dak iż-żmien il-Knisja kienet ħarġet kontra dawn il-miżuri, speċjalment dik tas-suċċessjoni. Dan l-aktar minħabba li t-taxxa tad-dħul kienet immirata l-aktar għal dawk li jaqilgħu l-aktar, bil- filosofija illi min jaqla' l-aktar iħallas l-aktar, bil-flus imorru għand dawk li huma l-aktar vulnerabbli. Minn hemmhekk bdiet pressjoni qawwija fuq Boffa. li kemm fil-ktieb ta' Cutajar u anke fil-ktieb 'My Century' ta' Michael Refalo, huwa deskritt bħala karattru iktar kwiet. Refalo fil-fatt, meta kien qed iqabbel lil Boffa ma' Mintoff sostna hekk: "Boffa fuq in- naħa l-oħra ma kienx ġelliedi, u wara 25 sena fil-politika kien tgħallem li aħjar tevita l-konfrontazzjoni." Mill-kwistjoni tat- tassazzjoni bdiet il-firda fil-Labour Party, bejn dawk li jridu illi r-rati tat-taxxa kif imħabbrin mill-Gvern ma jinbidlux, u dawk li kienu lesti jaslu għal kompromess. Il-partit fil-fatt kien maqsum u kien hemm diverġenzi ta' ħsieb bejn l-Eżekuttiv tal- Partit Laburista u l-Grupp Parlamentari. Boffa ċeda. Iżda malli għarraf bid-deċiżjoni tiegħu u tal-Grupp Parlamentari lill-Eżekuttiv qam E. Tabone u ressaq mozzjoni kontra dak li ddeċieda l-Grupp Parlamentari. Fil-mozzjoni tiegħu Tabone kien sostna illi jekk ma jintlaħaqx ftehim il-każ imur quddiem il- L-Arċisqof Mikiel Gonzi, protagonist ukoll fil-ġlieda Boffa- Mintoff, naturalment kontra Mintoff Mintoff b'mozzjoni neħħa lil Boffa minn Kap tal-Labour Party Ritratt: Seminarju tal-Arċisqof Boffa deskritt bħala raġel kwiet u mhux ġelliedi mill-eks Ministru Michael Refalo Ritratt: Financial Times Żewġ karattri u l-Marshall Il-ġlidiet interni fil-partiti Ritratt: timesofmalta.com Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Din is-sena bdiet b'ħafna attenzjoni fuq Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista. Imma d-diżgwid intern huwa xi ħaġa ġdida? Il-gazzetta ILLUM tħares lejn il-ġlieda Mintoff -Boff a f 'din is-serje ta' żewġ artikli...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019