Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 minn Cristian Antony Muscat DR Edward Caruana Dingli, minbarra li huwa Avukat, huwa wkoll wieħed mill-aqwa għawwiema f 'pajjiżna. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuh aħjar. "Nista' nghid li min dejjem kont destinat li nkun involut fi sport akwatiku. Ommi u missieri it-tnejn kienu jilagħbu l-waterpolo, infatti missieri Joseph kien il-goalkeeper nazzjonali tal-waterpolo għal aktar minn 20 sena sħaħ. Trabbejt il-pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq u ta' xi seba' snin ħadt l-ewwel lezzjoni tal- għawm u mal-ewwel sirt inħobbu. L-ewwel kowċ tiegħi, Isabelle Zarb, nisġet imħabba ġo fija lejn dan l-isport, u taħt il-gwida tagħha, bdejt nikkompeti u nirbaħ il-midalji. Wara ftit snin, isseħibt mal- klabb tas-Sirens, mal- kowċ Monique Mangion li dejjem ħeġġitni biex nilħaq l-għanijiet tiegħi. Kien f 'dan iż-żmien li ksirt l-ewwel age group record tiegħi, il-200m breaststroke fl-2005 u anke kelli l-ewwel esperjenzi internazzjonali tiegħi fl-għawm, fosthom fil-FISEC Games tal-2006, 2007 u 2008. Fl-2008, ħadt id- deċiżjoni li nkompli nitħarreġ mat-tim tan- Neptunes ma' Gail Rizzo. Fis-sena li tħarriġt ma' Gail, ir-riżultati tiegħi ħadu spinta kbira 'l quddiem, ksirt l-ewwel rekord nazzjonali tiegħi f 'relay, u ta' 17-il sena ġejt magħżul fost l-aqwa erba' għawwiema irġiel Maltin biex nirrapreżenta lil Malta fil-Kampjonati tad-Dinja f 'Ruma fl- 2009, l-ogħla livell ta' kompetizzjoni li qatt ipparteċipajt fiha u li tibqa' waħda mill- highlights tal-karriera tiegħi peressli kelli l-opportunità li ntellaq u niltaqa' mal-idoli tiegħi fl- għawm, fosthom Federica Pellegrini u Michael Phelps. F'dik is-sena, ġejt mitlub nissieħeb mat-tim nazzjonali li kien jitħarreġ taħt il-gwida ta' Andy Colbourn. Ma' Andy, ir- riżultati komplew jitjiebu biex waqt il-Kampjonati tad-Dinja Short Course tal-2010 f 'Dubai, ksirt l-ewwel rekord nazzjonali individwali tiegħi fil-200m Freestyle SCM. Fl-istess staġun, ksirt żewġ rekords oħra individwali, iżda f 'pixxina ta' 50 metru, il-200m Freestyle f 'ħin ta' 1:57.37, li bih kont biss it-tieni Malti li niżel taħt iż-żewġ minuti, u l-400m Freestyle f 'ħin ta' 4:11.37 li għadu rekord nazzjonali sa llum il-ġurnata. Fl- istess sena, flimkien ma' sħabi Neil Agius, Andrea Agius u Mark Sammut, ikkwalifikajt għal-Loghob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal- 2011. Din kienet sena importanti għalija għaliex minbarra s-suċċessi fl- għawm, kont fl-ewwel sena tal-kors tal-liġi, li titqies waħda mill-aktar snin iebsin tal-kors, u għalkemm l-eżamijiet kienu biss jumejm wara l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, irnexxieli ngħaddi għat-tieni sena. Fis-snin preċedenti, ksirt żewġ rekords nazzjonali individwali oħra, fil- 200m u l-400m Individual Medley, flimkien ma' bosta relay national records, filwaqt li komplejt l-istudji tiegħi fl-Università ta' Malta. Ipparteċipajt fil- Kampjonati tad-Dinja Short Course tal-2012 u fl-2013 u fl-2015 kelli l-opportunità li nieħu sehem fl-Universiadi fir-Russja u fil-Korea t'Isfel. Dawn huma l-Olimpijadi għal studenti universitarji u jitqiesu bħala t-tieni l-ikbar multi- sport competition fid- dinja wara l-Olimpijadi. L-Universiadi tal- 2015 kienu l-aħħar kompetizzjoni tiegħi u ħadt id-deċiżjoni li nirtira mill-għawm kompetittiv wara dawn il-logħob biex niffoka fuq affarijiet oħra f 'ħajti. Kienet deċiżjoni diffiċli, però nibqa' dejjem grat għall-opporunitajiet li ngħatajt, u għas- sapport li dejjem kelli, speċjalment il-ġenituri u l-għarusa tiegħi Rhea Cutajar. Ftit xhur wara li waqaft nikkompeti, Neptunes saqsewni biex insir kowċ tagħhom u flimkien ma' Andy Colbourn u Keith Bartolo, nieħu ħsieb l-iskwadri kompetittivi tagħhom. Dan wara diversi snin li kont nikkowċja u ngħallem l-għawm man-Neptunes u skwadri ohra. Minn dejjem kienet ħolma tiegħi li nsir kowċ u aċċettajt mal-ewwel. Wara li lestejt l-istudji tiegħi u ggradwajt bħala avukat, bdejt naħdem ma' kumpanija tal-corporate services li aċċettaw li naħdem fuq bażi ta' reduced hours, biex inkun nista' nkompli nikkowċja kemm qabel kif ukoll wara l-ħinijiet tal- uffiċju. Fis-sajf tal-2017, iddeċidejt li nkompli l-karriera tiegħi ta' kowċ mal-klabb Exiles SC, fejn issa ili kważi sena u nofs u għandi l-opportunità li naħdem ma' tfal minn etajiet li jvarjaw minn erba' snin sa 18-il sena, kif ukoll ma' għawwiema aktar maturi, u flimkien mal-Head Coach Tim Hartley, qegħdin niżviluppaw skwadra li għalkemm hija żgħira, qed issir kompetittiva ferm u nistgħu noffru l-opportunità lill- għawwiema tagħna li jiksbu suċċess f 'atmosfera ta' familja. Ninsab kburi ħafna b'kemm kiber il- klabb f 'dawn l-aħħar snin u nemmen li l-isem tal- Exiles għad ikompli jikber u jkollu suċċess. L-isport tal-għawm tani wkoll opportunitajiet barra mill-pixxina u kelli diversi opportunitajiet biex mill-pożizzjoni tiegħi ta' atleta nazzjonali, nagħmel differenza f 'pajjiżi. Fost dawn l-opportunitajiet, flimkien ma' sħabi Vladyslava Kravchenko u Rebecca Sare', atleti eċċezzjonali, waqqaft l-organizzazzjoni Malta Youth Athletes Network, NGO bl-għan li nkunu ta' vuċi għall- atelti Maltin u noħolqu opportunitajiet ġodda għall-atleti żgħażagħ. Fil-futur, ninsab ħerqan biex ikolli aktar opportunitajiet bħala kowċ u attivist fl-isport, u li b'dak li nagħmel ngħin aktar tfal u żgħażagħ jilħqu l-potenzjal tagħhom u jkollhom l-opportunitajiet li kelli jien, u aktar." illum Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 Dr Edward Caruana Dingli... Avukat li jeċċella -għawm atelti Maltin u noħolqu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019