Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat GIANLUCA Dingli, sewwieq Malti tal-go karts u membru tal-Karting Club Malta li huwa mejus bħala wieħed mill-aqwa għaxar sewwieqa tal-karts fid- dinja. Riċentamnet, huwa kien impenjat fil-Finali Internazzjonali tar-Rok Cup għal din is-sena, li għal darb'oħra seħħet ġewwa ċ-ċirkwit Taljan ta' South Garda Karting. Dingli saq b'Kart tal-marka Tony Kart u mat-team Taljan Zanchi Motorsport, b'magna u tyres ikunu Vortex u Bridgestone skont ir-regolamenti tal- kompetizzjoni. Dingli beda jtejjeb il- pożizzjoni tiegħu mill- Ġimgħa meta ma naqasx illi jiggarantixxi pożizzjoni tajba fil-pole position, u b'hekk is-Sibt beda mis-seba' post. Għal darb'oħra waqt il-finali Gianluca avvanza pożizzjoni oħra, u spiċċa fis-sitt post fost il-31 kompetitur ta' livell internazzjonali. Il-finali rat sewwieqa minn Andorra, Polonja, Republika Ċeka, Israel, Monaco, Amerika, Denimarka, Awstralja, Messiku u oħrajn. Dan ir-riżultat poġġa lil Gianluca Dingli fost l-aqwa għaxar sewwieqa tal-karts fid-dinja. Intant, fil-jiem li għaddew huwa ġie nnominat sewwieq uffiċjali ma' GP Karts. Matul is-snin GP Racing ħolqot fost l-aqwa ċassis tal-karting li huma popolari mad-dinja kollha. GP Karts twaqqfet fl-1995 mill-pijunier tal- karting internazzjonali Beppe Cavaciuti. Dingli jipparteċipa regolarment fi tlielaq internazzjonali u spiċċa t-tielet fil-Kampjonat Taljan f 'Adria u fis-sitt post fir-Rok Cup International World Finals f 'Lonato li jinsab fil-Lombardia fin-naħa ta' fuq tal-Italja. Wara xi testijiet uffiċjali li saru f 'Diċembru, kemm il-fundatur u proprjetarju tal- GP Karting Beppe Cavaciuti kif ukoll Matteo Zanchi li hu l-manager ta' Dingli, kienu sodisfatti bil-prestazzjoni taż-żagħżugħ. B'hekk hu kien nominat bħala sewwieq u kollaboratur uffiċjali fl-iżvilupp tal-karts għall-istaġun li ġej fl-Italja. Dan l-impenn hu mistenni jżomm lil Dingli attiv kif ukoll fl-aqwa forma tiegħu b'diversi tlielaq madwar l-Italja kollha. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif inhi l-ħajja ta' sportiv illum il-ġurnata? Din il-ħajja mgħaġġla xejn m'hi faċli u huwa għalhekk li trid issib ħin għal kollox. Matul il-ġimgħa jien nitħarreġ mhux biss bil-Go Karts iżda wkoll fiżikament fil-gym. Fil-verita' dejjem inkunu għaddejjin bl- għan ewlieni hu li nġibu l-aqwa riżultati għal pajjiżna barra minn xtutna. Riċentament, int kont l-Italja. X'ġara eżatt hemmhekk? Fil-verita' għamilt għaxart ijiem l-Italja fejn ħadt sehem fit-Trofeo d'Autunno u rnexxieli nikklassifika fis-seba' post. Kont verament kuntent b'dan ir-riżultat għax min jieħu sehem f 'din il-kompetizzjoni jkun iċ-champion ta' pajjiżu. U meta fil-finali jirnexxielek tidħol fis-sitt post quddiem ċerti sewwieqa huwa ta' unur kbir. Kont sodisfatt dik il-ġimgħa minħabba diversi raġunijiet fosthom li tejjibt il- ħin tiegħi u kelli wirja tajba. Fir-riżultat finali ftit kien hemm differenza fil-ħinijiet u bħala pajjiż spiċċa l-ewwel Andorra, imbagħad fit-tieni kien hemm sewwieq Taljan u fil-tielet wieħed Pollakk. Fir-raba' u l-ħames post kien hemm sewwieqa oħra Taljani u fis-sitt post spiċċajt jien. Nerġa' ngħid kont sodisfatt b'dan ir-riżultat għax hawn Malta l-Go Karting mhuwiex xi sport kbir u fuq kollox jien dejjem kuntent nagħmel isem mhux biss għalija iżda anke għal pajjiżi. Nitkellmu dwar il-go karts. Int għandek il-go karts personali tiegħek? Iva jien għandi żewġ go karts hawn Malta li huma tiegħi personali. Waħda nitħarreġ biha fiċ-ċirkwit ta' Ta' Qali u ili nitrenja hemm mis-sena 2004. Imbagħad għandi żewġ go karts li huma stazzjonati barra minn Malta. B'hekk għalija ikun iktar komdu li naqbad ajruplan u nsiefer filwaqt li nsib kollox hemm. Semmejt li għandek il-go karts tiegħek personali. Imma dawn kemm jiswew biex tixtrihom? Ħa ngħidlek jekk irid ikollok go karts li jkunu għall- kompetizzjoni trid tonfoq bejn €7500 u €8000 il-waħda. Bla dubju li din mhux ċifra żgħira. Go kart bħal din l-iktar l-iktar nużaha għal xi ħames tiġrijiet imbagħad inbiegħha. F'dan il- livell ta' kompetizzjoni, kollox irid jaħdem pinna u ma tistax taffordja titlef lanqas punt wieħed ta' differenza fil-ħin. Anke l-kwalita' tal-materjal irid ikun tajjeb ħafna. Il-magna fiha l-manutenzjoni tagħha u dan kollu jiswa wkoll ħafna flus. B'xorti tajba jien kapaċi nwaħħal il-magna jien kif ukoll nagħmel il-manutenzjoni kollha. Klabbs oħra barranin ikollhom skwadra ta' nies li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni. Iżda jien m'għandi lil ħadd min jgħinni u għalhekk trid tfendi għal rasek. Hemm tim Taljan li jappoġjani xi ftit u għallinqas dan kollu jagħtini ftit il-qalb. Jiġifieri jekk qed nifhem sew, apparti li tkun sewwieq tal-Go Kart tajjeb, trid tkun taf tirranġa wkoll inkella l-ispejjeż jiżdiedu wkoll. Jien dejjem nemmen li l-kwalita' hija mportanti. U jien dak li nħobb nimbotta għalih li meta nikkompeti jkolli kollox jaħdem fl-aqwa kundizzjoni. Għalhekk naħseb li nħobb ninnaviga u nieħu ħsieb kollox jien għax imbagħad inkun naf x'magna ser ikolli. F'dan l-isport issib minn kollox. Kapaċi ssib magna tajba u xufier ħażin. Jien nipprova nibbilanċja bejn sewwieq tajjeb u magna tajba. Wara kollox importanti li jkun hemm sinkronizazzjoni ta' dan kollu. Imma kif bdiet il-ħajra tiegħek li tibda l-Go Karting? Jien proprjament bdejt bħala student fi Skola Sport u dan l-isport għoġobni u ddeċidejt li nkomplih. Hawnhekk sibt ħafna għajnuna mingħand il-gvern b'mod partikolari s-sur Clifton Grima, segretarju parlamentari għall-isport. Sadanittant komplejt insuq bit- tir li ntejjeb il-ħinijiet tiegħi. Għamilt sitt tiġrijiet fi Sqallija u anke xi training camps hemmhekk. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li huma mħajra fl-isport tal-Go Karting. Min irid jitgħallem il-badget karting hawn skola apposta fejn tista' tmur. Hemmhekk hemm go karts privati li l-gvern jagħti sussidju u min imur isib mhux biss go karts iżda wkoll għalliem li lest li jgħallmek bil-paċenzja kollha. Wara li int tagħmel l-ewwel ħames lezzjonijiet tibda tinduna jekk dan l-isport jgħoddx għalik jew le. Jekk iva, it-tarġa ta' wara hu li jkollok go kart. Mhux faċli ejja ngħidu l-verita' minħabba li l-motosportf 'pajjiżna mhux daqshekk popolari daqs sport ieħor. Iżda kif għedt diġa l-gvern jgħinna u għalhekk bħalma jagħmel ma' mijiet ta' sportivi oħra ser issib l-għajnuna kollha meħtieġa. Jien napprezza dak li jagħmlu miegħi u ma' dawk li għada pitgħada jistgħu jkunu minflokna. Gianluca Dingli ... fost l-aqwa għaxar sewwieqa tal-go karts d-dinja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019