Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 Ħidma soċjali permezz tal-futbol minn Cristian Antony Muscat LARKIN Bonnici, Viċi President tal-Fgura United FC, primarjament responsabbli min- Nursery Affairs u Youth Development tal-istess klabb. Matul dawn l-aħħar snin, b'iktar minn 200 tifel u tifla membri, in-nursery tal-Fgura United FC stabbilixxiet ruħha fost waħda mill-aktar organizzati u strutturati f 'Malta. X'inhi ċ-ċavetta għas- suċċess ta' Fgura United FC Nursery? Xejn ta' barra minn hawn. Kellna u għad għandna ħolma, li nkunu fost l-aħjar nurseries f 'Malta, bħal hafna nurseries f 'Malta. Poġġejna bilqiegħda, iddiskutejna u fassalna strateġija li aħna emminna li kapaċi twassalna għal dan il- għan. Għalkemm fadal ħafna xi jsir, naħseb hu dmir tiegħi li nirringrazzja lill-membri tal-kumitat li jkunu preżenti filgħodu u filgħaxija l-ġimgħa kollha. Dan ma ngħidux biss jien imma kull min ħadem u qed jaħdem magħna. Ovvjament, parti mis-suċċess huma wkoll il-coaches li qed jgħinuna nimplimentaw din l-istrateġija, flimkien mal- ġenituri, li wrew fiduċja fit-tmexxija tagħna. Is- supporters u l-isponsors, li kull ma jmur qed jiżdiedu, huma parti importanti wkoll minn dan is-suċċess. X'inhi din l-istrateġija? Aħna għandna l-ħolma u l-ambizzjoni li nsiru fabbrika li tipproduċi u tiżviluppa t-talent tal- futbol fit-tfal tagħna, imma aktar minn hekk, għandna l-obbligu morali u etiku li nkunu fabbrika li tipproduċi rġiel u nisa futuri li jkunu responsabbli u li jħaddnu l-valuri ta' rispett, lealta' u solidarjeta'. Biex nagħmlu dan, qed nippruvaw noffru edukazzjoni iktar milli nieqfu sa coaching. Qed nippruvaw noffru taħriġ biex il-coaches tagħna jsiru edukaturi. Din mhux xi ħaġa li vvintajna aħna imma qed nibbażaw ruħna fuq mudelli ta' edukazzjoni internazzjonali. Biss biss ngħid li f 'sena wahda biss, attendejna korsijiet ta' ġimgħat sħaħ fl-Awstrija, l-Ingilterra u l-Iżlanda dwar suġġetti relatati ma' leadership, team-building, social campaigning, empowerment u diversified learning. Nitkellmu issa fuq il- kunċett ta' diversified learning. Dan hu pilastru li hu magħruf għalih il- klabb tagħkom. Iva. Fil-fatt, matul is- sena li għaddiet żidna l-ammont ta' coaches b'mod drastiku biex kemm jista' jkun noffru aktar attenzjoni lit-tfal tagħna. Il-coaches huma pedina importanti fil- klabb tagħna. Għall-etajiet iż-żgħar qed nipproduċu cartoons, bil-karattru li jismu 'Jake' u hu player tal-Fgura. Apparti s-session fil-grawnd, qed nuru dawn il-cartoons lit-tfal biex b'hekk ikunu jistgħu jitgħallmu billi jaraw dawn il-cartoons. Għall-etajiet il-kbar qed nagħmlu tagħna l-obbligu sabiex lil dawn it-tfal noffrulhom opportunitajiet aħjar anke' f 'setturi mhux relatati mal-futbol. Per eżempju, organizzajna leadership u team-building workshops, sessjonijiet fuq kif tikteb CV u kif iġġib ruħek waqt intervisti. Organizzajna sessjonijet fejn ġew jitkellmu nies bi problemi soċjali u fiżiċi biex it-tfal ikunu jistgħu japprezzaw kemm huma fortunati. Din is-sena bdejna wkoll proġett pilota fejn qed nistiednu tfal biex jiġu l-klabb wara l-iskola, jieklu flimkien, jagħmlu l-homework flimkien u mbagħad ikollom sessjoni tal-futbol. Apparti minn hekk f 'sena waħda ipparteċipajna f 'tournaments fl- Italja, l-Polonja u anki d-Danimarka. Kif jirnexxilkom tagħmlu dan ix-xogħol kollu? Jien naħseb is-sigriet ta' dan il-klabb hu l-kumitat ħabrieki, kollu voluntiera, li jmexxu dan il-klabb b'tant dedikazzjoni u għaqal u fejn irnexxilna noħolqu kultura sabiħa ta' familja. Din il-kultura ġiet trasmessa lill-coaches, ġenituri, tfal u anke supporters. Insemmi biss il-50 siegħa maratona ta' futbol bla waqfien b'risq Puttinu li għadna kif organizzajna fil-bidu t'Ottubru fejn inġrabret is- somma sabiħa ta' €9,000. Naħseb il-fatt li voluntary organisation tiġbor dak l-ammont biex tingħata lil voluntary organisation oħra hi xi ħaġa li wieħed għandu jfaħħar. Taħseb li se jirnexxilkom tkomplu dan il-pass li qbadtu? Iva. Però għandna bzonn li nkabbru l-infrastruttura tagħna biex b'hekk inkunu nistgħu nkomplu nakkomodaw in-numru sabiħ ta' tfal u żgħażagħ li qed jersqu lejn il-klabb tagħna. Kif jistgħu jixhdu afna nies u l-attivitajiet li norganizzaw, qed nagħmlu ħafna xogħol utli lejn is-socjeta' u mhux biss fid-dinja tal-futbol biss. Ritratt - Aidan Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019