Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

J ista' jkun li l-maġġoranza tagħna huma mgħammdin, u kattoliċi ferventi, imma wisq drabi t-twemmin tagħna s'hemm jasal, sar-ritwal. Però l-imġiba tiegħi fil-ħajja ta' kuljum, tirrifletti dak li tassew nemmen fih? Issa jekk b'kattoliċiżmu nifhmu li mmorru sal- quddies nhar ta' Ħadd, ħaġa oħra. Allavolja anke hawn l-attendenza qed tonqos minn sena għal oħra. L-impenn li tkun Nisrani full-time huwa bil-wisq profond minn hekk. B'Kattoliku nifhem li tħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek. Iżda xi drabi dak li tiltaqa' miegħu jħallik bla kliem, iħallik tgħodd it-truf tas-sigaretti, iħallik iddur fil- vojt. Allaħares toqgħod taħseb fuq dak li tara. Għax hawn min b'mod regolari, kuljum fil-bankijiet ta' quddiem għall-quddiesa, però ma jsibhiex bi kbira biex jagħmel il-ħsara lil għajru. Tiskanta b'xi individwi li ma jiddejqu xejn joħorġu l-borża taż-żibel filgħaxija, meta suppost din tinħareġ filgħodu.; idejjaq lill-ġirien bl-imġiba tiegħu b'diversi modi, però mbagħad tarah iqarben fil-quddiesa b'mod regolari. Ma ssibhiex bi kbira li ddejjaq lil tant familji jgħixu fil-blokka tagħha, b'tipjip fil-komun, toħroġlok il-borża taż-żibel f ' xi s-sebgħa ta' filgħaxija, li sal-għada filgħodu dil-borża tispiċċa tgħanni rwejjaħ li lanqas ixxommhom fil- magħtab. Biex ngħidu kollox din is-sinjura tpejjep sigarri minn dawk li jintnu. Waqt house-visit nikkonferma dan. Insapportabbli. Però mbagħad ma ssibha xejn bi tqila tattendi komunitajiet Kristjani u tikkwotalek siltiet mill-kelma t'Alla. Bla żejt f 'wiċċhom dawn it-talin. Bla ma jafu, dawn jappartjenu għar-reliġjon tal-għoġol tad-deheb. Reliġjon tas-santi. Tajjeb jien, tajjeb kulħadd. Iktar minn fariżej, slaleb, simboli, u ritwali għandna bżonn aktar nies li jagħtu xhieda ħajja tat-twemmin tagħhom. M'għandhomx idea li dawn l-individwi qed ikunu ta' aktar ħsara għall-komunità milli ta' ġid. L-imġiba tagħhom timbuttak u jekk taf li jqarbnu jew jaqraw l-epistola fit-tali quddiesa, ikun aħjar jekk tibqa' d-dar, għax isservi ta' aktar ħsara milli ta' ġid. Il-bniedem jeħtieġ li jsib il-milja tiegħu mhux f 'kemm jipproduċi u jikkonsma imma kull meta juri solidarjetà bil-fatti u ma' dawk l-aktar dgħajfa fis-soċjetà. L-istess individwi li waqt ir-ritwal moħħhom iffukat biex jissodisfaw il- preċett, però jinbidlu malli joħorġu mill-bieb tal-knisja, b'għaġla u ffukati lesti biex jgħattu lil Alla tar-ritwal b'liżar, filwaqt li jinbidlu f 'daqqa u jibdew iqimu lill-alla tal-egoiżmu. Minn ċertu sewqan wieħed jagħraf x'karattru jħaddan individwu. Imma għalih xejn mhu xejn u jekk tkellmu jew tkellimha bil-kelma t-tajba u turih li żbalja, kun preparat li se taqla' xebgħa dagħa minn dak l-ikkulurit. Donnu r-rispett intrikeb minn ħafna rabja u egoiżmu sfrenat. Però mbagħad l-istess bnedmin issibhom minn ta' quddiem jipprotestaw u jbeżżgħu lil kulħadd li jekk titneħħa l-klawsola dwar ir-reliġjon mill-Kostituzzjoni se jitneħħew is-slaleb mill- klassijiet. Għadhom ma rrealizzawx li l-kurċifiss vera saru dawk l-għalliema li jbatu minn tant inġustizzji u terrur minn xi ġenituri u anki mill-istess studenti. Iż-żminijiet inbidlu. Mur oħlom fi żmienna li tirrispondi lill-għalliem tiegħek. Illum il-ġurnata l-kurċifissi tal-injam, imwaħħlin fil-klassijiet mal- ħajt jittieħdu wisq for granted. U għal xi wħud bihom u mingħajrhom xorta waħda. Qed ngħixu storja irrelevanti u mħawda. In-nies tal-flus saru kollox u jekk tgħaddi l-vara minn quddiem biebu, ir-reffiegħa jridu jinkinaw bil-vara b'kollox quddiemu, l-aktar jekk ikun f 'xi gallarija. Irrelevanti jekk meta jingħalaq il-bieb prinċipali tad-dar issiblu t-taħwid tad- dinja kollha. Imma wara bieb magħluq kollox possibbli u bilħaqq, l-importanti li jforni kemm jiflaħ għall-festa! Bi flushom tagħmel triq fil- baħar, u mingħajrhom il- parroċċa mhix l-istess. Addijo valuri! Frugħa tal-frugħat u kollox frugħa. Il-flus ħadu post il-valuri. Huma l-flus li jżommulna ruħna ma' ġisimna u kulħadd aktar minn ċertissmu li bla flus la tgħannaq u lanqas tbus. Fi kliem ieħor il-pjaċiri u l-kumditajiet li jinxtraw bil-flus ħadu post il-ferħ u s-serenità li ġġib magħha l-ispiritwalità. Ix-xhieda saret rari daqs in- nannakola. U daqskemm din il-kitba tirrifletti dak li qed isir fl-aspett spiritwali, tirrifletti wkoll prinċipji f 'oqsma oħra. Ma nistax jien il-Membru Parlamentari li nirrappreżenta l-valuri Demokristjani, u l-imġiba tiegħi tkun xort'oħra, tkun il-kontra ta' dak li nirrappreżenta. Ma nistax ma nkunx leali lejn dawk li vvutawli, anki bl-imġiba tiegħi. Din l-istess kitba indirizzata wkoll lejn il-partiti politiċi tagħna. Min għandu widnejn biex jisma'... ħa jisma'. Imbagħad hemm dawk li jbiddlu l-valuri u l-prinċipji tagħhom skont kif jaqblilhom. Gawdew għal 25 sena sħaħ taħt Gvern Nazzjonalista u f 'daqqa waħda nbidlu u baqgħu jgawdu. Tassew leali lejn il-prinċipji li jemmnu fihom! Dawn dejjem rebbieħa, għax dejjem fil-gvern, għax dejjem igawdu, għax kapaċi jippjanaw bil-quddiem. In-numru ta' din is-sezzjoni ta' Maltin dejjem qiegħda tikber. Bħalma tiskot quddiem dak li jqarben għax imġibtu ma treġix, l-istess tinħasad quddiem tant u tant bnedmin li kienu jitqażżuk għax tħaddan prinċipji differenti u llum il-ġurnata fuq quddiem nett, jekk mhux maġenb u fl-istess bank, mal-mexxej tal-partit li kien iħares lejh bħala xi ħaġa moqżieża. Però l-importanti li jasal... u bla tlaqliq wasal! Imma mbagħad jekk b'kumbinazzjoni tiltaqa' mal-persuna (għax sakemm indumu ħajjin ħajt jiltaqa' ma' ħajt) se jirnexxilu jkellmek u jħares f 'għajnejk? Nippreferi meta niġi biex norqod, norqod b'rasi mistrieħa fuq l-imħadda. Nippreferi ġimgħa bilwieqfa milli għomri għarkopptejja. Irrid inkun jien... u b'wiċċi minn quddiem ngħid li jien xhud ta' dak li nemmen fih full time! illum | Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 14 Opinjoni IVAN BARTOLO L-kurċifiss vera saru dawk l-għalliema li jbatu minn tant inġustizzji u terrur minn xi ġenituri u anki mill-istess studenti. Hemm dawk li jbiddlu l-valuri u l-prinċipji tagħhom skont kif jaqblilhom. Gawdew għal 25 sena sħaħ taħt Gvern Nazzjonalista u f 'daqqa waħda nbiddlu u baqgħu jgawdu. Tassew leali lejn il-prinċipji li jemmnu fihom. Xhieda full-time

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019