Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bdejt sa minn meta kont għadni żgħir. Kont nilgħab ma' sħabi fit-toroq ta' Hammersmith. Fil- fatt jien twelidt l-Ingilterra u ġejt Malta ta' għaxar snin. Lgħabt ma' ToothingandMitcham, SuttonUnited, Barton Rovers u Carshalton Athletic kemm domt fir-Renju Unit. L-iktar li domt kien proprju ma' Toothing fejn dik kienet l-ewwel esperjenza tiegħi ma' tim tal-kbar. Kien żmien fejn bdejt niżviluppa t-talenti tiegħi f 'futbol ferm kompetittiv. Fis-sena 2001 ġejt tilgħab ma' Pietà Hotspurs. Bla dubju li dak iż-żmien kellkom tim mill-aqwa. Iva, kellna plejers ta' kalibru dak iż-żmien bħal Chris Okoh, Malcolm Licari u ħafna oħrajn. Kellna tim li kien tajjeb f 'kull dipartiment. Kien staġun fejn kellna riżultati tajbin b'tim li kien jissorprendi f 'ħafna riżultati. Konna qisna familja waħda u l-għaqda kienet waħda li kienet tidher. Imbagħad ingħaqadt ma' Sliema fl- 2003. Madankollu l-esperjenza tiegħek ma kinitx daqshekk twila. Iva, magħhom lgħabt biss 10 logħbiet. Dak iż-żmien il-president kien Robert Arrigo u l-kowċ Edward Aquilina. Forsi ma ħassejtx li lgħabt daqshekk tajjeb u kien għalhekk li komplejt l-istaġun ma' Valletta. Hemmhekk laqgħuni tajjeb ħafna u kien ta' sodisfazzjon kbir għalija li kont nifforma parti mill-aqwa tim lokali. Wara mort ma' Marsaxlokk fejn saħansitra rnexxielek tieħu l-kampjonat. Iva, irnexxieli nirbaħ il-kampjonat ma' Marsaxlokk. Dak iż-żmien kellna tim tajjeb ħafna. Kien hemm plejers bħal Andrè Schembri, Cleavon Frendo u Luke Dimech. Il-president kien Victor Schriha u kont kburi li kont nagħmel parti minn dak it-tim. Il-klabb kien rebaħ il-kampjonat għall-ewwel darba u aħna konna ktibna l-istorja dak iż-żmien. Kont għamilt sena oħra magħhom sakemm imbagħad reġġgħu akkwistawni l-Belt. Ma' Valletta bħal qisek stabbilixxejt ruħek għax għamilt erba' snin tajbin magħhom hux hekk? Iva, kellna tim tajjeb ħafna bi plejers ta' ċertu kalibru. Il-konsistenza kienet arma importanti għalina. Irbaħna diversi tazzi bħala tim għalkemm l-aktar li niftakar kien ir-rebħ tal- kampjonat fl-2011. Fl-aħħar xhur tiegħi ma' dan it-tim ma tantx rajt interess li stajt nilgħab b'mod regolari u għalhekk f 'Jannar mort b'self ma' Balzan. Kif tista' tiddeskrivi l-esperjenza li kellek ma' Balzan? Kienu sena u nofs sbieħ fejn Balzan bħala tim bdew jissaħħu ftit ftit. Aħna konna l-ewwel influss ta' plejers kompetittivi li beda jġib il-kumitat sabiex isaħħaħ it-tim u jkun jista' jisfida għall-unuri prinċipali li joffri l-futbol Malti. Imbagħad kont ħadt deċiżjoni li tieqaf mill-futbol. X'kien ġara eżatt? Wara li tlaqt lil Balzan niftakar li kont għamilt tliet xhur ma nilgħabx. Bdejt inħossni qed neħxien u ma kontx qed nieħu pjaċir nilgħab. Fl- istess żmien kont qbadt xogħol ġdid u bdejt insiefer ħafna. Imbagħad darba fost l-oħrajn kont ċempilt lil Ivan Zammit li dak iż-żmien kien kowċ ta' Valletta u saqsejtu jekk stajtx niġi għat-taħriġ. Hu aċċetta mal-ewwel u rġajt bdejt ninżel nitrenja. Fl-aħħar mill-aħħar rġajt bdejt nilgħab. Int lgħabt ukoll 48 darba mat-tim nazzjonali. Liema hi l-iktar logħba li tiftakar? Iva, hekk hu kelli x-xorti nilbes 48 darba l-flokk tat-tim nazzjonali. L-iktar logħba memorabbli li diffiċli ninsa kienet dik meta ġejna dro ta' 2-2 kontra t-Turkija. Kont ferm sodisfatt li għamilt parti minn dak it-tim. Il-kowċ dak iż-żmien kien Dusan Fitzel u kont immur tajjeb miegħu. Kien bniedem dedikat u jaf xi jrid mill-plejers li jagħżel. Għadek issegwih it-tim nazzjonali? Għadni nsegwi iżda mhux daqskemm suppost. Fi żmieni konna grupp ta' plejers tajbin, illum il-livell la naqas u lanqas żdied u x-xewqa ta' kulħadd hu li nibdew inġibu r-riżultati. Nispera li dan kollu jseħħ. Iżda x'jista' jkun is-sigriet sabiex ir-riżultati jitjiebu? Forsi li jkollna plejers li jilagħbu barra minn Malta? Kemm hu faċli dan kollu meta ħafna minnhom huma xi ftit imfissdin? Hemm bżonn li jkun hawn aktar plejers jilagħbu barra minn xtutna. Dan mhux sigriet - kulħadd jafu. Meta ssiefer m'hemmx xi lussu partikolari, kollox huwa bażiku. Issa wieħed irid jara kemm huma lesti li jaċċettaw dawn il-kundizzjonijiet. Aħna l-Maltin qisna m'aħniex lesti li nagħmlu dan is-sagrifiċċju. Naħseb fil-każ tagħna rridu nibdew minn età żgħira. B'hekk ikollhom aktar saħħa psikoloġika li lesti jagħmluha għal barra. Jien naf li f 'pajjiżna għandna talenti kbar jiġifieri rridu nkunu tajbin biżżejjed biex insostnuhom u ninkoraġġuhom jagħmlu dan il-pass. Kemm int kuntent bl-infrastruttura li għandna f 'pajjiżna? Ifhem hemm differenza minn meta bdejt nilgħab jien għal-lum il-ġurnata. Illum hawn l-Istadium Nazzjonali li għandu ħaxix mill- aqwa. Anke l-Istejdjum Ċentinarju biddel il-wiċċ sintetiku tiegħu u sar meravilja. Minkejja kollox, dan kellu jsir qabel għax b'hekk biss tista' tara futbol sabiħ. Xorta għad fadal xi ftit tan-nuqqasijiet. Pereżempju ħadd ma jiġih f 'moħħu li jxarrab il-grawnds sintetiċi qabel ma jintużaw? Jekk nagħmlu hekk ser ikollna logħob aktar sabiħ u fuq kollox ma jkunx ta' periklu għall-plejers. X'taħseb dwar it-tmexxija tal-MFA? Tkellimt ma' ħafna nies fuq dan ir- rigward. Hawn min irid aktar titjib u nemmen li veru hemm ħafna xi jsir. Qed nimxu 'l quddiem pass pass iżda kif għedtlek hemm ħafna xi jsir. Minn mindu waqaft jien ma tantx imxejna 'l quddiem. Pajjiżi żgħar tjiebu għax ħasbu fil-futur tagħhom u saħħew in-nurseries tagħhom. U aħna hekk irridu nagħmlu jekk verament irridu nagħmlu l-qabża fil-kwalità. 'Meta tqis li lanqas kont se nkompli l-futbol, li lħaqt Cristian Antony Muscat Jamie Pace - preżentament plejer ta' Vittoriosa Stars -Ewwel Diviżjoni u li huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti -aħħar snin. Riċentament laħaq it-tragward tas-700 partita l-karriera tiegħu fejn barra f 'pajjiżna, lagħab ukoll -Ingilterra. Jien nara l-futbol bħala l-mera tal-ħajja. Xi kultant ikollna t-tlugħ u l-inżul tagħna u biex tirnexxi hemm bżonn ħafna sagrifiċċji, dedikazzjoni u pożittività. Jekk ikollok dawn l-ingredjenti tasal fejn trid. Dejjem għandek tkun umli u tagħti l-mija fil-mija tiegħek. Hemm bżonn li jkun hawn aktar plejers jilagħbu barra minn xtutna. Dan mhux sigriet - kulħadd jafu. Meta ssiefer m'hemmx xi lussu partikolari, kollox huwa bażiku. Issa wieħed irid jara kemm huma lesti li jaċċettaw dawn il-kundizzjonijiet. Aħna l-Maltin qisna m'aħniex lesti li nagħmlu dan is-sagrifiċċju. Naħseb fil-każ tagħna rridu nibdew minn età żgħira.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019