Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847
illum | Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 Aħbarijiet 8 Ma fhimtx kif se jkunu eletti aktar Il-Gvern qed jipproponi mekkaniżmu biex jiżdiedu s-siġġijiet l-Parlament u jimtlew mid- Deputati nisa. Iżda dan il-mekkaniżmu meta japplika? Deputati eletti se jkollhom iċedu posthom għal kandidati nisa? Kif se jiġu eletti aktar nisa? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn id- dokument ta' konsultazzjoni... MATUL din il-ġimgħa smajna ħafna dwar kif il-Parlament jista' jikber b'massimu ta' 12-il siġġu bil-għan li fil-Parlament ikun hemm rappreżentanza ugwali bejn l-irġiel u n-nisa. Madanakollu, ħafna qed jistaqsu jekk dan hux se jfisser li kandidati nisa se jkunu qed jieħdu post deputati oħra rġiel li jkunu ġew eletti. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn id- dokument (Riforma: Bilanċ tal Ġeneru fil-Parlament) li jinsab għall-konsultazzjoni pubblika, bil-għan li tindirizza dawn il- mistoqsijiet. L-ewwel u qabel kollox, il- proposta li jiżdiedu sa massimu ta' 12-il siġġu parlamentari hija biss waħda mill-proposti li qed jimbotta 'l quddiem dan id-dokument sabiex aktar nisa jidħlu fil-politika u l-Parlament Malti jkun aktar rappreżentattiv. Aktar milli kwoti, il-Gvern qiegħed jipproponi dak li qed jissejjaħ "Mekkaniżmu Korrettiv tal-Ġeneru" li jidħol fis-seħħ awtomatikament meta jew l-irġiel jew in-nisa jiksbu inqas minn 40% tas-siġġijiet parlamentari. Filwaqt li preżentament dan il-mekkaniżmu japplika aktar għan-nisa, id-dokument jisħaq li dan huwa mmirat għas-sess "sottorappreżentat". Dan ifisser li jekk fil-futur ikun hemm ċirkostanza fejn fil-Parlament ikunu eletti inqas minn 40% irġiel, l-istess mekkaniżmu jiskatta favur il-kandidati maskili. Imma dan il-mekkaniżmu se jbiddel is-sistema elettorali preżenti? Il-Gvern, permezz ta' dan id-dokument, qed jinsisti li l-emendi legali li qed ikunu proposti ma jbiddlux il- proċess elettorali eżistenti. Għall-kuntrarju dawn jibqgħu fis-seħħ kif inhuma u magħhom ikun inkluż dan il- mekkaniżmu. Dan il-mekkaniżmu jidħol fis- seħħ biss meta wieħed mis-sessi jikseb inqas minn 40% tas- siġġijiet parlamentari. F'każ li jiġri hekk, dan il-mekkaniżmu jippermetti li jiżdiedu sa massimu ta' 12-il siġġu addizzjonali, liema siġġijiet ikunu riservati għal kandidati mis-sess sottorappreżentat (preżentament in-nisa). Ovvjament, dawn in-nisa jkunu kkontestaw l-elezzjoni iżda ma jkunux telgħu bil-proċess eżistenti. F'każ li kemm l-irġiel u anke n-nisa awtomatikament jaqbżu l-40%, il-mekkaniżmu ma jkunx meħtieġ u ma jiskattax. Imma allura x'se jiġri minn dawk il-kandidati diġà eletti? Se jkun hemm min iċedi postu għan-nisa? Assolutament le. Ir-risposta tinsab fl-aġġettiv "addizzjonali." Siġġijiet addizzjonali jfisser li mal-ammont ta' siġġijiet preżenti, jiżdiedu aktar siġġijiet, jiġifieri l-membri parlamentari preżenti jew dawk li jkunu eletti fl-elezzjoni li jmiss mhux se jkollhom is-siġġu tagħhom mhedded. Mhux hekk biss, talli d-dokument jispjega kif il-kandidati rġiel mhux se jkunu żvantaġġati għax, kif spjegat aktar 'il fuq, se jkollhom l-opportunità ugwali li jitilgħu bis-sistema preżenti. Dan ifisser li l-mekkaniżmu jidħol fis-seħħ wara li jintemm il-proċess normali tal-għadd tal-voti kif nafuh illum u jkunu eletti l-65 deputat li jiffurmaw il-Parlament Malti. Kull wieħed minn dawn, sew jekk raġel u sew jekk mara, mhux se jkollhom is-siġġu tagħhom mittiefes. Kif se jintgħażlu l-kandidati nisa? X'kien jiġri fl-2017? L-ewwel u qabel kollox, jekk ikun hemm il-ħtieġa li jiżdiedu t-12-il siġġu kollha kemm huma, dawn jinqasmu awtomatikament sitta għan- naħa tal-Gvern u sitta fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni. Dan biex jekk il-poplu jkun għażel li jagħti vantaġġ ta' ammont ta' siġġijiet lill-Gvern, ma jkun hemm l-ebda ċaqliq fir-rieda tal-elettorat. Dan il-mekkaniżmu korrettiv se jagħmel użu minn tliet tipi ta' 'voti moħlija.' X'inhuma dawn il-voti moħlija? Fi kliem sempliċi, fis-sistema elettorali tagħna, biex tkun stabbilita kwota fuq distrett, irid ikun hemm ħames siġġijiet u wieħed. Dan ifisser li biex tkun stabbilita l-kwota, in-numru ta' votanti f 'distrett ikun diviż bejn sitta, li jfisser li dejjem ikun hemm kandidat wieħed li għal ftit jibqa' 'mdendel.' Għalhekk, l-ewwel mhu se jiġu eletti biex jimtlew dawn is-siġġijiet addizzjonali, huma dawk il-kandidati 'mdendla' mis-sess sottorappreżentat (fil-każ ta' bħalissa kandidati nisa) li ma jkunux telgħu bis- sistema preżenti. Pereżempju, fl-aħħar elezzjoni ġenerali, żewġ kandidati nisa spiċċaw 'imdendla' wara l-aħħar għadd. Paula Mifsud Bonnici, li kkontestat mal-Partit Nazzjonalista fuq l-ewwel distrett, kienet il- kandidata 'mdendla,' b'2,749 vot. Deborah Schembri, li kkontestat mal-Partit Laburista fuq it-12-il distrett baqgħet 'imdendla' wara li kisbet 3,417-il vot. B'dan il- mekkaniżmu, dawn iż-żewġ kandidati kienu jiġu eletti awtomatikament biex jimlew is-siġġijiet addizzjonali. Wara dan, ġaladarba s-sess sottorappreżentat bħalissa huwa dak femminili, jinfetħu wkoll il-voti ta' dawk il- kandidati 'mdendla' rġiel, biex jingħaddu l-voti tan-nisa. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, 10 distretti elettorali kellhom 'voti moħlija.' Sa issa, dawn huma kollha voti li ma jinfetħux. Pereżempju fl-elezzjoni tal-2017, Josie Muscat (PN) kiseb 2,493 vot fuq it-tieni distrett. Dawn il-voti 'moħlija' tiegħu kienu jinfetħu biex issir elezzjoni każwali biex jingħaddu l-voti ta' dawk il- kandidati nisa li kkontestaw mal-Partit Nazzjonalista fuq l-istess distrett. F'dan il-każ, il- kontestanti kienu jkunu Mary Bezzina u Doris Borg. Fl-aħħar nett, jinfetħu wkoll il-voti ta' dawk il-kandidati li jkunu ġew eletti b'elezzjoni każwali, li fis-sistema elettorali tagħna ma jkunux eletti skont il-voti li jkunu ġabu huma iżda skont il-voti l-oħra (it-tieni preferenza, it-tielet, eċċ.) tal- kandidat li jkun ċeda postu. Din is-sistema nsejħulha 'co- option.' Id-dokument allura jipproponi li dawn il-voti tal-kandidati li jkunu ġew eletti b'elezzjoni każwali jinfetħu wkoll biex bihom ikunu eletti l-kandidati nisa. Fl-elezzjoni tal-2017, Edward Zammit Lewis kien elett f 'isem il-Partit Laburista b'elezzjoni każwali fuq it-tmien distrett. Għalhekk, kienu jinfetħu l-voti tiegħu, jiġifieri 3,298 vot bil-għan li jingħaddu l-voti tal-kandidati nisa tal- Partit Laburista fuq l-istess distrett. F'dan il-każ l-uniku kontestanta kienet tkun Rachel Tua. Ovvjament, f 'każ li jkunu qed isiru aktar elezzjonijiet każwali minn kemm għad fadal siġġijiet x'jimtlew min-nisa, il-kandidati nisa li jiġi eletti jkunu dawk li ġabu l-akbar ammont ta' voti wara li jintemm il-proċess kollu tal- għadd. X'effett se jħalli dan il- mekkaniżmu? Id-dokument konsultattiv jidħol fid-dettall biex jispjega kif dan il-mekkaniżmu jwassal biex ir-rappreżentanza tan- nisa fil-Parlament, li bħalissa tammonta għal madwar 14%, titla' għal madwar 40%. Dan ifisser, li kieku dan il- mekkaniżmu kien diġà jopera fl-aħħar elezzjoni ġenerali, POST TA' ICT SYSTEMS MANAGER FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Generali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' ICT Systems Manager. L-applikant magħżul jkun impjegat fuq bazi full-time u jkun mistenni jaħdem mhux inqas minn erbgħin siegha fil-gimgħa. Kull min japplika għandu jkollu Diploma fil-Computing fl-livell ta' MQF 5, liema certifikat irrid jkun magħruf mill-MQRIC. Applikazzjonijiet u l-Curriculum Vitae għandhom jintbagħtu lil Dipartiment tar-Risorsi Umani (JobsPlus 196/2019) Uffiċċju ta'l-Avukat Generali Il-Palazz, Misrah San Gorg Il-Belt, Valletta Jew ibaghat email: ag@gov.mt Mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta, 16 ta'April 2019 sa nofsinhar. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Deborah Schembri Paula Mifsud Bonnici