Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 | illum aktar nisa...spjegazzjoni pass pass in-numru tad-deputati nisa fil-Parlament Malti kien jitla' minn 10 għal 22 deputat. Interessanti li fl-istorja tal- Parlament Malti, jiġifieri fl-aħħar 72 sena, 27 mara biss irnexxielhom iservu fil- Parlament. Rapport wara l-ieħor, kemm tal-Eurostat u anke tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneru (EIGE) poġġew lil Malta fost l-inqas pajjiżi li għandhom nisa parteċipattivi fil-politika u dan minkejja li f 'Malta 60% tal-gradwati huma nisa. X'ġara f 'pajjiżi oħra? Id-dokument iħares ukoll lejn dak li ġara f 'pajjiżi oħra li inkludew il-kwoti, fejn f 'pajjiżi bħall-Belġju, is-Serbja, il-Portugall, Spanja u Franza u oħrajn kien hemm żieda fl-ammont ta' kandidati nisa li ħarġu għall-elezzjoni jew li ġew eletti wara li dawn daħlu fis-seħħ. Id-dokument iħares b'mod partikolari lejn dak li ġara fl-Irlanda u dan minħabba diversi similaritajiet bejn iż- żewġ pajjiżi, inkluż fis-sistema elettorali. L-elezzjoni ġenerali Irlandiża tal-2016 kienet l-ewwel waħda li fiha kienu japplikaw il-kwoti. F'din l-elezzjoni, kien hemm żieda ta' 40% fl-ammont ta' parlamentari nisa li ġew eletti. Qabel din l-elezzjoni, l-għadd tan-nisa fil-Parlament Irlandiż qatt ma qabeż is-16%. B'kollox ikkontestaw 551 kandidat: 388 kienu rġiel (70.4%) filwaqt li 163 kienu nisa (29.6%). Dan kien l-akbar numru ta' nisa li qatt ikkontestaw elezzjoni ġenerali fl-Irlanda. Proposta wkoll biex ikun emendat l-Att dwar il- Finanzjament tal-Partiti Id-dokument jipproponi wkoll emendi fl-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti bl- għan li l-partiti politiċi jkunu jistgħu japplikaw għal fondi mill-Istat biex jintużaw mill- istess partiti għar-reklutaġġ ta' kandidati nisa, iħarrġuhom u anke jippromovuhom. Ngħiduha kif inhi, biex aktar nisa jkunu eletti fil- Parlament, importanti li mhux biss jiżdiedu s-siġġijiet parlamentari iżda li jkun hemm aktar nisa li jikkandidaw ruħhom. Għalhekk, din il-proposta hija intiża wkoll biex il-partiti jippruvaw joffru kandidatura bbilanċjata. Il-partiti politiċi se jkunu obbligati li jagħtu rendikont finanzjarju annwali lill- Kummissjoni Elettorali u li fih jispjegaw kif qed jintużaw dawn il-fondi. ...mela r-responsabbilitajiet tal-Kummissjoni Elettorali jridu jkun estiżi Ġaladarba l-partiti politiċi li japplikaw għal dawn il- fondi jridu jagħtu rendikont annwali lill-Kummissjoni Elettorali, dan ifisser li r-responsabbilitajiet tagħha jeħtieġ li jkunu estiżi. Għalhekk, id-dokument jipproponi li l-Kummissjoni Elettorali tkun obbligata li kull sena tagħmel awditjar dwar l-Ugwaljanza tal-Ġeneru f 'dawk il-partiti politiċi li jagħżlu li japplikaw għal fondi mill-Istat. L-istess Kummissjoni se tkun obbligata li tippubblika l-evalwazzjoni tagħha f 'rapport annwali fejn tagħti stampa ċara tal-inizjattivi u miżuri li l-partiti jkunu ħadu biex jippromovu l-ugwaljanza fil-politika. Il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel ukoll ir- rakkomdazzjonijiet tagħha. Ġaladarba se jkollha dan ir-irwol, ma jagħmilx sens li din il-Kummissjoni tkun magħmula minn irġiel biss jew maġġoranza assoluta ta' rġiel u allura d-dokument konsultattiv jisħaq li din għandha tkun rappreżentattiva taż-żewġ sessi. Biex dan isir malajr kemm jista' jkun, id-dokument jipproponi li l-membri tal-Kummissjoni jiżdiedu. Tinħoloq Kummissjoni għal mainstreaming tal-ġeneru fil- Parlament Il-Kumitat Tekniku li ħadem fuq dan id-dokument qed jipproponi wkoll li l-Ispeaker jaħtar Kummissjoni biex tfassal Pjan Strateġiku u li xogħolha jkun li tassigura: • Kuxjenza dwar il-ħtieġa tal- mainstreaming tal-ġeneru fil-liġijiet u l-policies • Li n-nisa jkollhom rappreżentanza xierqa fil- kumitati parlamentari • Li jaddotta politika kontra d-diskriminazzjoni u l-fastidju • Li l-Parlament ikollu politika istituzzjonali kontra l-fastidju sesswali • Li l-Parlament joffri servizz ta' nursery u anke kmamar għall-familja • Skeda ta' laqgħat fejn is- sigħat ikunu adattati għall- Membri Parlamentari • Tiġi diskussa l-possibbilità li l-back benchers ikollhom l-opportunità li b'mod volontarju jagħżlu li jaħdmu full-time. Ġaladarba dan id-dokument jipproponi wkoll emendi Kostituzzjonali, dwar dawn ikun hemm bżonn l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti. 'Ma għandux ikollna diskriminazzjoni favur in-nisa' Il-pożizzjoni tiegħi fuq il-kwoti minn dejjem kienet ċara. Jekk in-nisa u l-irġiel huma ndaqs u kapaċi l-istess, allura ma għandux ikollna diskriminazzjoni favur in-nisa. Nistgħu nsejħulha b'ħafna ismijiet imma xorta tibqa' diskriminazzjoni favur il-mara. Hawn ħafna li huma favur din il-miżura u għandhom raġunijiet validi. Xorta, jiena, bħala mara, inħoss li din se sservi ta' skuża għal dawk li ma jemmnux li n-nisa u l-irġiel huma kapaċi indaqs biex jgħidu: "Dik qiegħda f 'dik il-pożizzjoni minħabba l-kwoti." Hemm min din ma ddejqux. Lili ddejjaqni. Dan ma jfisser xejn. Idejquni ħafna affarijiet fil-ħajja. Xi wħud lesta niġġieled għalihom. Oħrajn le. Il-kwoti huma xi ħaġa li mhux lesta niġġieled għalihom jew kontra tagħhom. J'Alla għandi żball jien. J'Alla din il-miżura twassal biex iżjed nisa jkunu f 'pożizzjoni fejn jistgħu jieħdu deċiżjonijiet effettivi. J'Alla leħen 'il mara jinstema' u jiġi stmat. 'Mekkaniżmu intelliġenti li jwarrab id- diskriminazzjoni' Is-sistema politika li nħaddmu hija magħrufa bhala demokrazija rappreżenattiva u dawk eletti rappreżentanti tal-poplu. B'dan infissru li għandu jkun hemm rappreżentanza xierqa tal-poplu kollu. Fil-mixja lejn id-demokrazija kien hemm dibattiti jaħarqu ta' kif il-poplu kollu seta' jkun irrappreżentat fil-Parlament u d-dinja tgawdi minn sistemi elettorali differenti. Dawk li kienu kontra rappreżentanza ġusta ħadmu biex jitwaqqfu strutturi u mekkaniżmi li jivvantaġġjaw minoranzi bħan-nobbli u l-kleru, bħas-Senat, biex ikomplu jgawdu poter a skapitu tal-poplu. In-nisa qajla ġew ikkunsidrati minkejja li dejjem ammontaw għal madwar nofs il- popolazzjoni u lanqas gawdew mid-dritt għall-vot. Hawn min jgħid li dawk kienu żminijiet oħra. Illum ukoll huwa żmien ieħor. Daħħalna mekkaniżmi biex biex ikun hemm proporzjonalità bejn il-partiti. Issa wasal iż-żmien li nagħmlu dan biex ikun hemm iktar propozjonalità bejn is-sessi. F'Malta qed jiġi propost mekkaniżmu temporarju biex din il-proporzjonalità tintlaħaq. Huwa mekkaniżmu li ma jbiddilx il-proċess preżenti imma jwessgħu. Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, dan huwa mekkaniżmu intelliġenti li jwarrab kull elementi ta' diskriminazzjoni biex jilħaq għan ġust. Godfrey Pirotta Mary Anne Lauri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019