Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 21 ta' April 2019 | illum partijiet li l-induratur ikun irid li jiġu jleqqu, 24 siegħa wara li jinxfu, jagħtihom l-imborn. Dawk il-partijiet matti jingħataw it-tempra. Iżda l-proċess lanqas ma jieqaf hawn. Ikun imiss li l-induratur jirtokka d-deheb, għaliex meta l-ġibs jixrob l-ilma li jkun ingħata biex jitpoġġa d-deheb, peress li d-deheb huwa folja, ikun hemm fejn jaqsam u għalhekk ikun irid jerġa' jsir l-irtokk u fejn ikun hemm bżonn jerġa' jsir l-imborn. Fl-aħħar nett, l-induratura tingħata l-verniċ li fi kliem sempliċi qisu jiksi l-istatwa b'folja protettiva li tipproteġi l-induratura mill- elementi. X'differenza hemm bejn din it-tip ta' induratura u l-isgraffir? Wara li tkellimna dwar dan il-proċess twil li jitlob paċenzja kbira, staqsejna lill-induratur x'differenza hemm bejn meta qed jindura statwa bħal dan l-Irxoxt, fejn il-libsa hija kollha kulur id-deheb, u meta qed jaħdem induratura ta' statwa oħra li l-libsa tagħha tkun ukoll bil-kulur, bħal fil-każ ta' ħafna mill- vari titulari. Publio Magro spjegalna li dan jissejjaħ sgraffir. F'dan il-każ, id-deheb jiġi kollu kemm hu mbornut (jiġifieri ma jkunx hemm differenza fejn partijiet ileqqu u oħrajn matti). Spjegalna kif il-proċess huwa itwal minħabba l-fatt li l-fond ikun irid jingħata ż-żebgħa, li jipproċessaha apposta l-induratur. Wara li ż-żebgħa tinxef, l-induratur, b'delikatezza kbira jibda jigrifha ftit ftit u fejn jingiref jibda joħroġ id- deheb li jkun hemm taħt. "Għalhekk meta tara statwa mill-viċin, l-induratura tkun qisha ħajt irqiq tad-deheb. Dawk huma l-partijiet li jkunu ġew migrufa u joħroġ l-effett ta' ħajta deheb u ħajta kulur," spjegalna Magro. 'L-induratur irid jadatta skont l-istatwa li jkollu quddiemu' Ovvjament, kompla jispjegalna Publio, qabel jibda x-xogħol tal-induratura, l-induratur irid jadatta dak li jkun qed jagħmel skont l-istatwa li jkollu quddiemu u lil min tirrappreżenta. Ix-xewqa tal-klijenti wkoll trid tkun ikkunsidrata. F'dan il-każ, spjegalna l-induratur, il-Luqin minn dejjem xtaqu li l-Irxoxt tagħhom ikollu l-libsa kollha kemm hi kulur id-deheb. "Aħna għamilnieh kif xtaqu l-Luqin u biex ikun orġinali, id-disinn għamilnieh imqabbeż," kompla jispjegalna. "Tidħol ukoll l-arti tal- induratur, is-sengħa tiegħu u anke x-xewqat tal-artist li jkun ħolqu." It-temp ukoll jilgħab parti +importanti? Ma stajniex ma nistaqsux lil Publio jekk qattx inkwieta li statwa li kien qed jaħdem fuqha ma jlestihiex fil-ħin. "Ninkwieta dejjem," qalilna Publio waqt li fakkarna li t-temp jilgħab parti importanti wkoll. "Din il-ġimgħa t-temp qed jgħinna ħafna għax għamel ħafna riħ fuq. Imbagħad taħdem skont in-neċessità. Ġieli bqajna sa tard filgħaxija minn kmieni filgħodu," qalilna Publio li spjegalna kif hu u Carmel qattgħu dawn l-aħħar sitt xhur jaħdmu bla waqfien fuq dan l-irxoxt. Diġà bdejna nħossu n-nuqqas tiegħu…imma meta tarah f 'postu tħoss sodisfazzjon kbir' Tagħmel sitt xhur taħdem fuq statwa bħal din, xi ftit jew wisq tispiċċa torbot qalbek magħha. Xi jħoss l-induratur meta jara statwa tħalli l-maħżen tiegħu? "Diġà bdejna nħossu n-nuqqas tiegħu anke jekk għadu hawn. Imma wara kollox qed nindurawh biex narawh fil-knisja. Mill-banda l-oħra iġri narawh lest, fuq il-qabar tiegħu," qalilna l-induratur. "Meta qed tarah f 'postu, tħossok sodisfatt għax tħares lejh u tara l-frott ta' jdejk." Intant, l-Irxoxt ħalla l-maħżen fil-Furjana nhar Ħamis ix-Xirka stess iżda dan ma kienx ifisser it-tmiem tax- xogħol. Kif jidher mir-ritratti, il- karnaġġjon kien għadu mhux lest u l-iskulturi li ħadmu din il-vara maestuża qattgħu dawn l-aħħar jiem ilestu l-karnaġġjon, biex ilbieraħ filgħaxija, l-Irxoxt ingħata komplut lill-poplu ta' Ħal Luqa. Fl-aħħar nett, l-induratura imqabbeż," kompla jispjegalna. "Tidħol ukoll l-arti tal- meta tarah f 'postu tħoss jdejk." tingħata l-verniċ li fi kliem sempliċi qisu jiksi l-istatwa b'folja protettiva li tipproteġi l-induratura mill- elementi. X'differenza hemm bejn din it-tip ta' induratura u l-isgraffir? Wara li tkellimna dwar dan il-proċess twil li jitlob paċenzja kbira, staqsejna lill-induratur x'differenza hemm bejn meta qed jindura statwa bħal dan l-Irxoxt, fejn il-libsa hija kollha kulur id-deheb, u meta qed jaħdem induratura ta' statwa oħra li l-libsa tagħha tkun ukoll bil-kulur, bħal fil-każ ta' ħafna mill- vari titulari. Publio Magro spjegalna li dan jissejjaħ sgraffir. F'dan il-każ, id-deheb jiġi kollu kemm hu mbornut (jiġifieri ma jkunx hemm differenza fejn partijiet ileqqu u oħrajn matti). Spjegalna kif il-proċess huwa itwal minħabba l-fatt li l-fond ikun irid jingħata ż-żebgħa, li jipproċessaha apposta l-induratur. Wara li ż-żebgħa tinxef, l-induratur, b'delikatezza kbira jibda jigrifha ftit ftit u fejn jingiref jibda joħroġ id- deheb li jkun hemm taħt. "Għalhekk meta tara statwa mill-viċin, l-induratura tkun qisha ħajt irqiq tad-deheb. Dawk huma l-partijiet li jkunu ġew migrufa u joħroġ l-effett ta' ħajta deheb u ħajta kulur," spjegalna Magro. 'L-induratur irid jadatta skont l-istatwa li jkollu quddiemu' Ovvjament, kompla jispjegalna sempliċi qisu jiksi l-istatwa b'folja protettiva li tipproteġi l-induratura mill- X'differenza hemm bejn din it-tip ta' induratura u l-isgraffir? Wara li tkellimna dwar dan il-proċess twil li jitlob paċenzja kbira, staqsejna lill-induratur x'differenza hemm bejn meta qed jindura statwa bħal dan l-Irxoxt, fejn il-libsa hija kollha kulur id-deheb, u meta qed jaħdem induratura ta' statwa oħra li l-libsa tagħha tkun ukoll bil-kulur, bħal fil-każ ta' ħafna mill- vari titulari. Publio Magro spjegalna li dan jissejjaħ sgraffir. F'dan il-każ, id-deheb jiġi kollu kemm hu mbornut (jiġifieri ma jkunx hemm differenza fejn partijiet ileqqu u oħrajn Spjegalna kif il-proċess huwa itwal minħabba l-fatt li l-fond ikun irid jingħata ż-żebgħa, li jipproċessaha apposta l-induratur. Wara li ż-żebgħa tinxef, l-induratur, b'delikatezza kbira jibda jigrifha ftit ftit u fejn jingiref jibda joħroġ id- deheb li jkun hemm taħt. "Għalhekk meta tara statwa mill-viċin, l-induratura tkun qisha ħajt irqiq tad-deheb. Dawk huma l-partijiet li jkunu ġew migrufa u joħroġ l-effett ta' ħajta deheb u ħajta kulur," spjegalna Magro. 'L-induratur irid jadatta skont quddiemu' Ovvjament, induratur, is-sengħa tiegħu u anke x-xewqat tal-artist li jkun ħolqu." It-temp ukoll jilgħab parti +importanti? Ma stajniex ma nistaqsux lil Publio jekk qattx inkwieta li statwa li kien qed jaħdem fuqha ma jlestihiex fil-ħin. "Ninkwieta Carmel Cassar Dettall tal-induratura u l-bassorilievo fuq il-libsa tal-Irxoxt Dettall tat-tberfila fuq il-libsa tal-Irxoxt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019