Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 21 ta' April 2019 Aħbarijiet Illum f 'diversi lokalitajiet isiru l-purċissjonijiet bl-Irxoxt iżda f 'Ħal Luqa l-festa hija waħda speċjali hekk kif wara li s-sena li għaddiet, il-Luqin żanżnu statwa ġdida, din is-sena qed jilqgħuha mill-ġdid indurata. L-ILLUM tiltaqa' ma' Publio Magro, l-induratur li tul dawn l-aħħar xhur ħoloq l-induratura na u rikka ta' dan l-Irxoxt Ix-xewqa tal-Luqin tkompli ssir realtà… Jilqgħu l-Irxoxt indurat WARA li nhar il-Ħamis li għadda l-qniepen siktu leħinhom, dalgħodu sebħu jdoqqu moti ferrieħa biex ixandru l-ferħ tal-Għid il- Kbir mal-erbat irjieħ, l-akbar solennità tal-Knisja. Biex ikomplu jżidu ma' dan il-ferħ, dalgħodu u anke llejla, f 'diversi lokalitajiet, isiru purċissjonijiet u manifestazzjoni bl-istatwi tal-Irxoxt u jispikka l-ġiri tradizzjonali li jżid mal- atmosfera ta' brijju. Iżda f 'Ħal Luqa, il-ferħ u l-atmosfera ta' festa qed jinħassu doppji hekk kif wara li s-sena li għaddiet żanżnu statwa ġdida ta' Kristu Rxoxt, din is-sena qegħdin jerġgħu jilqgħuha fit-toroq tagħhom indurata, biex hekk ix-xewqa tal-Luqin qed tkompli ssir realtà. Nhar it-Tnejn li għadda, il-gazzetta ILLUM niżlet fil- maħżen ta' Publio Magro fil- Furjana, l-induratur li l-Luqin għażlu biex jindura l-istatwa l-ġdida ta' Kristu Rxoxt u bir- raġun, għaliex huwa induratur veteran li fl-aħħar snin kellu f 'idu wkoll ir-restawr ta' diversi statwi titulari, fosthom dik ta' Sant' Andrija tal-istess lokalità, il-vara ta' San Publju tal-Furjana, tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta u diversi statwi ta' San Ġużepp, inkluż dik titulari tal-Imsida. Publio, flimkien maż- żagħżugħ li qed irawwem, Carmel Cassar, kienu għadhom qed ipoġġu, b'paċenzja liema bħalha, l-aħħar ftit folji deheb li taw dehra glorjuża lil din l-istatwa minquxa fl-injam mill-artisti Michael u Adonai Camilleri Cauchi. Xi proċess jinvolvi l-induratura? Tkellimna mal-induratur dwar il-proċess li wassal biex din l-istatwa ġiet indurata. Publio spjega kif il-proċess jibda ħafna qabel titpoġġa l-ewwel folja deheb. Fil-fatt, ġaladarba din hija statwa tal- injam, l-ewwel ħaġa li jagħmel l-induratur hija li jagħmel ix-xoqqa fuq fejn ikun hemm il-ġonot fl-injam, bl-għan li dawn jirreżistu l-ixpakki. Minn hemm, ikun imiss li l-istatwa tingħata l-ġibs, proċess li wkoll jieħu ħafna ħin. "Lil dan l-Irxoxt tajnieh xejn inqas minn 15-il passata ġibs," spjegalna l-induratur u dan minħabba l-fatt li ħadem disinn skolpit fil-libsa tal- Irxoxt (teknika magħrufa bħala bassorilievo). Biex joħroġ id-disinn, l-induratur ikun irid jerġa' jneħħi minn dan il-ġibs u għalhekk huwa importanti li jkun hemm biżżejjed biex id-disinn ikun jista' joħroġ ċar. Tkellimna aktar dwar dan id- disinn imqabbeż fil-libsa tal- Irxoxt, b'Publio Magro jisħaq dwar l-importanza li l-iskultur u anke l-induratur jaħdmu id f 'id biex ir-riżultat finali jkun jixraq. Fil-fatt, għalkemm normalment id-disinn tal-induratura jagħmlu l-induratur, f 'dan il-każ, Publio ħass li kellu jaħdem id f 'id mal-artisti u ħalla f 'idejn Camilleri Cauchi biex jiddisinjaw it-tberfila tal-libsa (id-dawra ta' barra), filwaqt li hu ħa ħsieb il-kumplament tad-disinn. Meta jkollu d-disinn f 'idu, l-induratur, b'delikatezza u bi preċiżjoni, ipinġih fuq il-ġibs biex imbagħad, wara li l-ġibs ikun ġie rfinut u maħsul biex jingħalqu l-pori tiegħu, ikun jista' jibda jnaqqax ftit ftit fih biex id-disinn jieħu l-ħajja. Issa, wara dan ix-xogħol li jkun ħadlu ġimgħat, l-induratur ikun jista' jibda jipprepara għall-induratura billi jagħti dak li jissejjaħ il- boll li joħloq id-differenza fejn dawk il-partijiet li jkunu ġejjin ileqqu u dawk li jkunu ġejjin matti. Minn hemm, ftit ftit, jibda jitpoġġa d-deheb b'dak il-proċess li jissejjaħ 'water gilding,' fejn l-induratur ixarrab bi ftit ilma fejn ikun se jpoġġi d-deheb. Dawk il- ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Publio Magro X'se jiġri llum f 'Ħal Luqa? • Wara li lbieraħ, għall-ewwel darba l-Luqin tefgħu għajnejhom fuq l-Irxoxt miżbugħ u indurat, dalgħodu jistgħu jgawduh fit-toroq tagħhom. • Fil-fatt, dalgħodu fit-8:30am tibda quddiesa solenni tal-Għid il-Kbir fil-Knisja Parrokjali ta' Sant'Andrija biex wara, għall-ħabta tad-9:30pm, toħroġ il- purċissjoni bil-vara tal-Irxoxt. • Il-purċissjoni se tkun akkumpanjata miż-żewġ baned Luqin, jiġifieri mill-Għaqda Mużikali Sant'Andrija u mis-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni li se jingħaqdu f 'banda waħda. • Il-purċissjoni tidħol lura fil-knisja għall-ħabta ta' nofsinhar wara l-ġirja tradizzjoni bl-istatwa tal- Irxoxt. Ritratti ta' James Bianchi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019