Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 21 ta' April 2019 | illum BIRDLIFE Malta taqbel mal-Committee Against Bird Slaughter (CABS) li l-uniku mod biex tagħraf bejn gamiem imnissel fil-magħluq u dak li jinqabad mis-selvaġġ illegalment hu billi tiġi emendata l-liġi u dawk li jkabbru l-Gamiem f 'guvi jiġu obbligati jpoġġu ċrieket magħluqin fuq il- frieħ. M'hemm l-ebda dubju li ammont sostanzjali ta' persuni jaqbdu l-gamiem mis-selvaġġ bl-użu ta' gaġeġ kbar. Għalkemm dan huwa illegali, kull sena jinstabu numru minn dawn il-gaġeġ fi nħawi differenti ta' Malta u Għawdex. Minħabba li dan l-għasfur huwa fost l-ispeċi li jistgħu jiġu kkaċċjati matul il-ħarifa, il-liġi ma tikkastigax lil min jinqabad fil-pussess ta' gamiem ħaj. Dawk li jaqbdu mijiet, jekk mhux eluf ta' gamiem, li llum huwa speċi vulnerabbli, qed jużaw din il-lakuna fil-liġi u l-uniku mod kif jista' jiġi kkontrollat dan l-abbuż huwa billi tinbidel il-liġi f 'dan ir-rigward. Dan jgħin ukoll biex tkun tista' ssir distinzjoni aktar faċli bejn min ġenwinament ikabbar il-gamiem fil- magħluq u dawk li jaqbduh illegalment. BirdLife Malta tħeġġeġ lill-għaqdiet tal- kaċċaturi l-FKNK (Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti) u l-KSU (Kaċċaturi San Ubertu) biex jifhmu li minn pass bħal dan igawdu l-membri ġenwini tagħhom u li l-uniċi nies li jilmentaw ikunu dawk li jaqbdu l-gamiem illegalment. Nappellaw ukoll lill- Gvern biex jindirizza din is-sitwazzjoni. Il-gamiem li jitnissel fil-magħluq għandu jkollu ċurkett magħluq – BirdLife Malta Gamiem f 'guvi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019