Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 21 ta' April 2019 MILJUNI kbar kienu dawk li t-Tnejn li għaddew, 15 t'April, inħasdu, bkew u emozzjonaw ruħhom xħin mal-għabex tal-jum, fil-qalba ta' Pariġi s-Sinjura – hekk hu magħruf l-katidral Gotiku ta' Notre Dame de Paris – inħakmet minn ħuġġieġa nar ħierga mis-saqaf u l-parquet tal- ġewż (magħruf 'il-Foresta' minħabba li fl-1160-70 tqatta' mis-siġar qrib biex ħa sura). Fil-bidu tan-nirien kulħadd baqa' ċċassat ma jafx x'se jaqbad jagħmel. Il-bini kbir u qadim, li tiegħu tpoġġiet l-ewwel ġebla fl- 1163 fuq il-gżejra tax-xmara Seine, deher jagħti tama kiebja mhux biss lil dawk il-Pariġini li niżlu għarkopptejhom ikantaw innijiet Marjani biex jakkumpanjaw lis-Sinjura moribonda fl-aħħar nifsijiet tagħha, iżda lil miljuni akbar ta' nies, Insara u mhumiex, li xi darba vvjaġġaw bi ħġarhom biex iżuruha. 14-il miljun viżitatur kull sena jpoġġu lin- Notre Dame fil-quċċata nett tal- attrazzjonijiet turistiċi fid-dinja. Fi qlub il-folol u t-telespettaturi, wara l-ewwel xokk, daħal qtigħ il-qalb. Kull min assista għan-nirien beda jibża' li l-ġebel kien se jċedi, l-aktar fit-torri tal-Punent fejn l-akbar qanpiena kienet tidher se taqa'. Dan ma seħħx għax l-400 pumpiera għarfu ma jgħarrqux il-binja b'ilma goff mitfugħ mill-ajru bħalma jsir fil-każ tal-foresti jaqbdu; bla dubju dan kien jherri l-istrutturi qodma 856 sena. Xħin sebaħ l-għada s-sitwazzjoni nbidlet. Mas- sebħ ġa kien hemm il- Pariġini, it-turisti u l-kameras internazzjonali mal-moll tax- xmara mhux biex jixorbu l-kafè u jieklu croissant bħas-soltu iżda did-darba biex jaraw il-lejl kienx ħanin mas-Sinjura. Għall- erwieħ! It-torrijiet tal-qniepen bil-faċċata kompluta u l-vitrata tal-warda mlewna bejniethom kienu għadhom weqfin. Il-ħitan tal-ġnub li jkennu t-tempju ma ċedewx. Saħansitra xħin mal- irmied tal-għuda kien jidher ċar li s-salib dehbieni kbir fuq l-altar ewlieni kien ġa qed ilellex fl-ewwel raġġi tax-xemx bosta basru li kien sar miraklu. Għal ħafna kien miraklu kif wara nirien devastanti bħal dawk, is-Sinjura ma ċeditx għalkollox u għebet fil-ħruq. Il-katidral tilef il-kampnar għoli 95 metru (magħruf f 'Pariġi bħala l-Vleġġa tal- Madonna), x'aktarx intilfet il-binja tal-injam tal-kor qadim, intilfu xi ftit pitturi (Notre Dame mhux mogħni b'bosta pitturi, statwi u dekorazzjonijiet Barokki għax Gotiku) u oġġetti prezzjużi żgħar iżda ġew salvati (mill-kappillan tal-pumpiera li ħabrek fuq kulħadd) relikwi, fosthom l-hekk imsejħa kuruna tax-xewk ta' Kristu li fl-1246, meta tlesta l-Katidral, ir-Re Lwiġi IX ta' Franza, illum qaddis, kien ġab minn Ġerusalemm. It-tliet orgnijiet inksew nugrufun u rmied iżda baqgħu sħaħ. Sett statwi tal- appostli fuq is-saqaf għoli 45 metru – tgħid ukoll parti mill- miraklu? Tneħħew tlitt ijiem qabel, għar-restawr. L-istatwi kollha Bibbliċi tal-faċċata u l-miżieb-mostri magħrufin bħala gargulji li jnixxu l-ilma tal-bjut baqgħu hemm. Fosthom baqa' San Denis, il-padrun u l-ewwel Isqof ta' Pariġi fis-seklu III. Pariġi ttrijonfat bl-oħla u bl-eqdem tempju Nisrani li għandha l-Knisja Kattolika fuq il-pjaneta. Dan seħħ eżattament fil-bidu meta l-istess Knisja tħares il- Ġimgħa Mqaddsa. Għala qanqal daqstant nies? Iżda Notre Dame, kif qanqal l-emozzjonijiet ta' kulħadd anki ta' dawk li nqatgħu mil- liturġija tal-Knisja, ċittadini sekulari, bħall-Franċiżi, fi stat lajk fejn il-Knisja u l-Istat ilhom formalment separati mir- Katastro f'katidral Gotiku qadim daqs il-bandiera Maltija. Kont taf li n-Notre huwa l-fatt qadim daqs il-bandiera Maltija? U x'rabta hemm bejn gwerer di erenti u dan il- bini? Storiku, eks xandar u persuna li taf u tħobb lil Franza daqs pajjiżu, jagħti ħarsa lejn in-nirien li ħakmu lil Notre Dame u l-kuntest storiku wara dan il-bini simboliku Charles Xuereb Emozzjoni globali għas-sinjura Notre Dame, festa ta' arkitettura Gotika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019