Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 21 ta' April 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? L-imħabba tiegħi lejn dan l-isport bdiet awtomatikament. Minn dejjem kien ikolli ballun miegħi u fil-mument meta kont nilgħab il- futbol kont inħossni ferm kuntent u sodisfatt. Illum il-ġurnata li għandi 33 sena għadni nħoss l-istess emozzjoni. Din hi xi ħaġa li ma tantx għadni nara fiż-żgħażagħ tal-lum li ma tantx għandhom dik l-emozzjoni u d-dedikazzjoni lejn il-futbol. Għaliex taħseb hekk? Fil-verità tibda tinduna li ż-żminijiet qed jinbidlu mhux biss fl-Italja iżda wkoll f 'Malta. Iż-żgħażagħ tal-lum ma jridux itejbu l-ħiliet tagħhom anzi jippretendu li huma tajbin diġà. Ma jridux jagħmlu dak l-isforz żejjed sabiex ikunu aħjar. Illum il-ġurnata kif jispiċċaw is-sessjoni ta' taħriġ, dawn l-istess plejers ma jkomplux jagħtu xi xutt jew tnejn jew jilagħbu xi logħba bħalma konna nagħmlu aħna fi żmienna. Illum ikollok ġenn sakemm imorru jaraw x'hemm fuq Instagram jew Facebook. Imbagħad jippretendu li jridu jilagħbu meta dawn ma jkunux għamlu l-isforz meħtieġ. Nitkellmu ftit dwar il-karriera tiegħek tal-futbol. Int bdejt l-esperjenza tiegħek ma' Siena. Kif ħassejtek hemmhekk? Jien għamilt madwar tmien snin nilgħab fis-Serie A u kollha kienu esperjenzi partikolari. F'dan il- kampjonat hemm livell għoli, ħafna kompetizzjoni u trid taħdem qatigħ sabiex iżżomm postok. Jekk xi ħadd ikun aħjar minnek malajr tispiċċa fuq il-bank tas-sostituti. Ma' Siena kelli esperjenza pożittiva għalkemm kelli perjodu fejn kont misluf ma' Juventus, Palermo u Vicenza. Int skorjajt wieħed mill-gowls tiegħek fi Stadio San Siro kontra Milan u għelibt proprju lill- gowlkeeper Christian Abbiati. Kif ħassejtek f 'dak il-mument? Ma tantx inħobb nitkellem fuq il- passat iżda l-fatt li tiskorja fi grawnd daqshekk prestiġġjuż jagħtik ħafna sodisfazzjon. Inħossni xxurtjat li ngħatajt l-opportunità li nkun hemmhekk u niskorja lill-gowlkeeper li kiteb l-istorja ta' Milan. Fost it-timijiet kollha li lgħabt magħhom int kont ukoll ma' Katanja. Hemmhekk kont idolu għall-partitarji tal-klabb. Kelli ċ-ċans nilgħab darbtejn ma' Katanja. Fis-sena 2008-2009 lgħabt magħhom meta kienu Serie A u niftakar li skorjajt seba' gowls f '26 partita. Imbagħad tmien snin wara lgħabt ma' dan it-tim Sqalli meta kienu Serie C fejn hemmhekk sibt ix- xibka tliet darbiet biss. Katanja huwa l-post minn fejn ġejja l-mara tiegħi u għalhekk għandi memorji sbieħ fid- darbtejn li kont magħhom. Kif ġejt Malta? Kien il-president ta' Floriana, Riccardo Gaucci li tani din l-opportunità li niġi Malta. Fl-istess ħin jien ridt nipprova kampjonat differenti u li loġistikament ikun viċin ta' art twelidi. Ridt ukoll nara x'tip ta' futbol jintlagħab hawnhekk. Kien hemm din il-possibbiltà u ma qgħadtx naħsibha darbtejn. Kellimni dwar l-esperjenza li kellek ma' Floriana FC. Nista' niddeskrivi din l-esperjenza bħala waħda kerha. Ma kellniex kowċ ta' livell u kważi konna mingħajru. Ma rnexxilniex nilħqu l-għanijiet tagħna u fl-istess ħin ma ngħatajtx l-opportunità li nilgħab kif suppost. Din il-ħaġa tatni fastidju u kien għalhekk li fittxejt destinazzjoni oħra. Mill-banda l-oħra, l-esperjenza ma' Tarxien Rainbows tidher li kienet differenti fejn int skorjajt ħafna gowls matul dan l-istaġun. Iva veru dan kollu. Il-biċċa tax- xogħol kienet xi ftit ikkumplikata minħabba li kelli madwar xahar u nofs wieqaf minħabba injury. Minkejja kollox irnexxieli niskorja 11-il gowl staġjonali filwaqt li ġejt magħżul bħala l-aqwa plejer tax- xahar darbtejn f 'Awwissu u f 'Marzu. Għalija dan kollu fisser sodisfazzjon kbir. Kelli f 'moħħi li nilgħab fi klabb żgħir u għalkemm għal bidu kont xi ftit xettiku dwar Tarxien, l-aġenti Maltin ikkonvinċuni nipprova din l-esperjenza li kollox ma' kollox kienet sodisfaċenti. Xi tgħidli dwar il-kowċ tiegħek attwali Jose Borg? Mal-kowċ għandi rapport xi ftit skjett. Hu għad m'għandux esperjenza u għadu jrid jifhem ċerti affarijiet. Ċert li għad irid jitjieb iktar fil- karriera tiegħu. Minkejja kollox nifraħlu għax irnexxielu jsalva lit-tim mill-periklu tar-relegazzjoni minkejja li konna abbandunati minn kulħadd. Il-fatt li rnexxielu jasal għal dan it-tragward, hu għandu mertu kbir tiegħu. Kif tarah il-livell tal-futbol Malti? Jien nara li hemm differenza bejn it-timijiet il-kbar u dawk hekk imsejħa żgħar. U d-differenza tidher sew. Jekk wieħed janalizza xi plejers individwalment tara li hemm livell tajjeb. Minkejja kollox hawn plejers li iktar iparlaw milli jitrenjaw u narahom li qatt ma jkunu lesti u dejjem hemm l-iskuża lesta fil-but. Jekk trid tkun plejer professjonali, trid tkun lest għal kollox u fl-istess ħin tadatta sew għal li jista' jinqala'. Taqbel mal-kampjonat Premier b'14- il tim? Ifhem jien kont imdorri b'kampjonat li jkun fih 18 jew 20 tim jiġifieri naħseb li 14-il tim huwa tajjeb ukoll. Wara kollox jien tal-opinjoni li mhux in-numru ta' timijiet huwa importanti iżda l-livell u l-kwalità tal-plejers. Minkejja kollox hawn barranin li jilagħbu fil-kampjonat Premier li mhumiex tal-livell tiegħek. Apparti minn hekk hawn Maltin aqwa mill- barranin. Taqbel ma' din it-teorija? Naħseb il-problema qiegħda fil-klabbs iż-żgħar. L-aqwa Maltin jilagħbu mat-timijiet ta' livell għoli u għalhekk dawk imsejħa żgħar ikollhom xi wieħed jew tnejn iżda xejn aktar. Imbagħad meta jkun hemm il-bżonn jilgħab żagħżugħ ta' 16-il sena peress li jkun hemm xi plejers imweġġgħin. Dawn l-istess żgħażagħ jippretendu li għax qed jilagħbu mal-kbar, posthom huwa assigurat. Għalhekk meta jmorru barra minn Malta ma jkunux jistgħu jżommu fit-tul għax hemmhekk trid 'Il-futur tiegħi se jibqa' f 'Malta iżda mhux ma' Tarxien Rainbows' Cristian Antony Muscat Michele Paolucci - fost l-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier u li jista' jitqies bħala magna ta' gowls għal Tarxien Rainbows. Dawn l-istess żgħażagħ iridu jieqfu jagħtu t-tort lil ħaddieħor u jħarsu lejhom biss filwaqt li jagħmlu eżami tal- kuxjenza u jaraw fejn qed jiżbaljaw " " Kien hemm ħafna paroli fi ħdan il-klabb li ma tantx għamel ġid. Xi kultant ġejna abbandunati għalkemm bħala pagi dejjem konna kif suppost " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019