Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 21 ta' April 2019 | illum Maġġoranza li tikber u tiċkien sew imma l-PN mistenni jżomm San Ġiljan San Ġiljan, il-lokalità li tmiss ma' Tas-Sliema hija wkoll lokalità li dejjem kellha maġġoranza Nazzjonalista, għalkemm il-maġġoranzi varjaw bil- Partit Nazzjonalista jmur ħażin ħafna fl-2012 u għal naqra ma jitlifx din il-maġġoranza importanti għalih. Fl-2008, meta l-elezzjoni lokali saret ma' waħda ġenerali, il-PN kiseb l-aqwa riżultat f 'San Ġiljan b'3,168 vot, jew distakk ta' 1,463 iktar mill- Partit Laburista (1,705). Fl-2012 iżda, din il-maġġoranza ttieklet waħda sew, hekk kif f 'San Ġiljan ukoll ħafna Nazzjonalisti probabbilment ma marrux jivvutaw għax dik is-sena ma kienx hemm elezzjoni nazzjonali. Il-PN, fil-fatt kien kiseb 1,623 vot (51%) biss u allura tnaqqis qawwi ta' 1,545 vot. Il-PL min-naħa l-oħra naqqas ftit voti biss u kiseb 1,386 vot biex id-distakk kien biss ta' 237, bla dubju l-agħar riżultat tal-PN hawnhekk. Fl-2015, mar-referendum tal-kaċċa, is-sitwazzjoni reġgħet 'innormalizzat' hekk kif il-PN żied kważi b'1,000 vot mill-2012 u kiseb 2,600 vot (60.5%) filwaqt li l-PL baqa' prattikament fejn kien b'1,463 vot, b'distakk qrib l-1,200 vot. Dan juri allura kif f 'San Ġiljan ukoll, bħal ċerti lokalitajiet oħrajn, huwa l-vot Nazzjonalista li jinsab f 'maġġoranza. Minkejja dan id- distakk jiżdied jew jonqos skont l-elezzjoni. Minħabba li dik ta' Mejju hija elezzjoni nazzjonali l-partiti jistgħu saħansitra jżidu l-voti mill-2015. Minkejja l-2012, ix-xejriet juru li aktar Nazzjonalisti jivvutaw meta jkun hemm elezzjoni nazzjonali filwaqt li l-vot Laburista ma tantx iċċaqlaq u allura l-PN mistenni jżomm il- maġġoranza. Il-voti li ġabet l-AD mhumiex kbar, għalkemm fl-2015 il-partit qabeż il- 200 vot u kiseb 234 vot. Lokalità li mistennija tibqa' b'maġġoranza komda Laburista Fl-aħħar snin il-Gżira ssodat il- maġġoranza Laburista, hekk kif dan il-partit baqa' jżid. Minn 1,837 fl-2007 għal 2,084 fl-2015. Fl-aħħar tliet elezzjonijiet il-Partit Laburista dejjem baqa' minn fuq b'51% fl-2007 (1,837), kważi b'60% fl-2012 (meta saret biss l-elezzjoni lokali) b'59% (1,869) u b'54% (2,084) fl-2015. Il-PN, min-naħa l-oħra, bata sew fl-2012 meta kiseb 1,207 jew 38% biss tal-vot. Minkejja li fl-aħħar elezzjonijiet il-PL dejjem kellu maġġoranza, kien ir-riżultat tal-PN l-aktar li għamel differenza, u allura dawk in-Nazzjonalisti li ppreferew jibqgħu d-dar milli jivvutaw meta kien hemm elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali waħedha. Mejju mhux se jkun differenti u għalkemm il-PL mistenni jkompli fejn ħalla fl-aħħar tliet elezzjonijiet u jżomm maġġoranza, id-daqs tad-distakk Gżirjan bejn il-PN u l-PL se jiddependi ħafna fuq kemm Nazzjonalisti jmorru jivvutaw. It-tnejn kibru imma l-Labour jibqa' minn fuq Pembroke hija lokalità illi dejjem kellha maġġoranzi Laburisti, xi minn daqqiet kbar, drabi oħrajn żgħar. Li hu żgur huwa li fiż-żewġ lokalitajiet il-PN u anke l-PL żiedu l-voti bejn l-2005 u l-2013, għalkemm b'607 voti l-PN esperjenza rata ta' tkabbir akbar mill-PL li żied b'463. Fl-2005, meta saret l-elezzjoni lokali biss, il-PN kiseb 359 vot (29%) u fl-2013, mal- elezzjoni ġenerali l-PN kiseb 966 vot. Fl-2005, il-PL kiseb maġġoranza kbira ta' 63%, b'787 vot, iżda mbagħad naqqas għal 54% meta kiseb 1,250 vot fl-2013. Fl-2008 allura meta saret elezzjoni ġenerali il-PN kiseb 862 vot u l-PL kiseb 1,051 vot, b'differenza ta' 189 vot. Pembroke, għalkemm mhux kbir, qed jikber u forsi dan huwa rifless ukoll fid-differenza tal- voti bejn l-elezzjonijiet lokali li seħħew ma' waħda ġenerali fl-2008 u l-2013. Minkejja kollox, la l-PL dejjem żamm maġġoranza f 'Pembroke dan mhux mistenni jinbidel f 'Mejju li ġej ġaladarba lanqas biss inbidel f 'żewġ elezzjonijiet ġenerali u ladarba l-PL bħalissa jinsab minn fuq sew fis- sondaġġi. In-Naxxar mistenni jibqa' Nazzjonalist, imma l-Labour mhux qiegħed 'il bogħod wisq In-Naxxar huwa lokalità kbira tradizzjonalment Nazzjonalista bħal-lokalitajiet kważi kollha madwarha. Sal-aħħar elezzjoni lokali li saret fin-Naxxar (2013) kien hemm ftit aktar minn 10,000 votant li minnhom 4,961 ivvutaw PN u 3,863 PL. Meta wieħed iżomm f 'moħħu illi fl-2013 kien hemm ukoll l-elezzjoni ġenerali u allura l-PN u l-PL laħqu l-massimu, il-Partit Laburista fil-fatt jikseb ammont rispettabbli ta' voti hawnhekk anke jekk f 'minoranza. Il-vot Nazzjonalista u anke dak Laburista dejjem żdied, fil-fatt. Bil-PN jikseb 3,026 vot fl-2006 u jirbaħ b'distakk ta' 861 vot, filwaqt li fl-2009 mal- elezzjoni tal-Parlament Ewropew żdied għal 3,790 u rebaħ b'distakk ta' 787 vot fuq il-PL li kiseb 3,003 voti. Fl-2013, imbagħad il-PL reġa' ra t-total tal-voti tiegħu jiżdiedu għal 3,863, bil-PN iżda jżid 1,200 vot u jikseb 56% tal-voti. Il-PN mistenni jżomm il- maġġoranza komda f 'din il- lokalità, anke jekk id-distakki favur il-PN hawnhekk lanqas huma nofs il-kobor tad-distakki li kiseb il-PL f 'lokalitajiet Laburisti li huma viċin in-Naxxar fid-daqs. Dan ifisser illi huwa bil-ħafna iktar faċli li l-PL jirbaħ in-Naxxar milli l-PN jista' qatt jirbaħ Marsaskala. tal-kaċċa, is-sitwazzjoni reġgħet 'innormalizzat' hekk kif il-PN żied kważi b'1,000 vot mill-2012 u kiseb 2,600 vot (60.5%) filwaqt li l-PL baqa' prattikament fejn kien b'1,463 vot, Lokalità li mistennija tibqa' b'maġġoranza komda Laburista Fl-aħħar snin il-Gżira ssodat il- xejn ċert f 'San Ġwann u l-Imsida meta kiseb 1,250 vot fl-2013. Fl-2008 allura meta saret elezzjoni ġenerali il-PN kiseb 862 vot u l-PL kiseb 1,051 vot, l-elezzjoni ġenerali u allura elezzjoni tal-Parlament 3,790 u rebaħ b'distakk ta' 787 vot fuq il-PL li kiseb Fl-2013, imbagħad il-PL reġa' ra t-total tal-voti tiegħu jiżdiedu għal 3,863, bil-PN iżda jżid 1,200

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019