Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 21 ta' April 2019 San Ġwann: it-tiġrija sal-barkun Bħalma rajna l-ġimgħa li għaddiet fil-każ tal-Imtarfa, il-kunsill lokali f 'din il-lokalità, fl-aħħar snin, għadda min id għall-oħra u ż-żewġ partiti dejjem issieltu biex rebħuh. L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali f 'dan ir-raħal saru fl-2006, fl-2009 u fl-2013, jiġifieri l-elezzjoni għall- kunsill saret kemm waħedha, kemm ma' elezzjoni tal- Parlament Ewropew u anke ma' elezzjoni ġenerali. L-elezzjoni tal-2006 ntrebħet mill-Partit Laburista li kiseb 2,676 vot filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 2,539 vot. Din kienet l-uniku sena li fiha kkontesta kandidat indipendenti u li kiseb 134 vot. Id-distakk ta' 137 vot favur il-Partit Laburista ngħeleb fl-elezzjoni lokali tal-2009, li saret ma' dik tal-Parlament Ewropew. Iż-żewġ partiti żiedu fil-voti tagħhom, iżda l-Partit Nazzjonalista rebaħ dan il- kunsill lokali b'distakk ta' 485 vot. B'kollox, il-Partit Nazzjonalista kiseb 3,718-il vot, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 3,233 vot. L-aħħar elezzjoni lokali saret mal-elezzjoni ġenerali tal-2013. Aktar nies ħarġu jivvutaw, iż- żewġ partiti żiedu l-voti tagħhom u l-Partit Laburista reġa' għeleb id-distakk ta' 485 vot li kien kiseb il-Partit Nazzjonalista biex għal darb'oħra rebaħ il-maġġoranza f 'din il-lokalità. Fl-2013, il-Partit Laburista kiseb 4,261 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 4,113-il vot. Dan ifisser li fl-aħħar elezzjoni lokali, id-distakk bejn il-partiti kien ta' 148 vot. X'se jiġri din is-sena ħadd ma jaf. Id-distakk f 'din il-lokalità mhuwiex wieħed kbir. Bħal fil-każ tal-Imsida, kollox jiddependi fuq kemm se joħorġu jivvutaw nies. Parlament Ewropew u anke ma' Aktar nies ħarġu jivvutaw, iż- Ta' Xbiex: lokalità żgħira Laburista Għall-kuntrarju tas-Swieqi, Ta' Xbiex hija lokalità żgħira u pjuttost Laburista. L-aħħar elezzjonijiet lokali f 'din il-lokalità seħħew fl-2005, sena wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, fl-2008, mal-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Nazzjonalista u fl-2013, mal-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista. Fl-elezzjoni lokali tal-2005, il-Partit Laburista rebaħ 640 vot kontra t-363 vot li rebaħ il-Partit Nazzjonalista. Dan kien ifisser distakk ta' 277 vot. Bħal fil-każ tal-Għargħur, dan id-distakk jista' jidher żgħir, iżda meta wieħed iħares lejn il-persentaġġi jfisser li l-Partit Laburista kiseb 63% tal- voti. L-elezzjoni lokali li jmiss saret fl-2008. Jista' jkun li għax aktar nies ħarġu jivvutaw, minħabba l-elezzjoni ġenerali, iż- żewġ partiti żiedu fil-voti tagħhom tant li d-distakk niżel għal 210 voti. Dik is- sena, il-Partit Laburista kiseb 731 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 521 vot. Madanakollu, id-distakk reġa' żdied fl-2013 meta l-elezzjoni lokali saret mal-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista. Dik is-sena, il-Partit Laburista naqqas ftit voti biex kiseb 704 voti u l-istess għamel il-Partit Nazzjonalista li kiseb 563 vot. Dan kien ifisser distakk ta' 241 vot, jew inkella differenza ta' 21% bejn il-partiti. Wara li l-aħħar elezzjonijiet lokali f 'Ta' Xbiex saru ma' elezzjoni ġenerali x'aktarx li din is-sena se jivvutaw inqas nies u għalhekk iż-żewġ partiti jnaqqsu fil-voti tagħhom. Id-distakk jibqa' wieħed żgħir, għalkemm sostanzjali f 'lokalità żgħira bħal Ta' Xbiex. Kollox jindika li l-Partit Laburista se jżomm dan il-kunsill f 'idejh, iżda wara kollox, kif dejjem ngħidu, l-elezzjoni hija kaxxa magħluqa. Is-Swieqi: l-akbar fortizza Nazzjonalista u qed tissaħħaħ Is-Swieqi bla dubju ta' xejn hija l-aktar lokalità Nazzjonalista. Il- Partit Nazzjonalista dejjem rebaħ il-Kunsill Lokali b'distakk qawwi fuq il-Partit Laburista. Fl-elezzjoni lokali tal-2007, sena biss qabel elezzjoni ġenerali li l-Partit Nazzjonalista rebaħ bi żbrixx, il-Partit Nazzjonalista kiseb 2,302 voti filwaqt li l-Partit Laburista ġab 557 vot. Dik is-sena, Rene Rossignaud ikkontesta f 'isem l-Alternattiva Demokratika u kien ġie elett wara li kiseb 309 voti. L-elezzjoni lokali ta' wara, fl-2012, sena qabel l-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista. Id-distakk ta' 1,745 vot li l-Partit Nazzjonalista kiseb fl- 2007 naqas bi ftit għal 1,473. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista naqqas ftit voti biex kiseb 2,297, filwaqt li l-Partit Laburista kien żied ftit voti biex kiseb 824 vot. Kandidata f 'isem l-Alternattiva Demokratika kienet kisbet 165 vot. L-aħħar elezzjoni lokali f 'din il- lokalità saret fl-2015 mar-referendum tal-kaċċa. Jew għax il-popolazzjoni ta' din il-lokalità dejjem qed tiżdied jew inkella għax aktar nies ħarġu jivvutaw, iż-żewġ partiti reġgħu żiedu fil-voti tagħhom, bil-Partit Nazzjonalista jikseb 81% tal-voti u jżomm il-kunsill f 'idejh b'distakk ta' 2,955 vot. F'din l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista kiseb 3,867 vot, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 912-il vot. Wieħed jistenna li din is-sena, aktar nies se joħorġu jivvutaw hekk kif l-elezzjoni lokali se ssir ma' dik tal- Parlament Ewropew. Madanakollu mill-2015 'l hawn seħħew diversi bidliet ukoll, fosthom kap ġdid għall- Partit Nazzjonalista u dawn kollha jistgħu jinfluwenzaw il-voti. Għalhekk kollox jiddependi kif se jivvutaw in-nies, għalkemm id-distakk huwa wieħed kbir ħafna biex jingħeleb kif ġieb u laħaq mill-Partit Laburista. żbrixx, il-Partit Nazzjonalista kiseb 2,302 voti filwaqt li l-Partit Laburista Demokratika u kien ġie elett wara li Fortizza Nazzjonalista fejn il-vot Nazzjonalist s'issa varja b'-/+ 2,000 vot Tas-Sliema hija waħda mill-akbar lokalitajiet u hija waħda mil-lokalitajiet b'maġġoranzi kbar għall-Partit Nazzjonalista. Hija l-post minn fejn ħarġu diversi politiċi tal-PN u fejn isir meeting elettorali, f 'kull kampanja elettorali, fi Triq Dingli. Hija wkoll il-lokalità tat-twelid tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia. Id-differenza bejn il-PN u l-PL f 'Tas- Sliema hija kważi ta' raħal sħiħ, tant hu hekk li fl-2013 u allura l-aħħar elezzjoni lokali li saret hawnhekk kien hemm distakk ta' 3,668 vot favur il-Partit Nazzjonalista. Il-PN kien kiseb ftit iktar minn 6,000 vot Slimiż, filwaqt li l-PL kiseb ftit aktar minn 2,400 vot, li għalkemm huwa l-aqwa riżultat fl-aħħar snin, xorta huwa inqas minn nofs il-voti tal-PN. Fl-2009, meta bħal Mejju li ġej li saret elezzjoni tal-Parlament Ewropew, id- distakk baqa' kbir, anke jekk fil-fatt kien inqas mill-2013. Dakinhar il-PN kiseb 5,445 vot filwaqt li l-PL kiseb ftit aktar minn 2,000 vot. Fl-2006 u allura meta l-elezzjoni lokali saret waħedha kemm il-PN u anke l-PL kellhom l-inqas numru ta' voti fl-aħħar snin bil-PN jikseb ftit iktar minn 4,000 vot u l-PL jikseb 1,842 vot. Minkejja li Tas-Sliema hija lokalità b'maġġoranza b'saħħitha Nazzjonalista, bil-voti blu jkunu dejjem iktar mid-doppju, il-vot Nazzjonalist varja b'aktar minn 2,000 vot bejn l-2006 u l-2013. Il-vot tal-PN varja b'madwar 600 u allura baqa' iktar stabbli. Kollox se jiddependi fuq kemm se joħorġu Slimiżi jivvutaw, però kollox jindika li din il-lokalità se tibqa' b'maġġoranza Nazzjonalista. Tajjeb wieħed jinnota illi fl-2013, kienu 57% tal-Islimiżi li marru jivvutaw li huwa persentaġġ baxx, meta mqabbel mar-rata nazzjonali. Tajjeb wieħed jieħu nota wkoll tal-fatt illi l-Alternattiva Demokratika dejjem kisbet riżultat rispettabbli u saħansitra kellha kunsillier, li ma baqax minħabba illi mar mal-Partit Nazzjonalista (Michael Briguglio). L-AD kisbet 727 vot fl-2013 li fil-fatt huwa ammont tajjeb ħafna kkumparat mal-voti tal-AD f 'lokalitajiet oħrajn. Interessanti naraw fejn se jmorru dawn il-voti. Jekk hux se jibqgħu mal-AD jew inkella hux se jżomm ħafna minnhom Briguglio, bħala voti personali jew inkella jmorrux mal-PL. ....tkompli minn paġna 5 731 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 521 vot. Madanakollu, id-distakk reġa' żdied fl-2013 meta l-elezzjoni lokali saret mal-elezzjoni Is-Swieqi jibqa' l-akbar fortizza għall-PN però xejn