Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 21 ta' April 2019 | illum tiġġieled għal postok. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar il- grawnds Maltin? Jekk insemmi l-istadium nazzjonali naħseb li huwa grawnd ta' livell għoli meta tqis li lagħbu Spanja fuqu. Anke s-Centenary Stadium għandu art artifiċjali verament tajba u tieħu gost tilgħab fih. Il-bqija l-grawnds l-oħra m'huma xejn speċjali. Jekk nitkellem dwar il-grawnd fejn nitrenjaw fih nista' nsejjaħlu bħala tal-mistħija. Taħsbek li qed titħarreġ fuq is-simenta. Ma naħsibx li dan il-grawnd huwa denju ta' Tarxien Rainbows. X'inhu l-futur tiegħek? Beħsiebek tibqa' hawn Malta? Bi probabbiltà kbira il-futur tiegħi ser jibqa' f 'Malta. Inħossni ferm kuntent f 'din il-gżira. Fl-istess ħin ma tantx jidher probabbli li ser nibqa' ma' Tarxien Rainbows. Kienet staġun pożittiv iżda kellna wkoll ħafna diżappunti. Kien hemm ħafna paroli fi ħdan il-klabb li ma tantx għamel ġid. Xi kultant ġejna abbandunati għalkemm bħala pagi dejjem konna kif suppost. Minkejja kollox kien hemm affarijiet li xejn m'għoġbuni bħal meta plejers iweġġa' u jkollu jmur jagħmel il-kura tiegħu xi mkien ieħor. Imbagħad jien irrid nirrispetta l-karriera tiegħi li minn dejjem kienet mibnija fuq linja professjonali. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal jew żgħażagħ li jixtiequ jibdew jilagħbu l-futbol. Hemm bżonn li ż-żgħażagħ jieħdu eżempju tajjeb milli wieħed ħażin għax hawn Malta faċli tħares lejn in- negattiv milli l-pożittiv. Irid ikollhom ir-rieda li dejjem jilagħbu tajjeb u jagħtu l-aqwa tagħhom. Jien għandi 33 sena iżda xorta għandi r-rieda li nibqa' nitjieb. Dawn l-istess żgħażagħ iridu jieqfu jagħtu t-tort lil ħaddieħor u jħarsu lejhom biss filwaqt li jagħmlu eżami tal-kuxjenza u jaraw fejn qed jiżbaljaw. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Jista' jitqies bħala magna ta' gowls għal Tarxien Rainbows. Fil-passat lagħab ukoll ma' Juventus, Sie- na u Katanja fl-Italja. MICHELE PAOLUCCI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019