Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 21 ta' April 2019 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Aħbarijiet 8 Ir-raba' elezzjoni tal-Parlament Ewropew f'Malta riesqa viċin. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aħħar tliet elezzjonijiet ta' din ix-xorti u telenka fatturi interessanti dwar l-andament tal-elezzjonijiet. LELEZZJONIJIET għall-Parlament Ewropew resqin aktar viċin. Kważi xahar mil-lum inkunu wasalna biex nivvutaw u neleġġu s-sitt rappreżentanti tagħna fuq livell Ewropew. Wara l-elezzjonijiet tal-2004, 2009 u 2014, din se tkun ir-raba' elezzjoni tal-Parlament Ewropew (PE) li fiha l-Maltin u Għawdxin se jivvutaw. Għalhekk din il-ġimgħa, l-ILLUM tat ħarsa lejn l-andament finali tal-aħħar tliet elezzjonijiet biex tfakkar l-eżitu, is-sorpriżi u l-fatti interessanti li jaf intesew maż-żmien. Elezzjoni 2004: l-ewwel elezzjoni f 'Malta għall-Parlament Ewropew Fit-12 ta' Ġunju 2004, il-Maltin u l-Għawdxin ħarġu jivvutaw għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet tal-PE. Għal din l-elezzjoni l-kwota biex jiġi elett kandidat kienet ta' 40,954 vot filwaqt li siġġijiet allokati għal Malta kienu ħamsa. Qabel l-elezzjoni, kien hemm 304,282 vot eliġibbli, però finalment ġie rreġistrat 250,691 vot. Liema partit ġab l-aktar voti? F'din l-elezzjoni l-Partit Laburista kien ġab l-akbar ammont ta' voti b'total ta' 119,893 vot jew 48.42%. Min-naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista kien kiseb 97,688 vot jew inkella 39.76% tal-voti kollha. L-Alternattiva Demokratika kisbet 9.33% tal-voti kollha. Cassola jaħsad lill-Partit Nazzjonalista Ta' min isemmi li f 'din l-elezzjoni, Arnold Cassola, dak iż-żmien kandidat mal-Alternattiva Demokratika, irnexxielu jikseb 24,424 vot. B'dan ir-riżultat, Cassola xorta waħda ma ġiex elett però dan kien kiseb riżultat ferm aħjar mill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista ħlief, Joseph Muscat, John Attard Montalto u Simon Busuttil. Minkejja kollox, kull vot li kiseb Cassola kien daqqa ta' ħarta għal Tal- Pietà hekk kif hu mifhum li dawn kienu ħafna voti mitlufa għalihom. Min tela' Brussell? F'din l-elezzjoni, il-Partit Laburista kien tella' tliet siġġijiet, b'Joseph Muscat, Louis Grech u John Attard Montalto. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kien irnexxielu jtella' lil Simon Busuttil u David Casa. Norman Lowell kif kien mar? F'din l-elezzjoni, Lowell kien ikkontesta mal-partit tiegħu, l-Imperium Europa. Dakinhar huwa kien ġab total ta' 1,603 vot. Elezzjoni 2009: il-Labour jerġa' jirbaħ l-elezzjonijiet F'din l-elezzjoni l-kwota sabiex jiġi elett Membru tal-Parlament Ewropew kienet ta' 41,9362 voti. Din id-darba, 322,411-il vot kienu ġew irreġistrati, finalment għaddew 254,039 voti; 97.7% Liema partit ġab l-aktar voti? L-elezzjoni tal-PE tal-2009 kienet reġgħet intrebħet mill-Partit Laburista hekk kif dan kiseb b'135,917-il vot jew 54.77% tal-voti kollha. Il-Partit Nazzjonalista kien ġab 100,486 vot jew 40.49% tal-voti kollha. Din id-darba, l-Alternattiva Demokratika li ħames snin qabel kien beda bil-kbir, naqqas ħafna l-ammont ta' voti li rnexxielu jikseb hekk kif finalment dan ġabar, 5,802 voti jew 2.34% tal-voti kollha. Min tela' Brussel? F'din l-elezzjoni il-Partit Laburista kien tella' tliet siġġijiet b'Louis Grech, Edward Scicluna, illum Ministru tal-Finanzi, u John Attard Montalto. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kien irnexxielu jtella' lil Simon Busuttil u David Casa. Fl-2011, Joseph Cuschieri ngħata s-6 siġġu wara li kienu ġew ridistribwiti s-siġġijiet kollha tal- PE filwaqt li fl-2013 wara li l-Gvern Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali, Claudette Abela Baldacchino u Marlene Mizzi ħadu post Grech u Scicluna. Norman Lowell kif kien mar? F'din l-elezzjoni Lowell kien ġab 3,559 vot. B'hekk din id-darba l-kandidat estrem irnexxielu jżid il-voti totali tiegħu b'122%. L-indipendenti marru tajjeb? F'din l-elezzjoni ma kien hemm l-ebda kandidat indipendenti li kkontesta. Elezzjoni 2014: tliet siġġijiet għaż-żewġ partiti kbar Fl-aħħar elezzjoni tal-PE l-kwota sabiex jiġi elett Membru tal- Parlament Ewropew kienet ta' 35,979 vot. Apparti minn dan, il-voti kollha eliġibbli kienu jlaħħqu t-344,356, però finalment 257,588 ġew irreġistrati. Din id-darba, is-siġġijiet allokati għal Malta kienu mill-ewwel sitta u b'hekk żdied wieħed mill- elezzjoni preċedenti. Liema partit ġab l-aktar voti? Għat-tielet darba konsekuttiva, il-Partit Laburista reġa' ġab l-akbar ammont ta' voti f 'din l-elezzjoni, b'total massimu ta' 134,462. Il-PN kien ġab, 100,785 vot. Filwaqt li l-Alternattiva Demokratika kienet ġabet 7,418-il vot. Min tela' Brussell? Din id-darba is-sitt siġġijiet allokati għal Malta nqasmu bejn iż-żewġ partiti kbar, bil-Partit Laburista jtella' lil Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi; filwaqt li l-Partit Nazzjonalista tella' lil Roberta Metsola, David Casa u Therese Comodini Cachia. Norman Lowell kif kien mar? F'din l-elezzjoni Norman Lowell kien kiseb 6,347 vot, 2,788 vot aktar minn kemm kien ġab fl-elezzjoni ta' qabel. L-indipendenti marru tajjeb? Għat-tieni darba konsekuttiva ma kien hemm l-ebda kandidat li kkontesta f 'din l-elezzjoni għal Parlament Ewropew. Is-sorpriżi, ir-rebħiet u s-siġġijet fl-aħħar 3 elezzjonijiet tal-Ewropa Owen Bonnici l-MEP? Fatt li forsi ntesa huwa li fl-elezzjoni ta' 2004, Owen Bonnici, illum Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali; kien kandidat għall-Partit Laburista. F'din l-elezzjoni Bonnici kien kiseb 7,280 vot. Żaren tal-Ajkla dejjem moħħu fi Brussell Nazzareno Bonnici jew kif inhu magħruf aħjar, 'Żaren tal-Ajkla,' il-kandidat li waqt l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kien prattikament fuq ilsien kulħadd, bil-mass meetings popolari tiegħu, ilu jikkontesta dawn l-elezzjonijiet mill-2004. F'din l-elezzjoni huwa kien ġab total ta' 183 vot, imbagħad 80 vot f 'dik tal-2009. Fl-aħħar elezzjoni, Żaren għamel qabża ta' kwalità u kiseb 1,208 voti. Simon Busuttil: rekord ta' voti Ir-rekord tal-akbar ammont ta' voti li rnexxielu jikseb kandidat f 'dawn l-elezzjonijiet qiegħed għand l-eks Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil, li fl-elezzjoni tal-2009 ġab 68,782 vot. L-ewwel kandidat Afrikan f 'elezzjonijiet Maltin In-Niġerjan Damian Iwueke huwa l-uniku Afrikan li qatt ikkontesta f 'elezzjoni Matlija. Fl-elezzjoni tal-PE tal-2004 huwa kkontesta bħala kandidat indipendenti u kien ġab total ta' 153 vot. Il-kaċċaturi jkollhom l-kandidat tagħhom Illum, il-vot tal-kaċċatur Malti huwa mfittex mill- maġġorparti tal-kandidati politiċi però fl-2004, is- segretarju tal-FKNK Lino Farrugia kien ipprova jiġbor il-vot tal-kaċċaturi fit-totalità tiegħu u jaqta' saqajn il- kandidati l-oħra. Finalment Farrugia ma laħaqx l-għan tiegħu meta kiseb 3,119-il vot. Ħames fatti interessanti dwar l-elezzjonijiet tal-PE

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019