Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 21 ta' April 2019 | illum Fil-ħames parti ta' din is-serje ta' artikli, illum din il-gazzetta qed tagħti ħarsa lejn l-aktar lokalitajiet b'maġġoranzi kbar Nazzjonalisti, primarjament is-Swieqi u Tas-Sliema u r-riżultati tal-aħħar elezzjonijiet lokali, kif ukoll il-previżjonijiet politiċi għal Mejju Kunsilli Lokali: x'ġara u x'jista' jiġri? (5) Ħal Għargħur: lokalità Nazzjonalista u l-affarijiet ftit li xejn iċċaqilqu Ħal Għargħur hija lokalità fejn il-Partit Nazzjonalista dejjem kellu l-appoġġ tal-maġġoranza u anke jekk iż-żewġ partiti dejjem żiedu fil-voti tagħhom, id-distakk bejniethom baqa' kważi kważi dejjem fl-istess ilmijiet. Fl-elezzjoni lokali tal-2007, sena biss qabel l-elezzjoni li rebaħ il- Partit Nazzjonalista, il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista ġabu bejniethom 622 vot, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 445 vot. Id-distakk (ta' 177 vot) anke jekk jidher li huwa wieħed żgħir, meta wieħed iqis iċ-ċokon ta' dan ir-raħal, xorta waħda jibqa' wieħed sostanzjali tant li jekk wieħed iħares lejn il-persentaġġi jinduna li f 'din l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista kiseb 58% tal-voti. L-elezzjoni lokali, li kien imiss ukoll, saret waħedha u ż-żewġ partiti żiedu fil-voti tagħhom biex il-Partit Nazzjonalista kiseb 715-il vot, filwaqt li l-Partit Laburista ġab 557 vot. Id-distakk, f 'din l-elezzjoni, naqas bi ftit għal 158 vot, għalkemm xorta waħda jfisser differenza ta' 13% bejn il-partiti. L-aħħar elezzjoni lokali saret mar- referendum tal-kaċċa u kif wieħed jistenna minn raħal imdawwar bil-kampanja, ħafna nies ħarġu jivvutaw. Iż-żewġ partiti reġgħu żiedu l-voti, bil-Partit Nazzjonalista jikseb 972 vot filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jikseb 721 vot, bid- distakk jerġa' jitla' għal 251 vot. Kieku wieħed kellu jqabbel dan ir-riżultat mal-elezzjoni lokali tal- 2004, meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-aqwa tiegħu, jirriżulta li d-distakk baqa' kważi kważi l-istess. L-elezzjoni tibqa' kaxxa magħluqa, iżda jekk din is-sena joħorġu jivvutaw l-istess ammont ta' residenti li vvutaw fl-2015, ir- riżultat ma jidhirx li se jkun wisq differenti. L-Imsida: eċċezzjoni… il-PN javvanza u jispiċċa ras imb ras mal-PL L-Imsida hija lokalità li fiha seħħ il- kuntrarju ta' dak li ġara f 'lokalitajiet oħra. Filwaqt li ż-żewġ partiti żiedu fil-voti tagħhom, il-Partit Nazzjonalista żied b'ritmu aktar mgħaġġel mill-Partit Laburista biex fl-aħħar elezzjoni lokali, id-distakk kien dak ta' 27 vot biss. Fl-elezzjoni lokali tal-2006, il- kandidati Laburisti għall-kunsill lokali ta' din il-lokalità, kisbu bejniethom 1,802 voti filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 1,579 vot, biex id-distakk bejn il-partiti kien dak ta' 223 vot. L-elezzjoni lokali ta' wara saret ma' dik tal- Parlament Ewropew fl-2009. Iż-żewġ partiti reġgħu żiedu l-voti tagħhom. Il-Partit Laburista kiseb 2,244 vot (442 vot aktar mill-2006) filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 2,140 vot (561 vot aktar mill-2006). Dan wassal biex id-distakk jinżel għal 104 voti. L-aħħar elezzjoni lokali fl-Imsida saret mal-elezzjoni ġenerali tal-2013 u għalhekk aktar nies ħarġu jivvutaw li fisser aktar voti għaż-żewġ partiti. F'din l-elezzjoni, il-Partit Laburista żamm il-kunsill f 'idejh b'27 vot biss. Fil-fatt, il-kandidati Laburisti kisbu 2,604 voti (50.25%) filwaqt li dawk Nazzjonalisti kisbu 2,577 vot (49.74%). Jekk il-bixra tal-aħħar snin tkompli, ifisser li l-Partit Nazzjonalista faċilment jista' jirbaħ din il-lokalità. Imma hekk se jiġri? Kollox jiddependi minn kemm se joħorġu jivvutaw nies, partikolarment in-Nazzjonalisti. Li hu żgur huwa li ġaladarba din is-sena l-elezzjoni lokali mhux se ssir ma' elezzjoni ġenerali, it- tendenza hi li inqas nies joħorġu biex jivvutaw. Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi Tkompli f 'paġni 6 u 7 Laburista ġab 557 vot. Id-distakk, f 'din l-elezzjoni, naqas bi ftit għal 158 vot, għalkemm xorta waħda jfisser differenza ta' 13% bejn il-partiti. fl-Imsida saret mal-elezzjoni ġenerali tal-2013 u għalhekk aktar nies ħarġu jivvutaw li fisser aktar voti għaż-żewġ partiti. F'din

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019