Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Rivoluzzjoni Franċiża tal-1789 'l hawn? Hemm l-istorja ta' Franza li nebbħet ħafna popli tad-dinja, l-aktar Ewropej, bl- idea tal-libertà u l-ugwaljanza. Notre Dame matul is-sekli mhux biss laqa' fih żwiġijiet u inkurunazzjoni ta' slaten Ingliżi u Skoċċiżi (li spiss kienu jkunu wkoll ta' Franza u viċi-versa) kif ukoll ċerimonji li fihom ġew iddikjarati beati u qaddisin – forsi l-akbar waħda meta għamlu lil Ġanna d'Arc beata fl-1909 mill-Papa Piju X. Lil Ġanna l-Ingliżi, f 'komplott mal-Isqof Franċiż Cauchon li kien mixtri, kienu ħarquha fl-1431 meta kellha biss 19-il sena wara li hi għenet lir-re ta' Franza jirbaħ fil-gwerra kontra l-Ingliżi magħrufa 'tal-mitt sena'). Din il-martri kienet għolliet ferm il-moral nazzjonalistiku fi Franza. Persunaġġ ieħor li jibqa' marbut sew ma' dat-tempju – fih innifsu kapolavur ta' arkitettura Gotika – jibqa' Napuljun Bonaparti. Mhux biss iżżewweġ hemm lil Josephine fl-1796, sentejn qabel ġie Malta, imma hemm ukoll inkuruna lilu nnifsu Imperatur f 'Diċembru tal-1804. Dal-mument straordinarju fl-Ewropa – meta kważi l-pajjiżi kollha Ewropej kienu monarkiji u ftit ftit bdew jaqgħu u pajjiżhom isir parti mill-Imperu ġdid – baqa' mfakkar f 'pittura kbira ikonika ta' Jacques Louis David li jinsab il-Louvre. Mogħti lill-Knisja bħal San Ġwann Il-Katidral, li ngħata esklussivament għall-użu tal-Knisja Kattolika fl-1801, bħalma ngħata San Ġwann f 'Malta mill-istess Bonaparti tliet snin qabel, għandu storja kbira wkoll meta fis-26 ta' Awwissu 1944 il-Ġeneral Charles de Gaulle attenda t-Te Deum b'ħajr lill-Madonna wara li Pariġi ġiet meħlusa mill- alleati l-ġurnata ta' qabel. Fi Franza, diversi knejjes Kattoliċi huma proprjetà tal-Istat. Fil-fatt in-nuqqas ta' manutenzjoni aktarx ġej ukoll mill-fatt li l-Knisja li qed tużahom suppost tieħu ħsiebhom iżda impossibbli tlaħħaq ma' spejjeż kbar li jitolbu binjiet bħan-Notre Dame li ilhom jitmermru sekli twal. Il-Gvern Franċiż ilu jiffinanzja ċertu manutenzjoni anki riċentement bejn l-1990 u l-2000 iżda qatt ma kien biżżejjed. Fil-fatt il- programm ta' manutenzjoni li beda sena ilu, li probabbli kkawża dal-ħruq jekk mhux b'xi ċirkwit elettriku, qed jiġi ffinanzjat b'somma ta' żewġ miljuni u nofs mill-Istat u erba' miljuni mill-ġbir. Kull deni ħudu b'ġid: wara din it- traġedja bosta intrapriżi kbar kummerċjali wiegħdu miljuni kbar flimkien ma' pajjiżi, individwi, il-Vatikan u bosta knejjes oħra, fosthom anki dik ta' Malta (ħaġa sabiħa ferm). Għad ma smajtx l-Istat Malti offriex somma simbolika għall- ispejjeż. Is-somma ġa qabżet il-biljun ewro. Il-President Franċiż Emanuel Macron, li mar fuq il-post waqt il-ħruq, it-Tlieta li għaddew, f 'messaġġ qasir wiegħed li Notre Dame jerġa' jiġi 'aħjar milli kien' fi żmien ħames snin. Ma tistax titkellem fuq Notre Dame mingħajr ma tosserva wkoll l-istil impressjonanti tiegħu fuq din il-gżejra li qabel is-seklu 12 kellha katidral ieħor iddedikat lil San Etienne. Leġġenda tfakkar l-Isqof Denis u sħabu li bdew il-Kristjaneżmu Pariġi (magħrufa bħala Lutezja fi żmien ir-Rumani) fis- seklu III meta ġew arrestati u ngħataw il-martirju fuq Montmartre (l-għolja tal- martri), fejn illum hemm il-bażilika sabiħa tal-Qalb ta' Ġesù. Jingħad li wara li lill-qaddis qatgħulu rasu (u jidher sal-lum fi statwa b'rasu f 'idu mal-bieb ta' Notre Dame) dan mexa u waqa' fuq din il-gżejra fejn allura nbena t-tempju. Qaddisa padruna ta' Pariġi ma' San Denis hi Santa Ġenoveffa. Għall-ġabta ta' nofs is-seklu ħamsa hi mexxiet maratona ta' talb f 'Pariġi biex ħelset lill-belt minn Atilla u wara mill-Ġermaniżi billi fixklitilhom il-pjanijiet u ħelset lill-priġunieri. Antik daqs il-bandiera Maltija Notre Dame huwa simboliku, post antik storiku bi ġrajjet il-pajjiż. Għandu ġrajja ta' kważi elf sena. Ma nistax ma nqabblux mal-bandiera ħamra u bajda Maltija, li ġiet adottata bħala simbolu nazzjonali ta' pajjiżna fl-istess żmien li nbena n-Notre Dame. In-Normanni ma tawniex il-bandiera (dik leġġenda) iżda taw l-ilwien aħmar u abjad lill-Imdina. Il-Maltin għażlu dawk l-ilwien bħala għelm tan-nazzjon tant li l-ewwel xhieda preċiża li għandna hi l-Pala (pittura kbira) ta' San Pawl tal-Katidral (illum fil-mużew tal-Katidral) tal-Imdina fejn iż-żewġ kuluri jidhru jagħtu saħħa lil San Pawl bħala qaddis padrun nazzjonali tal-gżejjer. Il-qarrejja forsi jifhmu għala nħoss li l-bandiera sagra tagħna ma kellha qatt tintmess b'xi ħaġa aktar riċenti, kienet x'kienet. Qisek issa fuq Notre Dame, wara l-bini u r-restawr, tistenna jtellgħu xi midalja (li żgur se tingħata lill- pumpiera) u tagħmilha kbira fuq il-faċċata. 15 Il-Ħadd 21 ta' April 2019 | illum Aħbarijiet Fin-Notre Dame, Napuljun Bonaparti mhux biss iżżewweġ lil Josephine -1796, sentejn qabel ġie Malta, imma hemm ukoll inkuruna lilu nnifsu Imperatur għas-sinjura Pariġina Il-Katidral Notre Dame għandu 850 sena aktarx ġej ukoll mill-fatt li l-Knisja li qed tużahom suppost tieħu ħsiebhom iżda impossibbli tlaħħaq ma' spejjeż kbar li jitolbu binjiet bħan-Notre Dame li ilhom jitmermru sekli twal. Il-Gvern Franċiż ilu jiffinanzja ċertu kummerċjali wiegħdu miljuni kbar flimkien ma' pajjiżi, individwi, il-Vatikan u bosta knejjes oħra, fosthom anki dik Dame mingħajr ma tosserva wkoll l-istil impressjonanti tiegħu fuq din il-gżejra li qabel is-seklu 12 kellha katidral ieħor iddedikat lil San Etienne. Leġġenda tfakkar l-Isqof Denis u sħabu li bdew il-Kristjaneżmu Pariġi (magħrufa bħala Lutezja fi żmien ir-Rumani) fis- seklu III meta ġew arrestati u ngħataw il-martirju fuq Montmartre (l-għolja tal- martri), fejn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019