Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 21 ta' April 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat L-ATLETA Yazmin Zammit Stevens tejbet il-klassifikazzjoni Olimpika tagħha wara li ħadet sehem fil-kampjonat Ewropew tal-Weighlifting li sar fil-belt ta' Batumi fil-Ġorġja. Hi marret tajjeb ferm fil-kategorija tal-64 kilogramm meta żiedet il-progress tagħha b'10 kilogrammi. Fi grupp C hi spiċċat l-ewwel fil- Clean and Jerk wara li t-tentattiv tagħha fil-103 kilogramma kien suċċess. Hi rnexxielha wkoll tikklassifika fit-tieni post fil- kompetizzjoni Snatch fil-kategoriji tas-86 kilogramma u dawk tal-189 kilogramma rispettivament. Kull refgħa li għamlet Zammit Stevens kienet ukoll irreġistrata bħala rekord nazzjonali hekk kif hi kkonfermat il-mument pożittiv li għaddejja minnu. Wara li saru r-refgħat minn Grupp A u B li jikkonċernaw l-64 kilogramma, Zammit Stevens spiċċat fit-18-il post kumplessivament. Il-kampjonat Ewropew tal- Weightlifting kienu qed iservu bħala fażi ta' kwalifikazzjoni għal-Logħob Olimpiku tas-sena 2020 u għalhekk kien hemm numru rekord ta' parteċipanti li kollha kienu ta' livell għoli u li lesti jissieltu litteralment għal kull kilogramma sabiex jiksbu l-klassifikazzjoni Olimpika. Il-grupp tal-64 kilogramma kellu 24 parteċipanta inkluża ċ-champion tad-dinja attwali TomaLoredeana kif ukoll atleti li marru tajjeb kemm fuq livell Ewropew kif ukoll dinji. B'hekk wieħed jista' jikkonferma li din il-kategorija kienet ferm diffiċli biex wieħed jgħaddi jekk ma jkunx fl-aqwa forma possibbli. Zammit Stevens, li kienet ilha tipprepara għal dan l-avveniment minn ħafna xhur qabel sa mill- kampjonati dinjija f 'Ashgabat, kellha rieda qawwija li tissielet għal kull kilogramma. Hi kellha l-ewwel tentattivi fi Snatch b'rekord nazzjonali ta' 81 kilogramma li mbagħad segwiet b'oħra ta' 84 kilogramma sabiex finalment waslet għal refgħa ta' 86 kilogramma. Din ir-refgħa kienet l-akbar waħda li qatt għamlet b'titjib ta' sitt kilogrammi mit-tentattiv tagħha fil-kampjonat dinji ħames xhur ilu. Zammit Stevens kompliet billi pparteċipat fil-Clean and Jerk b'100 kilogramma, fejn żiedet kilogramma minn dak li kienet għamlet f 'Ashgabat sabiex fit-tieni tentattiv tagħha rnexxielha tasal għal 103 kilogrammi. B'xorti ħażina ma rnexxilhiex tasal għal Clean and Jerk fl-aħħar prova tagħha tal-105 kilogrammi. Finalment it-total tagħha ta' 189 kilogramma kien titjib ta' 10 kilogrammi iktar u qabża kbira għall- kwalifikazzjoni għal Tokyo 2020. L-atleta Maltija ħadmet qatigħ sabiex tasal għal dan l-avveniment hekk kif kellha training camp fir- Rumanija. Hi flimkien mal-kowċ tagħha Jesmond Caruana kienu ferm kuntenti li din il-preparazzjoni ħalliet il-frott mixtieq. Dan ir-riżultat ta d-dritt lil Zammit Stevens sabiex tikkwalifika għall- kampjonati tal-Commonwealth li ser isiru fis-Samoa f 'Lulju li ġej. Din l-opportunità ma setgħetx tkun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Malta Weightlifting Association, SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti. Yazmin Zammit Stevens ittejjeb il- klassifikazzjoni Olimpika tagħha Ritratti - All Things Gym

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019