Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 21 ta' April 2019 minn Cristian Antony Muscat PIETÀ Hostpurs għadhom kemm rebħu U/15 Section A, meta fl-aħħar logħba rebħu bl-iskor ta' 3-0 kontra Mosta bil-gowls jiġu skurjati minn Marco Cassara u tnejn minn Jamie Scerri. Iż-żewġ kowċis Mark Cristina u Cedric Pisani ħadmu tul l-istaġun kollu biex itejbu t-tim, bħalma kienu wkoll il-captain Brooklyn Borg u l-viċi- captain Jamie Scerri. Pietà baqgħu mhux megħluba tul l-istaġun kollu bi 11-il rebħa u tliet draws. Skurjaw 50 gowl u sofrew 10 b'total ta' 36punt. Jekk jirbħu n-knock-out, huma jkunu ħadu d-double, bil-finali tan-knock-out kontra Hibernians se tkun qed tintlagħab nhar il-Ħadd 5 ta' Mejju fid- 9.30am fil-Luxol Stadium. L-IILUM tkellmet ma' wieħed mill-aqwa plejers tat-tim ta' taħt il-15-il sena ta' Pietà Hotspurs, Sven Camilleri, li tana iktar dettalji rigward dan l-istaġun ta' suċċess għat- tim li fih jimmilita. Huwa qal li: "Bdejna dan l-istaġun bi draw ta' 1-1 kontra Valletta li spiċċaw dan l-istaġun fir- raba' post. Kull logħba bdejna nitjiebu u ma qtajniex qalbna għax ridna nirbħu l-kampjonat. Ksibna rebħiet konvinċenti kontra Hibernians, Gozo, Balzan u Mosta. It-tragward kien li nirbħu l-kampjonat u n-knock-out biex finalment niksbu d-double. Ma kinitx faċli biex tirbaħ il-kampjonat f 'Section A u tikseb post fil-finali tan-knock-out kontra Hibernians. F'nofs l-istaġun konna l-ewwwl post b'aktar minn tliet punti minn ta' taħtna, meta mbagħad bqajna nirbħu u t-timijiet ta' warajna tilfu l-punti. Kienet esperjenza sabiħa ħafna u issa rridu nibqgħu naħdmu għan-knock-out u għas-snin li ġejjin!" L-iskwadra kompleta ta' Pietà Hostpurs Gianluca Aquilina Nathan Balzan Brooklyn Borg Sven Camilleri Randon Caruana Marco Cassara Kaydon Catania Matthias Conti Nathan Cope Ivin Farrugia Jake Farrugia (Goalkeeper) Hayden Galea Ivin Gatt Luca Gatt Jake Huber (Goalkeeper) Kian Leonardi Jayden Ohaka Deyan Pace Jamie Scerri Nigel Scerri Liam Spiteri Misael Tabone Jake Vassallo Aiden Xerri Kowċis: Mark Cristina u Cedric Pisani Head Coach: Silvan Ciscaldi 'Kienet esperjenza sabiħa ħafna u issa rridu nibqgħu naħdmu għan-knock-out u għas-snin li ġejjin!' Sven Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019