Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 21 ta' April 2019 | illum Aħbarijiet ILMINISTRU tas-Saħħa Chris Fearne qed iwiegħed illi tul is-sajf li ġej madwar 60 pazjent tal-Isptar Monte Carmeli se jkunu rilokati f 'żewġ swali ġodda (30 f 'kull sala), fl-istess sptar bħala parti minn investiment ta' ħames snin li se jkun ilaħħaq it-total ta' €30 miljun. Għal din is- sena biss hemm allokati €6.5 miljuni. Dan qalu lil din il-gazzetta hekk kif l-ILLUM tinsab infurmata li huma b'kollox 14-il sala fl-Isptar Monte Carmeli li għandhom saqaf ikkundannat jew li qed joffru periklu serju tant li qed iżommu bil-puntelli, strutturi tal-ħadid mill-art sas-saqaf, ħafna drabi użati fil- kostruzzjoni. Din l-aħbar tiġi disa' xhur wara rapport skjaċċanti tal- Awditur Ġenerali illi sostna illi s-sitwazjoni fl-isptar hija 'staġnata' u bil-ħaddiema 'b'moral baxx'. Matul il-ġimgħa, l-ILLUM staqsiet lill-President tal- MUMN Paul Pace jekk f 'dawn id-disa' xhur sarx xi ħaġa jew kienx hemm progress fl-isptar iżda t-tweġiba kienet fin-negattiv. "Ma nbidel xejn... kollox l-istess għadu. Għall- inqas f 'dak li hu tanġibbli 'on the ground' kollox l-istess għadu." "Qatt ma rajna xejn, lanqas imqar xogħol fuq wieħed mis-soqfa li għandhom bżonn ikunu rranġati," sostna Pace ma' din il-gazzetta. Hu fakkar illi l-14-il sala li għandhom saqaf ikkundannat ma ġralhomx hekk mil-lum għal għada u sostna illi dawn żdiedu maż-żmien hekk kif ma sar l-ebda xogħol biex ikunu msewwija. Pace, għar-rimarka tal- ILLUM, jaqbel u jsostni wkoll illi s-sitwazzjoni f 'dan l-isptar hija waħda 'gravi'. Iżda l-Ministru ma jaqbilx mal-assessjar ta' Pace dwar is-sitwazzjoni u jinsisti li "x-xogħlijiet li qegħdin isiru fl-Isptar Monte Carmeli huma parti minn proġett ta' ħames snin li jinsab fl-ewwel sena tiegħu. Sena u nofs ilu, bħalma ġieli ġara daħal l-ilma tax-xita, iżda din id-darba l-affarijiet ittieħdu aktar bis-serjetà u ġie kkummissjonat studju biex inkunu nafu jekk hemmx aktar ħsarat. L-istudju fil-fatt wera li hemm bżonn ta' aktar xogħlijiet u ta' tibdil ta' strutturi sħaħ." "Immedjatament beda xogħol ta' rilokazzjoni ta' pazjenti, biex jitbattlu s-swali perikolużi u jkun jista' jibda x-xogħol fihom. Pazjenti anzjani li kienu qegħdin f 'Monte Carmeli u li ma kellhomx bżonn ta' kura psikoloġika, ġew rilokati f 'istituzzjonijiet 'il barra mill- isptar," sostna Fearne mal- ILLUM. Fil-fatt kienu madwar 100 pazjent anzjan li ma kellhomx għalfejn ikunu Monte Carmeli u tmexxew għal sptar ieħor f 'Tas-Sliema. Min-naħa tiegħu, Pace qal illi l-fatt li pazjenti kellhom jinħarġu mis-swali minħabba problemi ta' soqfa fisser illi l-pazjenti kellhom jitpoġġew fi swali oħrajn, bir-riżultat li nħoloq iffullar "sodda tmiss ma' oħra," spjega l-President tal-MUMN. Il-kwistjoni tal-iffullar, mhix ġdida. Fil-fatt ir-rapport tal-Awditur ta' disa' xhur ilu jispjega kif 28 pazjent kellhom jitpoġġew fi spazju ta' dar ta' daqs medju, daqs 16-il persuna f 'kull dar. L-Awditur kien qal li l-pazjenti huma "kostretti li jqattgħu ħafna ħin f 'dan l-ispazju," qabel imbagħad kompla jinsisti li huwa kkonċernat "bis-sitwazzjoni li fiha jinsabu l-maġġoranza ta' pazjenti ta' mard mentali... id-diġenerazzjoni strutturali tal- Isptar Monte Carmeli tul is-snin mhix iġġustifikata." Fearne iżda jinsisti li din il- problema qed tkun indirizzata u jgħid illi x-xogħlijiet fuq żewġ swali partikolari se jkunu lesti matul dan is-sajf, b'hekk numru ta' pazjenti jkunu relokati fihom biex imbagħad ikun jista' jibda x-xogħol fuq swali oħra." U l-isptar il-ġdid x'sar minnu? Il-wegħda ta' sptar ġdid għas-saħħa mentali kienet wegħda tal-Partit Laburista fil-Programm elettorali 'L-Aqwa Żmien'. Fil-fatt punt 34 jgħid hekk: "bħala parti mill-investiment fil-faċilitajiet mediċi, nibnu sptar ġdid tal- kura psikjatrika qrib Mater Dei." Mistoqsi minn din il-gazzetta Chris Fearne kkonferma illi x-xogħol fuq sptar tas-saħħa mentali ħdejn Mater Dei għaddej ġmielu u fakkar li hemm tliet proċessi. L-ewwel proċess, li l-art tgħaddi għand il-Gvern, saret biex l-isptar se jsir faċċata ta' Mater Dei fuq in- naħa tas-Swatar. It-tieni proċess huwa dak illi permezz tiegħu jsir 'medical brief ' illi matulu jkun diskuss xi bżonnijiet hemm għal dan l-isptar. Dan il-proċess għaddej bħalissa. Imbagħad hemm it-tielet proċess, jiġifieri dak li permezz tiegħu l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) tissottometti l-pjani lill-Awtorità tal-Ippjanar. Fearne qal illi x-xogħol fuq dan l-isptar mistenni jibda l-ġimgħa d-dieħla. Vjolenza fuq il-ħaddiema tal-isptar: darba/darbtejn fix-xahar Din il-gazzetta staqsiet x'ġara eżatt l-ġimgħa l-oħra f 'inċident li fih weġġgħu erba' ħaddiema tal-isptar. Pace spjega kif kien hemm pazjent li attakka tabiba, inizjalment. Fil-proċess illi fih kien se jkun iżolat hu attakka lil erba' infermiera li spiċċaw f 'ċentru tas-saħħa bi ġrieħi ħfief. Huwa jgħid illi parti mir- raġuni għalfejn qed iseħħu dawn l-inċidenti hija li hemm nuqqas ta' infermiera f 'dan l-isptar ukoll. Fil-fatt, ir-Rapport tal-Awditur kien sostna li dan l-isptar għandu 233 ħaddiem inqas milli suppost. "Qabel kellek ħafna infermiera hawnhekk, issa m'hemmx u dan jista' jagħti messaġġ ħażin lil min irid jaqla' l-inwkiet," sostna Pace, illi qal illi l-inċidenza ta' vjolenza tvarja għalkemm ikun hemm eskalazzjoni vjolenti madwar darba jew darbtejn f 'xahar. Ir-rapport tal-Awditur kien saħansitra qal illi r-relazzjoni bejn il-ħaddiema u t-tmexxija tal-Isptar kienet waħda ħażina ħafna, tant li l-ħaddiema lanqas jippanċjaw ma riedu. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Ma sar xejn f 'Monte Carmeli,' jgħid Pace. Fearne jgiddbu Il-President tal-MUMN jgħid li s-sitwazzjoni f'Monte Carmeli hija 'gravi' u jgħid li minn meta kien ippubblikat r-rapport tal-Awditur ma sar xejn, imma Fearne jgiddbu u jgħid illi tul is-sajf biss madwar 60 pazjent se jkunu rilokati swali ġodda... Qatt ma rajna xejn, lanqas imqar xogħol fuq wieħed mis-soqfa li għandhom bżonn ikunu rranġati – Paul Pace Ix-xogħlijiet li qegħdin isiru -Isptar Monte Carmeli huma parti minn proġett ta' ħames snin li jinsab -ewwel sena tiegħu – Chris Fearne 3 Il-Ħadd 21 ta' April 2019 | illum f 'Monte Carmeli,' Fearne jgiddbu Il-President tal-MUMN jgħid li s-sitwazzjoni Il-President tal-MUMN jgħid li s-sitwazzjoni f'Monte Carmeli hija 'gravi' u jgħid li minn meta kien ippubblikat r-rapport tal-Awditur ma sar xejn,

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019