Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340
DIN il-gazzetta tista' tiżvela li l-Pulizija qed tinvestiga allegazzjonijiet serji ta' miżapproprijazzjoni, korruzzjoni u nepotiżmu fil- konfront tas-Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi u numru ta' nies qrib tiegħu. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM spjegaw kif bejn is-sena 2014 u l-2017, ġew irreġistrati ruxmata pagamenti dubjużi minn nies viċin is-Sindku u li qajmu suspett kbir ta' miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi u korruzzjoni. Fost dawn hemm direct orders lil handyman u kważi lil diversi membri tal-familja tiegħu. Dan jirriżulta minn rapport ta' 16-il paġna minn whistleblower fi ħdan il-Kunsill Lokali stess. Hu mifhum li r-rapport intbagħat lill-Pulizija, Ministeri, Partit Laburista u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali. Din il-gazzetta hija infurmata li l-Pulizija saħansitra marru fil- bini tal-Kunsill Lokali u ħadu xi dokumenti relatati ma' xogħol tal-kunsill. L-investigazzjoni qiegħda ddur ma' lista ta' direct orders għal xogħol varju fir-Rabat "bla ebda raġuni." Apparti minn dan, l-ordnijiet ingħataw lill-kumpaniji jew individwi li mhumiex attrezzati biex normalment jagħmlu dan it-tip ta' xogħol, sostnew is-sorsi tal- ILLUM. Ristorant tal-ikel Ċiniż Wenzhou, ingħata direct oder ta' €1,080 għal tiswijiet u tindif ġewwa ċ-Chawdick Lakes. Wenzhou Co Ltd, illum 'Online & Live Casino Academy' hija proprjetà ta' Paul Tanti, il- handyman tal-Kunsill. Fl-istess waqt kien hemm diversi pagamenti oħra dubjużi fosthom garaxx tal-VRT li tqabbad jagħmel xogħol bir- romblu, qtugħ ta' ħaxix ħażin f 'żoni residenzjali u xogħol ta' romblu fuq triq li kienet għadha kemm issir minn Transport Malta. Numru sostanzjali ta' dawn il-pagamenti suspettużi kienu jammontaw għall-istess valur, dak ta' €1,062,000. Skont ir-rapport li għandha għad-disponibbilità tagħha din il-gazzetta, parti mill- allegazzjonijiet qegħdin isiru fil-konfront tal-handyman Paul Tanti. Ir-rapport jallega li Tanti qed jitħallas ta' xogħol li jsir mill-Kunsill billi juża n-numru tal-VAT ta' kuntratturi ħbieb tiegħu. Hu mifhum li dawn il-pagamenti allegatament jammontaw għal eluf kbar ta' ewro. Wenzhou, imsemmi aktar kmieni f 'dan l-artiklu, kien ħanut tal-ikel Ċiniż fi Triq Bordino Buġibba, li għalaq xi snin ilu u li minfloku fetaħ ċentru għat-tagħlim tal- gaming. Ta' min jinnota wkoll li ċ-Chawdick Lakes jolqot il- konfini tal-Imtarfa u l-Mosta u ma jaqax taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill tar-Rabat, iżda tal- Gvern Ċentrali. Madankollu, dan il-pagament xorta kien approvat mis-Sindku Azzopardi u s-Segretarju Eżekuttiv Orietta Cardona. Fuq l-istess nota, kienu rreġistrati diversi direct orders lill-familjari ta' Tanti. Fost il-lista nsibu, pagament ta' €918 lil ħuh Gary Tanti sabiex jagħmel xogħol ta' handyman, pagament ta' €920 lil missieru Carmelo Tanti biex jikri l-garaxx lill-Kunsill u pagament ta' €1,150 lil ħuh l-ieħor Stephen Tanti, biex isir xogħol ta' qatran u romblu. Dan minkejja l-fatt li l-Kunsill għandu kuntrattur apposta li jagħmel dan ix-xogħol. Xogħol bir-romblu fuq triq ġdida... €2,000 qtugħ ta' ħaxix f 'toroq residenzjali Il-lista ta' pagamenti suspettużi tkompli hekk kif skont l-iskeda tal-pagamenti tal-Kunsill hemm diversi direct orders għal xogħlijiet bir- romblu, bil-bobcat u bir-roller li saru minn kumpaniji jew individwi u li setgħu saru mill- kuntrattur tal-Kunsill. Fir-rapport ġie mniżżel kif surrealment, lanqas kien hemm imniżżel f 'liema triq sar ix-xogħol u jekk dan kienx iċċertifikat minn perit. In-nuqqas taċ-ċertifikazzjoni minn periti jissemma diversi drabi fir-rapport tal- whistleblower. Fl-istess waqt jispikkaw numru ta' pagamenti li saru lil kumpaniji varji għal xogħol fil-lokalità, iżda li wara indagar jirriżulta li dawn il-kumpaniji ma jagħmlux dan it-tip ta' xogħol. Fost dawn hemm kumpanija li tispeċjalizza fl-elettronika u li għamlet xogħol bir-roller. Ta' dan tħallset €1,062, figura li tidher kemm-il darba f 'dawn it-tip ta' pagamenti. Apparti minn dawn kien hemm, kumpaniji tar-riċiklaġġ li biegħet lill-Kunsill Lokali 'cold asphalt', qtugħ ta' ħaxix li jammonta għal eluf kbar ta' ewro lil individwi u garaxx li normalment joffri s-servizz tal-VRT iżda li spiċċa jagħmel xogħol bir-roller fit-toroq tar- Rabat. Saħansitra, ħareġ pagament għal xogħol ta' roller li sar fi Triq Ħad-Dingli, triq li kienet għadha kif titlesta mill-Gvern Ċentrali. 'Għamel gwerra għax ma ħalluhx jerġa' jikkontesta' F'Diċembru tas-sena li għaddiet, is-Sindku tal-Partit Laburista fir-Rabat Charles Azzopardi, kien ħareġ fuq Facebook jattakka l-Partit Laburista wara li dan ma ħalliehx jikkontesta l-elezzjoni li jmiss tal-Kunsilli Lokali. F'kitba mimlija referenzi Bibbliċi, Azzopardi kien tkellem fuq kif huwa kien ġie magħsur bħal lumija li mbagħad intremiet mill-Partit Laburista. Fl-istess kitba huwa kien esprima d-dwejjaq tiegħu għall-mod kif aġixxa miegħu l-Partit fejn qal li hu kien qed iħossu tradut u kif saħansitra dan għadda minn żmien twil ta' kalvarju. Minkejja dan, Azzopardi qatt ma esprima ruħu dwar dan ir-rapport jew inkella kwalunkwe raġuni għalfejn il-partit irrifjuta il-kandidatura tiegħu. Azzopardi kien ukoll mistieden għal intervista fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Net TV. 11 Aħbarijiet Il-Ħadd 28 ta' April 2019 | illum lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Is-Sindku tar-Rabat investigat fuq allegazzjonijiet ta' korruzzjoni Ir-rapport tal- whistleblower jinnota us f'direct oders u proġetti mingħajr ċerti kazzjoni tal- Periti… Il-Pulzija qed tinvestiga Intant din il-gazzetta għamlet kuntatt mas-Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi li għall- mistoqsijiet ta' din il-gazzetta l-ewwel beda billi saħaq illi mhux hu qed ikun investigat, imma l-Kunsill Lokali. Dan minkejja illi fl-approvazzjoni għax-xogħol li qed isir hemm il-firma tiegħu, anke jekk hemm il-firem ta' bosta mill-Kunsillieri tar-Rabat għal pagamenti tal-proġetti inkwistjoni. Intant Azzopardi sostna wkoll illi r-rapport li rat u qed tirrapporta dwaru din il-gazzerta "huwa motivat politikament biex jitfa' tebgħa sewda fuqi u fuq il-Kunsill Lokali." Hu jgħid illi r-rapport ta' 16-il paġna li daħal f 'diversi pagamenti li saru "sar ta' malajr." Mal-ILLUM Azzopardi mar lura fiż-żmien u indika li din ma kinitx l-ewwel darba li l-Partit Laburista pprova jagħmillu l-ħsara u fakkar illi snin ilu kien imġiegħel jirriżenja "biex jitla' Frank Fabri." Finalment Azzopardi sostna illi dawk il-kuntratturi li ħadmu fuq ix-xogħol imqabbad minnu u l-Kunsill sar tajjeb "kif dejjem għamlu xogħol tajjeb." X'qalilna Charles Azzopardi? Is-Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi