Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340
13 Intervista Il-Ħadd 28 ta' April 2019 | illum in-Nazzjonalisti ta' rieda tajba dak id-distakk inċekknuh' Induru fuq il-kaċċa. Mort fid-djar ta' kaċċuturi? "Dażgur mijiet ta' kaċċaturi." Imma ħafna minn dawn huma rrabjati għall-fatt li din ir-rebbiegħa l-kaċċa għall-gamiem, li dwarha sar referendum li l-kaċċaturi rebħu, kienet projbita. Ħafna fil-fatt iwaħħlu fil-PN u wegħdi qabel isseħibna fl-UE. Allura xi krettu jista' jkollu dwar dan is-suġġett? "Jiena lill-kaċċaturi dejjem nistaqsihom jekk iridux iħarsu lejn il-passat jew inkella lejn il-futur. Jekk inħarsu lejn il-passat u jsemmu l-ittri ta' Eddie Fenech Adami u Simon Busuttil ngħidilhom li għandhom raġun, ma nistax niċħad. Imma jekk iridu jħarsu lejn il-futur, ngħidilhom mela ejja niddiskutu kif se nipproteġu d-delizzju." Jgħid illi għalkemm ma jaqbilx mal-qtil tal-għasafar huwa vvota favur il-kaċċa fir-rebbiegħa "għax jiena wegħedthom li se jibqgħu joħorġu għall-kaċċa u dik kelma ta' raġel." Dwar il-gamiema Agius ifakkar illi huwa vera li din daħlet fil-lista ta' annimali fil- bżonn kritiku li jkunu salvati, imma jistaqsi; "mela għalfejn xorta qed tiġi kkaċċjata f 'pajjiżi bħall-Italja, il-Ġermanja u anke r-Rumanija?" Filwaqt li jirrikonoxxi l-fatt li fir-rebbiegħa dawn l-għasafar ikunu se jbidu jgħid illi proposta tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) dwar it-torbbija tal-gamiem bħala waħda li tagħmel sens. Din il-proposta tfisser li jekk jitrabbew, pereżempju 1,000, jittajru u l-kaċċaturi jkunu jistgħu jikkaċċjaw għal 1,000. Agius jinsisti li din il-proposta jeħtieġ tkun sostnuta b'fatti xejntifiċi li juru illi fil-fatt l-għasafar qed jgħixu u jpassu, mhux imutu wara ftit. "Anke n-nassaba huma rrabjati, dawn waqfilhom kollox. Jiena qed ngħidilhom jiġu u jitkellmu u li l-kaċċa m'għandhiex tkun fuq il-mejda politika." 'Il-majjal ta' Malta sejjer il-baħar...' Induru fuq il-biedja suġġett li qed jissemma ħafna minn Agius, fil-fatt huwa l-unika kandidat li qed jiffoka ħafna fuq il-biedja. Imma billi jiltaqa' magħhom? Il-prodott tal-bidwi mhux se jlaħħaq ma' suq ta' 500,000,000? Imma Agius filwaqt li jaqbel, jgħid illi mhux id-daqs qed ikun determinanti iżda prezzijiet ta' servizzi li jużaw il- bdiewa. Jgħid illi fejn pestiċida minn Malta jiswa €120 u aktar, minn Sqallija jixtruh bi €80, fejn jixtru d-diżil b'60ċ, hawn Malta jixtruh b'€1.20 jew €1.30, parti mir-raġuni tkun is-sussidju. "Il-majjal ta' Malta l-istess, sejjer il-baħar. Hawnhekk min irabbi ma jingħatax sussidju imma fil-Ġermanja jingħataw €16 għal kull majjal. Imma dak li jkun, speċjalment politiċi, ħafna drabi jgħidu 'u iva kemm hemm raħħala, 1,000 persuna kollox?' Aguis jammetti li din l-idea hija popolari. Qaluhieli u staqsewni għalfejn qed ninħela fuq il-bdiewa. Iva, il-kelma ninħela użaw u qaluli minn kull naħa politika. Anke kieku hawn bidwi wieħed ngħin aħseb u ara 1,000." 'Għalija din il-kampanja kienet att ta' dover' Resqin lejn l-aħħar tal- intervista. L-ILLUM tirrimarka li Agius daħal fil-partit fl-agħar żmien possibbli, meta l-PN jinsab fi stat ħażin. "In-Nazzjonalisti għandhom xewqa kbira li l-partit jerġa' jkun l-għażla naturali tal- poplu," sostna Agius li kompla jgħid illi minkejja li l-Partit Laburista jakkuża lill-PN illi huwa negattiv "aħna pożittivi, qed inressqu l-proposti u għandna messaġġ mirqum u studjat." "Għalija din il-kampanja kienet 'att ta' dover' għax jiena ħsibt li jekk irridu nissalvagwardjaw lill-pajjiż għandna bżonn ekwilibriju politiku." "Iddeċidejt li naċċetta l-istedina u nipprova nsaħħaħ il-PN." Imma minkejja l-għajununa li qed jipprova jagħti kollox qed jindika li l-PN xorta se jitlef bil-kbir, inkluż il-possibbilità li jitlef it-tielet siġġu. Agius ifakkar illi ħlief għal Simon Busuttil, il-PN qatt ma tella' kandidati f 'din l-elezzjoni bil-kwota u allura l-wirt tal-voti se jkun iċ-ċavetta li tiddetermina n-numru ta' siġġijiet. "Dan ifisser li mhux ovvju li l-PN ha jitlef it-tielet siġġu." Imma jekk il-PN jitlef bil-kbir x'jiġri? "Jiena tesserat wieħed u m'għandix irwol u m'iniex ikkwalifikat biex ngħid x'jiġri. Jiena ma naħsibx li huwa ġust illi waqt kampanja qed nispekulaw dwar ir-riżultat." "Huwa ovvju li l-PL qed jgħaddina, imma m'iniex konvint b'kemm. Jekk iqumu fuq tagħhom in-Nazzjonalisti ta' rieda tajba dak id-distakk iċċekknuh." Huwa jisħaq illi s-sondaġġi tajjeb jinqraw imma jgħidu x'jgħidu s-sondaġġi hu mhux se jieqaf jaħdem biex jikkonvinċi. Se ntemmu l-intervista u nagħtih diversi xenarji. Persuna Nazzjonalista mill- Marsa li se tivvota lil Norman Lowell: "Lil dik il-persuna ngħdilha illi fl-Ewropa jkunu deċiżi miżuri li jgħinu fl-integrazzjoni, li tfisser li l-immigranti ma jitpoġġewx f 'ghetto, ilkoll f 'lokalità waħda. Huwa fl-interess tiegħek li tivvota." Koppja pensjonanti li mhux qed ilaħħqu iżda mhux se jivvutaw għax il-PN ma jistax ibaxxi l-prezzijiet 'Jiena lest niddefendi lill- pensjonanti u nagħmlu pressjoni biex tiżdied il- pensjoni.' Koppja gay, li jridu jkunu jafu x'jaħseb dwar ir-relazzjoni tagħhom "Jiena nixtieq nimbotta l-valuri Nsara, fosthom it- tolleranza. U allura nħoss li m'għandi ebda dritt nimponi fuq ħaddieħor dak li nħoss jien. L-imħabba nberkuha." Mara Nazzjonalista li tgħidlek 'u inti mhux biex issir sinjur trid titla', minħabba l-paga' "Inti meta tordna inkwatru, ma tridx imitazzjoni. Jogħġbok artist. Jekk taf li kapaċi jpinġi inti se tkun lest tħallas u l-istess ħaġa l-MEPs. L-importanti mhux kemm tħallashom imma kemm qed ituk lura. Hemm min jixraqlu €100,000 mhux €8,000 kull xahar, hemm min lanqas jixraqlu l-ħobż li jiekol." U finalment allura min mill- kandidati tan-naħa l-oħra, tal- Partit Laburista jaħseb li huwa l-aħjar valur għall-flus? Agius jieqaf għal ftit. Imbagħad iwieġeb; "naħseb Miriam hija rispettata fost is- Soċjalisti għalkemm il-kollegi kollha tal-PL għandhom żvantaġġ għax il-kredibbilità tagħhom hija mittiefsa minħabba dak li qed jiġri f 'Malta." Xi kultant meta nkun qed nitkellem fuq il-politika jkun hemm min jgħid illi settur ta' Nazzjonalisti jistennew aktar mill-politiku, għandhom l-aspettattiva għolja " " Peter Agius Ritratt: James Bianchi