Illum previous editions

ILLUM 28 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 28 ta' April 2019 minn Cristian Antony Muscat JONATHAN Bondin - plejer veteran b'esperjenza wiesgħa fil-futbol lokali li matul l-aħħar staġun kien xprun ewlieni biex Gudja United jiksbu l-promozzjoni għall- Kampjonat Premier għall- ewwel darba fejn huwa wkoll ġarr il-faxxa ta' captain. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Niftakar li kont immur l-Azzjoni Kattolika u dejjem kont immur minn tal-ewwel biex ikolli iktar ċans nilgħab il-futbol fil-bitħa. Imbagħad sħabi ħajruni biex nibda mmur in-nursery ta' Valletta u minn hemm qatt ma ħarist lura. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun bħala Gudja United u x'fissret għalikom bħala tim il-promozzjoni għall- Kampjonat Premier? Naħseb li kellna staġun pożittiv għax mhux faċli tibni tim sħiħ f 'sena waħda u jirnexxielek tirbaħ il- promozzjoni kif xtaq il-klabb, però min-naħa l-oħra għal- livell ta' kowċis li għandna, xorta waħda nistqarr li għadu ma ħariġx l-aħjar tat-tim. Fil-bidu tal-istaġun kien avviċinani l-kowċ Josef Mansueto, fejn staqsieni jekk kellix l-intenzjoni li nilgħab fil-Kampjonat tal-first division li kien ħa jmexxi hu. Jien mal-kowċ kont ħdimt diġà meta vvkien, kemm assistent kowċ kif ukoll kowċ ta' Qormi FC u jien aċċettajt mill-ewwel għax il-president tal- Gudja, Dr Duncan Borg Myatt, kellu ambizzjonijiet kbar. Huwa ried jgħaqqad kważi tim ġdid però Gudja FC ma tantx kienu jisfidaw għar-rebħ tal-unuri fil- passat, allura bdew isibuha diffiċli biex jakkwistaw plejers ta' kwalità. Bdejna l-Kampjonat u sa Diċembru konna fir-raba' post b'xi seba' punti 'l bogħod mit- tieni post fil-klassifika, fejn il- president u l-kowċ iddeċidew li bi ftit akkwisti stajna nnaqqsu d-distakk u anki nisfidaw għall-promozzjoni u hekk ġara. Minn Jannar, għamilna tliet xhur u nofs ma nitilfux fejn ġejna darbtejn draw biss u tlajna fit-tieni post. Irbaħna l-promozzjoni minn erba' logħbiet qabel ma spiċċa l-kampjonat, li ma tantx tiġri kull staġun. Kuntent li kont captain tal-Gudja United li għall- ewwel darba fl-istorja rebaħ il-promozzjoni u ħa jilgħab fil-Premier. Hawnhekk sibt familja, fejn nixtieq nirringrazzja lill-plejers sħabi, lill-partitarji u l-kumitat, imma speċjalment lill- assistent kowċ Thane Micallef, lill-kowċ Josef Mansueto u lill-kbir president tal-klabb, l-Avukat Dr Duncan Borg Myatt! It-triq fil-futbol għall- Gudja United għadha ħa tibda. Nawgura kull suċċess għall-futur lil dan il-klabb! Forza Gudja United! Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Le, jien naqbel li jkun b'għaxar timijiet fost affarijiet oħra. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva, speċjalment l-aħħar ħames timijiet tal-klassifika. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil- Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Dan is-suġġett huwa naqra twil biex tispjegah f 'sententa, però le ma naqbel xejn. Żgur li hemm ħafna affarijiet xi jsiru fil-futbol Malti qabel tittieħed din id-deċiżjoni. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal- plejers Maltin? Iva naqbel. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Kampjonat Premier? L-Istadium Nazzjonali (Ta' Qali) biss minn mindu rranġawh u għamluh bejn ħaxix u turf ġie tal-ogħla livell. Mill-bqija, il-grawnds l-oħra mhumiex ta' livell għall-ogħla kampjonat tal-pajjiż. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Naħseb li kien tajjeb, però dejjem hemm ħafna x'jitjieb u għandu jkun hemm iktar għajnuna u taħriġ għar-referis lokali. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Li kull sessjoni ta' taħriġ trid tkun qisha l-aħħar sessjoni ta' ħajtu. L-ikel huwa parti importanti għas- saħħa biex iżżid il-qawwa fil-muskoli, u tinjora għal kollox l-alkoħol u dak kollu li jagħmel ħsara lill- ġisem. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Dik hija l-ikbar problema għaliex il-futbol Malti baqa' lura għax huwa diffiċli ħafna għal plejer biex ilaħħaq. Jien biex inlaħħaq, innaqqas il- ħin minn mal-familja għax noħroġ mid-dar fis-6.30 ta' filgħodu, wara x-xogħol, immur għat-taħriġ u nasal id-dar mhux qabel id-8.45pm, fejn ħafna drabi t- tifel tiegħi nsibu diġà rieqed. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat- tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Ikun ta' pjaċir kbir għalija, imma le. Illum għandi 36 sena u wasalt biex nagħżel il-ġurnata li nirtira mill- futbol. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ tiegħi lil dawk it-tfal li għandhom passjoni għall-futbol ngħidilhom, biex ma jaqtgħu qalbhom qatt u jibqgħu jemmnu f 'dak li jħobbu għax it-triq biex tasal xejn mhi faċli! Tħarrġu dejjem u titgħażżnu qatt! 'Kuntent li kont captain tal-Gudja FC li għall-ewwel darba fl-istorja rebaħ il-promozzjoni ' - Jonathan Bondin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 April 2019