Illum previous editions

ILLUM 28 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 28 ta' April 2019 | illum Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-serje ta' artikli dwar ir-riżultati tal-aħħar elezzjonijiet lokali, kif ukoll il-prevenzjonijiet politiċi għal Mejju. Fis-sitt parti minn din is-sensiela ta' artikli, l-ILLUM tħares lejn il-lokalitajiet li jaqgħu l-11 u t-12-il distrett, fejn partikolarment f 'San Pawl il-Baħar, il-Mosta u l-Mellieħa, it-taqtigħa tibqa' qawwija Kunsilli Lokali: x'ġara u x'jista' jiġri? (6) Ħ'Attard: fortizza Nazzjonalista u l-Alternattiva żżomm sod Bħal-lokalità tas-Swieqi, Ħ'Attard tista' tissejjaħ bħala fortizza qawwija Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista dejjem kiseb maġġoranza komda fuq il-Partit Laburista u l-Alternattiva Demokratika, għal dawn l-aħħar snin, irnexxielha tirbaħ u żżomm siġġu wkoll. L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali f 'dan ir-raħal li qed jikber saru fl-2007, fl- 2012 u fl-2015. L-elezzjoni lokali tal-2007, saret waħedha sena qabel l-elezzjoni li rebaħ il-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista rebaħ il-kunsill mingħajr ħafna diffikultà b'distakk ta' 1,500 vot. B'kollox, kiseb 2,855 vot, filwaqt li l-Partit Laburista ġab 1,355 vot. Ralph Cassar, kandidat tal-Alternattiva Demokratika kien elett wara li kiseb 443 vot u rnexxielu jżomm postu sal-lum. L-elezzjoni lokali li kien imiss saret fl-2012 u wkoll saret waħedha. Iż-żewġ partiti żiedu l-voti, bid-distakk ikun dak ta' 1,362 vot. Il-Partit Nazzjonalista kiseb 2,904 voti, il-Partit Laburista 1,582 vot u l-Alternattiva naqset ftit voti iżda żammet is-siġġu wara li kisbet 343 vot. L-aħħar elezzjoni lokali saret mar- referendum tal-kaċċa u jidher li dan ħalla effett għax aktar nies ħarġu jivvutaw, bil-Partit Nazzjonalista jżid drastikament il-voti. Il-Partit Nazzjonalista, fl-2012, kiseb 4,351 vot, jew 64.4% tal-voti, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb biss 20% tal-voti, jew 1,785 vot. Hekk id-distakk bejn il- partiti l-kbar qabeż għal 2,566 vot. Fl-istess elezzjoni, l-Alternattiva Demokratika kisbet 492 vot biex Ralph Cassar żamm postu filwaqt li kandidat indipendenti kiseb 127 vot. Din is-sena x'aktarx li aktar nies se joħorġu jivvutaw ġaladarba x-xahar id-dieħel il-Maltin se jivvutaw f 'żewġ elezzjonijiet. Anke jekk iż-żewġ partiti l-kbar żiedu l-voti. F'Ħ'Attard, x'aktarx li l-Partit Nazzjonalista se jibqa' b'saħħtu, iżda jekk baqax fejn kien, żiedx, jew naqqasx id-distakk, inkunu nafu biss meta jinfetħu l-kaxxi. L-Imdina: għat-tieni darba bla elezzjoni Għat-tieni darba, fl-Imdina mhux se tkun qed issir elezzjoni lokali, hekk kif l-ammont ta' kandidati huwa l-ammont eżatt kemm għandu siġġijiet il-kunsill. Fil-fatt, l-aħħar żewġ elezzjonijiet lokali fl-Imdina saru fl-2006 u fl-2009, għax fl-2013 ukoll ma kienx hemm bżonn li ssir elezzjoni għall-istess raġuni ta' din is-sena. Kieku kellha ssir elezzjoni xi jkun ir-riżultat? X'aktarx li kien ikun simili għar-riżultati tal-2006 u tal-2009, fejn il-Partit Nazzjonalista dejjem kien fuq quddiem. L-elezzjoni lokali tal- 2006, intrebħet mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 151 vot, jew 72% tal-voti, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 33 vot, jew 15% tal-voti. Kandidat indipendenti kien kiseb 12-il vot u kandidat f 'isem Azzjoni għall-Imdina kiseb 13-il vot. Kien imiss elezzjoni lokali oħra fl-2009 u din saret mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kif kieku kien se jiġri din is-sena. Il-Partit Nazzjonalista żamm f 'idu l-kunsill tal-belt l-antika wara li kiseb 83% tal-voti, jiġifieri 182 vot, filwaqt li l-Partit Laburista baqa' kważi fejn kien biex kiseb 37 vot. La din is-sena, elezzjoni mhux se ssir, hu mifhum li l-Kunsill Lokali tal-Imdina se jkun iffurmat minn: Peter Joseph Dei Conti Sant Manduka, Joseph Debono, Alfred Barbaro Sant u Camilla Scerri f 'isem il-Partit Nazzjonalista u Mary Ann Sultana f 'isem il- Partit Laburista. Minn Yendrick Cioffi DAN huwa s-sitt artiklu minn sensiela li fihom il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn ir-riżultati tal-aħħar tliet elezzjonijiet lokali fil-lokalitajiet kollha Maltin u Għawdxin. Qed tagħmel dan fid-dawl tal- kuntest politiku li fihom saru dawn l-elezzjonijiet, jekk magħhom kinux saru elezzjonijiet oħra u anke x'effett ħallew kandidati indipendenti jew minn partiti żgħar. Din il-ġimgħa, l-ILLUM qed tħares lejn il-lokalitajiet li jaqgħu fil-11 u t-12-il distrett fosthom lejn il-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa li ż-żewġ partiti kbar dejjem jissieltu biex jirbħu. Qed tħares ukoll lejn il-Mellieħa, raħal fejn iż-żewġ partiti huma b'saħħithom ħafna u fejn fl-2008, minkejja li l-Partit Laburista rebaħ il-maġġoranza, il-Partit Nazzjonalista spiċċa eleġġa aktar siġġijiet biex kien hu li mexxa l-kunsill. L-ILLUM tħares ukoll lejn Ħ'Attard, fortizza Nazzjonalista u lejn l-Imdina fejn għat-tieni darba konsekuttiva, l-elezzjoni tal-kunsill lokali se terġa' ma ssirx. Il-ġimgħa d-dieħla jmiss li naqsmu l-fliegu u nagħtu ħarsa lejn il- lokalitajiet Għawdxin. Tkompli f 'paġni 8 u 9 kiseb 2,904 voti, il-Partit Laburista 1,582 vot u l-Alternattiva naqset ftit voti iżda żammet is-siġġu wara li kisbet 343 vot. L-aħħar elezzjoni lokali saret mar- referendum tal-kaċċa u jidher li dan ħalla effett għax aktar nies ħarġu Nazzjonalista li kiseb 151 vot, Il-Partit Nazzjonalista żamm f 'idu l-kunsill tal-belt l-antika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 April 2019