Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340
27 Sports Il-Ħadd 28 ta' April 2019 | illum 'Huwa dejjem sabiħ li tilgħab ma' tim ġdid wara 15-il sena ma' Sliema ASC' - Malcolm Manara minn Cristian Antony Muscat MALCOLM Manara - fost l-aqwa plejers li pproduca l-waterpolo lokali f 'dawn l-aħħar snin u li wara 15- il sena sħaħ jilgħab ma' Sliema ASC, riċentament ingħaqad ma' Marsaskala ASC, ma' liema tim se jkun qed jilgħab fl-istaġun li ġej. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? L-imħabba lejn dan l-isport tant sabiħ bdiet sa minn età żgħira. Ma niftakarx mument f 'ħajti fejn ma kontx involut fl-isport. Peress li kemm missieri kif ukoll ħija kienu jilagħbu, kont inkun ħafna l-pixxina nara s-sessjonijiet tat-taħriġ u l-logħob fejn kienu jkunu involuti. Dan kollu xprunani sabiex nibda l-waterpolo. Anke l-fatt li kont inqatta' ħafna ħin kuljum fil-piċċ ta' Tas-Sliema ma' sħabi għeni sabiex tkompli tikber fija din ix-xewqa. Hemmhekk bnejt memorji kbar grazzi għall- waterpolo. Kemm għenek missierek biex bħalu sirt plejer tal- waterpolo? Missieri kien il-bniedem li għeni nibda karriera fil-waterpolo. Għalija kien wieħed mill-aħjar plejers fil-waterpolo u għalhekk kemm jien kif ukoll ħija konna noħolmu li nilħqu l-livell tiegħu. Qatt ma konna sfurzati nitħarrġu fil-waterpolo iżda hu kien jinkoraġġina sabiex nieħdu l-lezzjonijiet tal- għawm sa minn età żgħira. Eventwalment konna mmorru nitrenjaw fin- nursery ta' Sliema ASC. Missieri kien jgħinna sabiex jgħallimna t-teknika permezz ta' taħriġ u tana l-għajnuna sabiex naffaċċjaw dan l-isport b'ċertu dixxiplina. Peress li hu kien plejer tajjeb tal-waterpolo, ma kinitx ħaġa faċli li tilħaq il-livell tiegħu. Madankollu hu qatt ma tefgħalna pressjoni u dejjem tana kuraġġ fuq ċerti deċiżjonijiet li ridna nagħmlu. Mingħajru ħajjitna ma kinitx tkun dak li hi llum. U kemm għenek ukoll il- kowċ Sergio Afric? Inqis lil Sergio bħala ikona għall-komunita' tal-waterpolo lokali. Fil-fatt huwa wieħed mill-iktar persuni rispettati fost dawk midħla tal-pixxina nazzjonali anke minħabba l-unuri li rebaħ u l-attitudni professjonali li jħaddan. Africgħallimna ħafna sa minn meta konna għadna tfal u għadu s'issa jagħtina taħriġ tajjeb li jgħinna nkomplu ntejbu l-ħiliet tagħna. X'tikkummenta fuq l-infrastruttura li fihom titħarrġu u tilagħbu f 'Malta? Dejjem hemm lok ta' titjib. Barra minn xtutna plejers tal- waterpolo għandhom ix-xorti li jitħarrġu f 'pixxina ġewwa. Il-fatt li hawn Malta t-timijiet kollha ta' kull età jitħarrġu fl-istess pixxina li jkollha biss ħames ħinijiet disponibbli hi ferm diffiċli. Kif wieħed jista' jinnota kieku jkun hemm ir-riżorsi neċessarji kieku jkollna aktar plejers ta' kwalità għax jiżdied il-ħin tat-taħriġ. Il-pixxina nazzjonali għaddiet minn ħafna manutenzjoni għalkemm naħseb li s'issa hija ferm sodisfaċenti. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Biex jirnexxielek tikseb dak li tixtieq fil-waterpolo trid tagħmel sigħat twal ta' taħriġ, ikollok dieta partikolari u tqum kmieni filgħodu sabiex tmur il-gym u jkollok dik il- forma fiżika li biha tkun tista' tikkompeti f 'livelli għoljin. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-istudju u mal- waterpolo? Biex inkun onest miegħek mhux faċli tagħmel dan. Kien hemm mumenti fejn kelli naqbeż is-sessjonijiet tat- taħriġ biex inkun nista' nlesti l-istudji tiegħi. Madankollu jien nemmen li kollox għandu jkun f 'ħinu u f 'waqtu kif ukoll li torganizza l-ħin tiegħek mill-aħjar li tista'. Kif tiddeskrivi l-aħħar staġun tiegħek ma' Sliema u Ta' Xbiex kemm għalik personali u anki bħala tim? Kienu żewġ esperjenzi xi ftit diżappuntanti minħabba li kellna ħafna tamiet u objettivi li madankollu ma rnexxilniex nilħqu. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma' Marsascala? Huwa dejjem sabiħ li tilgħab ma' tim ġdid wara 15-il sena ma' Sliema. Madankollu hemm ċertu emozzjoni li ma tistax tiddeskriviha meta titlaq lill-klabb. Tkun drajt dak l-ambjent u mhux faċli tibda esperjenza ġdida. Marsaskala rebħu l-kompetizzjoni KO l-istaġun li għadda u qed jippersistu sabiex dejjem jilħqu l-objettivi tagħhom. It-tim laqagħni mal-ewwel u l-kowċ Dorian Pisani jaf sew il-logħba Maltija minħabba li ilu involut fil-waterpolo. Nisperaw li niksbu xi ħaġa speċjali matul din is-sena. Taħseb li se tkun affettwat mill-fatt li mhux se tkun qed tilgħab fil-Kampjonat Premier iżda f 'dak tal- Ewwel Diviżjoni? Matul dan l-istaġun kont qed nittama li nilgħab fl- ogħla diviżjoni Maltija iżda ma kellux ikun. Minkejja kollox diġà lgħabt sentejn sħaħ fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni u għalhekk naf x'għandi nistenna. Nittama li nikseb is-suċċess mixtieq f 'din id-diviżjoni u ngħin lil Marsascala javvanzaw dejjem aktar. Qbilt mas-sistematal-play- offs? Naħseb li dan il-format jagħmel il-kampjonat ferm aktar eċitanti. Rajna kif is-sena l-oħra San Ġiljan u Birżebbuġa rebħu l-gruppi rispettivi tagħhom għalkemm fl-aħħar mill-aħħar kienu Neptunes u Marsaxlokk li ħadu l-kampjonat. M'hemmx dubju li int qed tħabbat il-bieb tat-tim nazzjonali tal-waterpolo mmexxi mid-duo Karl Izzo u Anthony 'Panelli' Farrugia. Kemm tixtieq li tissejjaħ mat-tim nazzjonali? Ikun unur kbir li kieku kelli nilgħab għal darb'oħra mat-tim nazzjonali wara li għamilt dan fil-kategorija taż- żgħażagħ. Nittama li xi darba jerġa' jkolli dik l-opportunità. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo? B'xorti tajba dalwaqt inlesti l-istudji tiegħi u għalhekk nista' nikkonċentra iktar fuq il-waterpolo. Sadanittant Marsascala kellmuni dwar l-ambizzjonijiet tagħhom u jidhru li huma ferm inkoraġġanti. Għaddi messaġġ lil dawk it- tfal jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Naħseb li l-aqwa messaġġ li nista' ngħaddi hu li kull opportunità li bniedem jista' jiġih jaħtafha. Fuq kollox importanti li tieħu pjaċir tilgħab il-logħba.