Illum previous editions

ILLUM 28 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

illum | Il-Ħadd 28 ta' April 2019 4 VotEWROPA 2019 DIN il-ġimgħa nfetaħ is-separju fuq il-kampanja għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew li se ssir nhar il-25 ta' Mejju u li se tħalli l-effett tagħha, bħalma taffettwa kull elezzjoni, fuq iż-żewġ mexxejja politiċi. Din jaf tkun l-aħħar elezzjoni ta' Joseph Muscat bħala Mexxej Laburista, xi ħaġa li fil-fatt mistenni jtambar fuqha l-Partit Laburista u jaf tkun l-aħħar ta' Adrian Delia jekk it-telfa għall-Partit Nazzjonalista tkun kbira wisq. Din il-ġimgħa beda l-kampanja elettorali l-Partit Nazzjonalista u allura l-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn l-ewwel tiri tal-kampanja tal-partit fl-oppożizzjoni f 'analiżi fil-forma ta' mistoqsija u tweġiba. Minn fejn qed jitlaq il-Partit Nazzjonalista? Jgħid x'jgħid Joseph Muscat il-Partit Nazzjonalista se jitlaq din it-tiġrija minn sitwazzjoni tal-underdog ta' taħt l-underdog. Dan għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett dan qed jidher minn sondaġġi differenti, li juru illi minn fost id-deċiżi 60% qed jgħidu li se jivvutaw PL, filwaqt li meta tgħodd lill-indeċiżi xorta jibqa' mal-20% differenza bejn iż- żewġ partiti. Fir-realtà l-PN qatt ma kien daqstant ħażin fin-numri. Is-sondaġġi qed juru lill-PN jitlef mal-50,000 vot mit-total ta' voti fl-2017 li allura jpoġġih f 'sitwazzjoni ħażina ħafna. Apparti n-numri, mhux xi sigriet li l-midja bil-lingwa Ingliża, speċjalment The Times/Sunday Times u l-Malta Independent bħalissa huma xi ftit jew wisq bierda dwar il-PN, imma l-aktar dwar it-tmexxija ta' Adrian Delia. It-Times, b'mod speċjali, kienet alleat importanti ħafna għall-PN. Il-fatt li ġimagħtejn ilu kien hemm storja prominenti dwar it-Times, fuq il- Mument huwa indikattiv ta' kemm hi bierda r-relazzjoni bejn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet alleati għal żmien twil, speċjalment wara l-ħruq tal-bini tat- Times fi żmien Gvern Laburista ta' Dom Mintoff. Il-PN huwa mifni b'kurrenti kuntrarji interni li fl-aħħar sena taw stampa xejn stabbli tiegħu u allura dan qed ikompli jagħmel is-sitwazzjoni għal dan il-partit agħar milli hi. Delia se jkollu jitlob għal, prattikament, miraklu biex inaqqas id-distakk b'mod sostanzjali (-10,000 imqar) sal- 25 ta' Mejju. X'inhu l-messaġġ tal-PN u x'inhuma l-konnotazzjonijiet politiċi? Il-messaġġ tal-PN huwa 'Flimkien għal pajjiżna' fuq blu ċar u arma ddisinjata b'mod ġdid li ilha tintuża imma li mhix dik uffiċjali. L-ewwel nett, l-użu tal-kelma 'flimkien' tmur lura għall-2008 meta l-PN rebaħ kontra dak kollu mbassar, anke jekk b'1,500 vot biss, bil-messaġġ kien 'Flimkien Kollox Possibbli'. L-użu tal-kelma 'flimkien' timplika l-bżonn tal-għaqda fi żmien meta l-għaqda mhix hemm. Fil-fatt il-messaġġ huwa, l-importanza li l-PN ikun magħqud. L-għaqda hija importanti minn ħafna aspetti għall-PN bħalissa. L-ewwel nett għax partit illi huwa realment jew perċeput li huwa mifrud qatt ma jirbaħ elezzjonijiet, nieħdu l-1998 bħala eżempju u l-elezzjonijiet sussegwenti li tilef Alfred Sant għax kien hemm diversi frizzjonijiet fil-Partit Laburista. It-tieni; partit li għandu l-firda fih u speċjalment fejn il-firda hija fid-deher, ftit huwa meqjus bħala wieħed li kapaċi jmexxi. It-tielet, in-nuqqas ta' għaqda hija waħda mill-kaġuni għalfejn il-livell ta' interess huwa baxx u d-diżillużjoni għolja fost l-għeruq tal-partit. B'għeruq bla ħeġġa qajla tista' tirbaħ. Il-kliem 'għal pajjiżna' jappella għal dawk l-elementi nazzjonalistiċi li huma popolari ħafna f 'pajjiżna u li Delia qed jimbutta kemm jiflaħ meta jsemmi l-kultura, ir-reliġjon u l-immigrazzjoni. Interessanti l-użu tal-arma ddisinjata mill-ġdid u l-fatt li l-PN ma ddikjarax li din hija l-arma uffiċjali l-ġdida, iżda qed juża lilha kullimkien u mhux dik bi sfond iswed li ġejja minn ġenerazzjonijiet, snin u kuntesti passati. In-nuqqas ta' formalizzazzjoni ta' din l-arma tista' turi l-biża' tat-tmexxija ta' Delia milli tinqata' mill-passat u tidħol b'mod assolut fl-era l-ġdida ta' modernizzazzjoni tal-PN. Turi wkoll illi hemm xi ftit ta' titubar mit-tmexxija meta jirrigwarda bidliet. L-ewwel sigħat tal-kampanja PN L-'underdog' vera, żball fuq billboard, l-arma tal-partit u s-segwaċi ta' Daphne Il-ġurnata minn lgħodu turik jgħid il-Malti. U x'urietna l-ewwel ġurnata tal-kampanja tal-Partit Nazzjonalista u s-sigħat ta' wara. X'qal Delia? X'se jkun il-messaġġ tiegħu? U l-arma l-antika fejn hi? U dak l-iżball fuq il-billboard... Times fi żmien Gvern Laburista ta' Dom Mintoff. Il-PN huwa mifni b'kurrenti kuntrarji interni li fl-aħħar sena taw stampa xejn stabbli tiegħu u allura dan qed ikompli jagħmel is-sitwazzjoni għal dan il-partit agħar milli hi. Delia se jkollu jitlob għal, prattikament, miraklu biex inaqqas id-distakk b'mod sostanzjali (-10,000 imqar) sal- 25 ta' Mejju. X'inhu l-messaġġ tal-PN u x'inhuma l-konnotazzjonijiet politiċi? Il-messaġġ tal-PN huwa 'Flimkien għal pajjiżna' fuq blu ċar u arma ddisinjata b'mod ġdid li ilha tintuża imma li mhix dik uffiċjali. Wieħed mill-billboards li tella' l-PN agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham L-arma l-antika fejn hi? Uffiċjali jew le?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 April 2019