Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340
illum | Il-Ħadd 28 ta' April 2019 Aħbarijiet 32 "ILMELLIEĦA hija waħda mill-ftit lokalitajiet fejn l-interazzjoni man- natura għadha possibbli minkejja l-pressjonijiet kontinwi eżerċitati kemm mill-iżvilupp ġenerali kif ukoll mill- industrija tat-turiżmu." Dan intqal miċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo li indirizza konferenza stampa dalgħodu fil-Mellieħa flimkien mal-kandidat għall-Kunsill Lokali Luke Caruana. Waqt il-konferenza stampa, Alternattiva Demokratika enfasizzat il-ħtieġa li tingħata prijorità lill-ħarsien tal-ambjent u lir- residenti fil-politika lokali. Luke Caruana qal li l-Mellieħa, bħal ħafna lokalitajiet oħra teħtieġ politika Ħadra "biex ikun assigurat li l-prinċipji ta' sostenibbilità, inklużjoni u trasparenza jkunu parti integrali mill- mod kif il-Kunsill Lokali jindirizza r-responsabbilitajiet tiegħu." "Sfortunatament, mhix l-ewwel darba li l-kwalità tal-ħajja tar-residenti ġiet imwarrba biex takkomoda lobbies b'interessi kummerċjali. Eżempju ta' dan insibuh fil-proposta tal-mina bejn Malta u Għawdex, li hija theddida ambjentali serja u li tolqot il-kwalità tal-ħajja tal- komunitajiet rurali żgħar tal-Mellieħa: il-Manikata u l-Għerien. Mhux aċċettabbli li kunsilliera attwali u kandidati oħra ma esprimewx it-tħassib tagħhom dwar l-impatti sinifikanti li dan l-iżvilupp ser ikollu fuq dawn il-komunitajiet rurali". Luke Caruana enfasizza wkoll il-ħtieġa li jkun hemm viżjoni fit-tul li tiżgura li l-ispazji miftuħa li fadal jkunu verament imħarsa minn żvilupp mhux meħtieġ. Huwa żied jgħid li "l-lokalità tagħna għandha ssir aktar ekoloġika billi nagħtu prijorità lin-nies u mhux il-karozzi. Dan nistgħu niksbuh billi nespandu ż-żoni pedonali u possibilment billi nziedu l-aċċessibbilita lil modi ta' trasport aktar nodfa bħalma huma r-roti u t-taxis elettriċi. Barra minn hekk, it-tħawwil ta' siġar lokali se jgħin biex titjieb il-kwalità ta' l-arja u biex ikunu ta' kenn matul ix-xhur tas-sajf." Carmel Cacopardo enfasizza l-ħtieġa li l-Mellieħa tapprezza iktar ir-rabtiet tagħha man-natura kif ukoll mal-wirt tagħha. "Fort Campbell f 'Selmun jinsab fi stat ta' rovina minħabba li ġie ttraskurat u vandalizzat għal żmien twil wisq. Il- Kunsill Lokali tal-Mellieħa għandu jkun minn ta' quddiem fil-kordinazzjoni tal- isforzi biex jirrestawra l-Fort Campbell u jistabbilixxi użu xieraq għalih marbut mal-apprezzament tal-ambjent rurali u l-ekoturiżmu." Carmel Cacopardo, saħaq li l-awtoritajiet lokali għandhom irwol importanti biex jiġġeneraw ekonomija lokali li hija tassew sostenibbli. Dan jista' jsir billi niżviluppaw l-industrija tal-ekoturiżmu f 'lokalità bħalma hija dik tal-Mellieħa. ILPARTIT Laburista se jkun qed iressaq madwar 400 kandidat għall- elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se jsiru fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex. Din hija l-ewwel darba li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali se jsiru kollha f 'daqqa hekk kif saru tibdiliet mill-Gvern preżenti. Kien deċiż ukoll li ma jibqgħux isiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Amministrattivi f 'rħula żgħar bħal Burmarrad, Bubaqra u Paeville. Fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li dan huwa l-akbar grupp ta' kandidati li qatt ressaq partit f 'elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. "Qegħdin nitolbu lill-Maltin u l-Għawdxin biex jagħżlu u jagħmlu ġudizzju minn fost dawn in-nies" Muscat sostna li l-PL għandu tim divers ħafna, "għandna ħaddiema, żgħażagħ, persuni li jaħdmu għal rashom, kandidati inqas minn 18-il sena u għandna 24% tal-kandidati li huma nisa, terz minnhom ġejjin mill-programm Lead." Fakkar illi din hija żieda notevoli mill-15% ta' nisa li kien ħareġ fl-aħħar elezzjoni. "Għandna żieda drastika ta' kandidati Għawdxin u għandna kandidati f 'kull lokalità, imferrxin madwar pajjiżna. Issa ejja naħdmu biex inġibu l-aħjar riżultat possibbli, imma wara l-25 ta' Mejju naħdmu għal-lokalità." Il-Mexxej Laburista għamel referenza għall-kandidati b'diżabilità li se joħorġu f 'isem il-PL." Huwa appella lin-nies biex joħorġu jivvutaw u qal li huwa ta' swied il- qalb li "l-PN prova jċaħħad 130,000 persuna milli jivvutaw li kieku l-PL ma ppreżentax kandidati iktar milli hemm bżonn. Fejn issa għandna maġġoranza awtomatika m'aħniex se nkunu kompjaċenti." Huwa fakkar illi l-PL se jkollu programm elettorali f 'kull lokalità. Muscat jgħid li l-Labour qed iressaq numru rekord ta' kandidati għall-elezzjonijiet lokali Cacopardo: 'Il-Kunsilli jistgħu jiġġeneraw l-ekonomija lokali b'mod sostenibbli'