Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340
illum | Il-Ħadd 28 ta' April 2019 Aħbarijiet 8 San Pawl il-Baħar: fejn l-akbar partit huwa ta' dawk li ma jivvutawx Għal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar ma tistax tgħid li l-Partit Nazzjonalista jew il-Partit Laburista għandhom il-maġġoranza għax l-akbar partit f 'dan il-lokal kbir huwa ta' dawk li jibqgħu d-dar u ma joħorġux jivvutaw. Fil-fatt, fl-aħħar elezzjoni lokali li saret f 'dan il-lokal, li jiġbor fih lil Burmarrad, ix-Xemxija, il-Qawra, Buġibba, il-Wardija u anke l-Imbordin, ħarġu jivvutaw biss 8,335 persuna, meta dawk eliġibbli li jivvutaw kienu jammontaw għal 21,202 persuni. Dan ifisser li għal dan il-kunsill lokali, li spikkaw fih ir-riżenji, ħarġu jivvutaw biss 39% tal-votanti. Iżda din ma kinitx karatteristika biss tal-aħħar elezzjoni lokali, għax anke għal dik li saret fl-2012 ivvutaw biss 35% ta' dawk li kienu eliġibbli. Hija wkoll lokalità interessanti għax filwaqt li l-Partit Nazzjonalista għamel żmien jirbaħha b'maġġoranza komda, illum iż-żewġ partiti spiċċaw ras imb ras, saħansitra fl-2012 meta l-Partit Laburista rnexxielu jikseb il-maġġoranza. Kif din il-gazzetta qed tagħmel bil-lokalitajiet kollha f 'Malta u Għawdex, se tħares ukoll lejn l-aħħar tliet elezzjonijiet lokali f 'San Pawl il-Baħar, li waħda minnhom seħħet ma' elezzjoni ġenerali, waħda minnhom saret waħedha u oħra mar- referendum dwar il-kaċċa. Fl-2008, ir-residenti ta' San Pawl il-Baħar u l-lokalitajiet li jagħmlu miegħu, ħarġu jivvutaw kemm għall- elezzjoni lokali u anke għall-elezzjoni ġenerali. Fil-fatt, ħdejn it-turn out tal- aħħar żewġ elezzjonijiet lokali, dik is-sena, l-għadd ta' residenti li ħarġu jivvutaw ma kienx daqshekk baxx, tant li vvutaw 67% ta' dawk eliġibbli. Dik is-sena, il-Partit Nazzjonalista kien rebaħ l-elezzjoni lokali b'distakk ta' 1,226 vot. Il-Partit Laburista kien ġab 3,138 vot (39%), filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 4,364 vot (55%). Kandidati indipendenti kisbu 235 vot, filwaqt li l-Alternattiva Demokratika kisbet 212-il vot. Iżda d-distakk ingħeleb fl-2012. Dik is-sena, l-elezzjoni lokali saret waħedha. Il-Partit Laburista, anke jekk naqqas il-voti, kiseb 3,019-il vot u rebaħ dan il-Kunsill Lokali u dan wara li l-Partit Nazzjonalista naqqas drastikament il-voti biex kiseb 2,505 voti. Dik is-sena, l-Alternattiva kisbet 134 vot. Xi jfisser dan ir-riżultat? Jista' jkun hemm ħafna spjegazzjonijiet. Dan ir-riżultat seta' kien riflessjoni ta' dak li kellu jiġri s-sena ta' wara, meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'distakk kbir ta' 36,000 vot. Iżda l-fatt li l-elezzjoni lokali saret waħedha, jista' jkun li kellu effett ukoll. Minn din l-analiżi li qed tagħmel il-gazzetta ILLUM (anke kif rajna f 'paġna 7 fil-każ ta' Ħ'Attard) ħareġ ċar li meta f 'lokalità elezzjoni lokali ssir waħedha, hemm tendenza li ħafna Nazzjonalisti jagħżlu li jibqgħu ġewwa u ma joħorġux jivvutaw. L-aħħar elezzjoni lokali f 'San Pawl il-Baħar saret fl-2015, mar-referendum dwar il-kaċċa. Iż-żewġ partiti żiedu fil-voti tagħhom, bil-Partit Nazzjonalista jerġa' jieħu f 'idejh dan il-kunsill b'distakk żgħir ta' 62 vot. B'kollox, il-Partit Nazzjonalista kiseb 3,701 vot, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 3,639 vot. L-Alternattiva ġabet 275 vot u kandidat indipendenti kiseb 147 vot. X'se jiġri inqas minn xahar ieħor ħadd ma jaf. Li hu żgur huwa li d-distakk huwa żgħir u l-aħħar kunsill lokali f 'din il-lokalità għadda minn taqlib kbir u mewġa ta' riżenji. L-ewwel ma rriżenja kien il-Viċi Sindku David Thake wara li bl-aktar mod ċar saħaq li ma jridx jibqa' jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista b'Adrian Delia bħala Kap. Warajh irriżenjaw ukoll Joseph Vella u Robert Piscopo, żewġ kunsilliera oħra eletti f 'isem il- Partit Nazzjonalista u li żammew posthom bħala kunsilliera indipendenti. It-tnejn li huma kienu indikaw nuqqas serju ta' qbil mas-Sindku Graziella Galea li wkoll kienet irriżenjat ftit qabel vot ta' sfiduċja li resaq quddiem il-kunsill. Minn dan il-Kunsill Lokali kien irriżenja wkoll Matthew Barbara, li kien ġie elett f 'isem il-Partit Laburista. Xi ftit jew wisq, wieħed jistenna li dawn ir- riżenji u t-taqlib se jkollhom l-effett tagħhom f 'din l-elezzjoni lokali. Kif rajna fl-aħħar ġimgħat, bħal fil-każ tal-Imtarfa, kwistjonijiet lokali jaffettaw ħafna r-riżultat fil-lokalitajiet. Li hu żgur huwa l-fatt li ż-żewġ partiti qed jagħmlu minn kollox biex jieħdu dan il-kunsill f 'idhom. Il-Partit Laburista ħareġ diversi kandidati ġodda għal dan il-kunsill, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jimbotta lil Anthony Delia, ħu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Kollox jiddependi minn kemm se joħorġu jivvutaw nies, partikolarment Nazzjonalisti, ġaladarba kif spjegat qabel, għandhom it- tendenza li jibqgħu aktar ġewwa meta jiġu biex jivvutaw għall-kunsill. Madanakollu, din is-sena, l-elezzjoni lokali se ssir ma' dawk tal-Parlament Ewropew u għalhekk wieħed jistenna li aktar nies joħorġu jivvutaw. Il-Mosta: iż-żewġ partiti b'saħħithom… kollox jorbot fuq it-turnout Fil-Mosta wieħed jista' jgħid li ż-żewġ partiti huma b'saħħithom ħafna fil-voti, tant li mhux l-ewwel darba li ġew ras imb ras u mill-2004 'l hawn, iż-żewġ partiti mexxew dan il-kunsill ta' waħda mill-akbar lokalitajiet f 'Malta. L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali fil-Mosta saru fl-2007, sena qabel l-elezzjoni ġenerali li rebaħ il- Partit Nazzjonalista, fl-2012, sena qabel l-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista u fl-2015 mar- referendum dwar il-kaċċa. Fl-elezzjoni lokali tal-2007, li magħha ma saret l-ebda elezzjoni oħra, kien il-Partit Laburista li ġab il-maġġoranza. Fil-fatt, kien kiseb 4,832 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 4,405 voti u l-Alternattiva 314-il vot. Dan kien ifisser li l-Partit Nazzjonalista tilef dan il-kunsill li rebaħ fl-2004, jiġifieri fl-istess sena li saret l-ewwel elezzjoni tal-Parlament Ewropew, li l-Partit Nazzjonalista tilef minkejja li kien fl-aqwa tiegħu. L-elezzjoni lokali li kien imiss ukoll saret waħedha, jiġifieri fl-2012. Din id-darba, il- Partit Laburista rnexxielu jżomm il-maġġoranza b'distakk ta' 14-il vot biss. Fil-fatt, il-Partit Laburista kiseb 4,842 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 4,828 vot. L-Alternattiva kisbet 242 vot u kandidat indipendenti 90 vot. Fl-2015 l-elezzjoni ma saritx waħedha iżda mar-referendum dwar il-kaċċa. Ħarġu jivvutaw 74% ta' dawk eliġibbli u l-folja nqalbet biex il-kunsill Mosti reġa' għadda f 'idejn il-Partit Nazzjonalista li rebħu b'distakk ta' 519-il vot. Il-Partit Nazzjonalista żied drastikament fil-voti biex kiseb 6,350 vot, filwaqt li l-Partit Laburista żied ukoll biex kiseb 5,831 vot. Nistennew li din is-sena jivvutaw ħafna Mostin ukoll ġaladarba l-elezzjoni lokali se ssir ma' dik tal-Parlament Ewropew kif se jibqa' jiġri dejjem. Iż-żewġ partiti qed iżidu fil-voti tagħhom u huma b'saħħithom. Id- distakk ċkien u nqaleb fi ftit snin, għalhekk għall-Mosta wieħed jista' biss jistenna u jara x'se jiġri. San Pawl il-Baħar l-aktar missielta…il-ġirja ....tkompli minn paġna 7 elezzjoni lokali u anke għall-elezzjoni ġenerali. Fil-fatt, ħdejn it-turn out tal- aħħar żewġ elezzjonijiet lokali, dik is-sena, l-għadd ta' residenti li ħarġu jivvutaw ma kienx daqshekk baxx, tant li vvutaw 67% ta' dawk eliġibbli. Dik is-sena, il-Partit Nazzjonalista kien rebaħ l-elezzjoni lokali b'distakk ta' 1,226 vot. Il-Partit Laburista kien ġab 3,138 vot (39%), filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 4,364 vot (55%).