Illum previous editions

ILLUM 28 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 28 ta' April 2019 | illum Il-Mellieħa: is-siġġijiet importanti daqs l-ewwel preferenza Il-Mellieħa hija lokalità interessanti ħafna għall-fatt li ma hemmx distakk kbir bejn iż-żewġ partiti, tant li fl-2008, minkejja li l-Partit Laburista kiseb il- maġġoranza tal-voti, minħabba s-sistema tal-wirt tal-voti, il- Partit Nazzjonalista eleġġa aktar siġġijiet u spiċċa biex iggverna hu. L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali f 'dan ir-raħal pjuttost kbir, saru fl-2005, fl-2008 u fl-2013, bil- Partit Laburista jikseb dejjem il-maġġoranza tal-voti. Fl-2005, l-elezzjoni lokali saret waħedha u l-Partit Laburista kiseb 55% tal-voti fil-Mellieħa. B'kollox il-Partit Laburista kiseb 2,196 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 1,656 vot. L-Alternattiva Demokratika kisbet 131 vot. L-elezzjoni lokali li kien imiss saret ma' dik ġenerali tal-2008. Din id-darba, iż-żewġ partiti żiedu fil-voti tagħhom, iżda d-distakk kien ta' 158 vot biss. B'kollox il-Partit Laburista ġab il-maġġoranza u rebaħ 2,706 voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 2,548 vot. Ġara li minkejja li l-Partit Laburista rebaħ il-maġġoranza tal-ewwel preferenza, il-Partit Nazzjonalista, minħabba s-sistema elettorali tal-wirt tal- voti, tella' aktar siġġijiet tant li mexxa dan il-kunsill għal ħames snin. Is-Sindku li mexxa dan il- Kunsill kien Robert Cutajar (illum Deputat Nazzjonalista) anke jekk John Buttigieg (kandidat Laburista) ġab 239 vot aktar. L-aħħar elezzjoni lokali fil- Mellieħa saret fl-2013 mal- elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista. Il-Partit Laburista reġa' żied il-voti u kiseb 3,170 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 2,891 vot biex id-distakk tela' għal 279 vot. Għall-Mellieħa, forsi aktar minn lokalitajiet oħra, kull vot jgħodd. Wieħed jistenna u jara x'se jiġri fl-elezzjoni lokali li jmiss. Iż-żewġ partiti dejjem żiedu fil-voti tagħhom, iżda x'aktarx li din is-sena, inqas nies se joħorġu jivvutaw ġaladarba l-elezzjoni lokali tal-25 ta' Mejju se ssir ma' dik tal-Parlament Ewropew u mhux ma' elezzjoni ġenerali. missielta…il-ġirja sal-barkun fil-Mosta u l-Mellieħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 April 2019