Illum previous editions

ILLUM 28 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 28 ta' April 2019 Minn Yendrick Cioffi ĦAMES spiżjara differenti li tkellmu mal-gazzetta ILLUM u ilmentaw dwar il-magni ġodda li l-Gvern qassam u li għadu qed iqassam lil dawk id-dijabetiċi li jieħdu l-mediċina biex ikunu jistgħu jiċċekkjaw u jikkontrollaw aħjar il-livell taz-zokkor fid- demm. L-ispiżjara li tkellmu ma' din il-gazzetta saħqu li l-magni tad-ditta U-Right, li tqassmu fl-aħħar xhur mhumiex preċiżi daqs magni oħra li kienu jintużaw qabel u dan qiegħed jagħmel il-ħajja ta' persuni dijabetiċi aktar diffiċli. Madanakollu, mal-gazzetta ILLUM, filwaqt li kkonferma li rċieva ilmenti, il-Ministeru għas-Saħħa insista li fl-ebda każ ma nstab li l-magna ma kinitx qed taħdem kif suppost. Mis-sena li għaddiet, il-Gvern beda jqassam b'xejn il-magni u l-istikek lil dawk id-dijabetiċi kollha li jieħdu l-mediċina biex jikkontrollaw il-livell taz- zokkor fid-demm. Oriġinarjament, dawn kienu jingħataw biss lil dawk il- pazjenti li għandhom dijabete ta' Tip 1. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' diversi spiżjara wara li persuna li tbati mid- dijabete ta' Tip 1 uriet it- tħassib tagħha għall-fatt li l-ispiżjara tagħha qaltilha dwar din il-problema li qed tiltaqa' magħha ta' spiss. Fil-fatt, din il-persuna li tkellmet mal-ILLUM tagħmel użu kuljum mill-magna tad-dijabete tat-tip On Call Platinum li kienet ingħatatilha b'xejn mill-Gvern u li kull xaharejn tiġbor l-istikek għaliha permezz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC). Jidher iżda li l-magni ta' dan it-tip eventwalment se jkunu qed jinbidlu kollha ma' dawk tat-tip U-Right, tant li meta staqsiet lill-infermiera tal- Klinika tad-Dijabete tal-Isptar Mater Dei, infurmawha li 'l quddiem għandha tirċievi ittra dwar meta għandha tbiddel il-magna. Skont l-informazzjoni li għandha din il-gazzetta, sa issa nbidlu l-magni tad-dijabete fis-swali tal-Isptar Mater Dei u ngħataw ukoll lil dawk il- pazjenti li bbenefikaw mill- estensjoni tal-iskema tal-Gvern għat-tqassim tal-istikek b'xejn. "L-ispiżjara qaltli li qed ikollhom ħafna problemi u li l-magni l-ġodda mhumiex preċiżi. Jekk hemm il- problemi, nippreferi nibqa' bil-magna li għandi issa. Jiena niċċekkja z-zokkor sitt darbiet kuljum u nikkalkula kemm nieħu insulina skont il-livell taz-zokkor," qaltilna din il- persuna. 'Il-pazjenti l-ħin kollu ġejjin bl-ilmenti' Kien dan li wassal lill-ILLUM biex tagħmel kuntatt ma' ħames spiżjara differenti li kollha lmentaw dwar il-magni l-ġodda li permezz tagħhom wieħed jiċċekkja l-livell taz- zokkor fid-demm. "Il-ħin kollu ġejjin il-pazjenti bihom jilmentaw," qaltilna waħda mill-ispiżjara. "Mhux dejjem ikunu preċiżi. Ġieli jkejlu mod meta l-livell ikun ieħor. Għall-pazjenti din hija problema." Spiżjar ieħor saħanistra qalilna li jmorru ħafna pazjenti għandu għax dawn il-magni ġieli jixegħlu u ġieli ma jixegħlux. "Ma ġietx persuna jew tnejn bl-ilmenti. Ġew ħafna," kompla jgħidilna. Din l-istess informazzjoni kienet ikkonfermata mill- ispiżjara kollha li kellmet il-gazzetta ILLUM. Il-Ministeru jikkonferma li kien hemm ilmenti iżda... Intant din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-Ministeru għas- Saħħa biex tistaqsi dwar dawn il-magni, għalfejn biddilhom u ma baqax iqassam il-magni On Call u jekk irċeviex ilmenti dwar dawn il-magni l-ġodda. Fir-risposta tiegħu, il- Ministeru għas-Saħħa, fakkar li l-POYC qassmet 'il fuq minn 28,000 magna tad-dijabete u dawn tqassmu lid-dijabetiċi kollha rreġistrati u li jieħdu xi tip ta' mediċina għall- kundizzjoni tagħhom sal- aħħar tas-sena li għaddiet. Il-Ministeru kkonferma wkoll li rċieva lmenti dwar dawn il-magni, iżda insista li din hija xi ħaġa normali meta jitqassam tagħmir lil numru daqshekk kbir ta' nies. "L-ilmenti ġew investigati, apparti li saru testijiet professjonali kemm lokalment u anke barra minn Malta fuq dan it-tagħmir. F'kull każ fejn xi magna ngħatat lid- Dipartiment għat-testijiet, dawn ġew ittestjati u fl-ebda każ ma nstab li l-magna ma kinitx qed taħdem kif suppost," temm jisħaq il-Ministeru. U l-aġent kif wieġeb? Intant din il-gazzetta, bagħtet tistaqsi wkoll lil Europharma Ltd, l-aġent tal-magni U-Right, biex tistaqsihom dwar dawn l-ilmenti u x'passi qed jittieħdu. Fit-tweġiba tiegħu, Alex Fenech, Business Development Manager tal-kumpanija, wieġeb biss li l-kuntratt ta' fornitura tal- magni taz-zokkor U-Right huwa bejn Europharma Ltd u d-Dipartiment tas-Saħħa. "Għaldaqstant, nistiednek tirreferi għad-Dipartiment tas-Saħħa għal kwalunkwe informazzjoni meħtieġa," temm jgħidilna. It-tweġiba li reġgħet irċeviet din il-gazzetta kienet li kull ilment li rċieva d-Dipartiment tas-Saħħa ġie investigat mhux biss mill-kumpanija li tipprovdi l-magni, iżda anke minn esperti tal-Gvern b'mod indipendenti. "Kull investigazzjoni rriżultat fin-negattiv, hekk kif il-magni kollha kienu fil- parametri skont l-istandards meħtieġa," tgħid it-tweġiba. Preżentament, kull persuna f 'Malta u f 'Għawdex li tbati mill-marda tad- dijabete u li tieħu mediċina biex tikkontrolla din il-kundizzjoni għandha l-faċilità li tiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm fil- kumdità ta' darha. Hu stmat li kull sena, il-Gvern iqassam madwar 18-il miljun stikka bi spiża ta' madwar miljun ewro. Il-proġett kien beda fis-sena 2016, fejn l-ewwel li bdew jingħataw stikek tad-dijabete kienu t-tfal. Wara dawn bdew jingħataw ukoll lid-dijabetiċi tat-Tip 1 kollha u aktar tard lid-dijabetiċi tat-Tip 2 u li jieħdu l-insulina. Wara dawn kien imiss li l-magni u l-istikek jingħataw ukoll lid-dijabetiċi tat-Tip 2 li qegħdin fuq il-mediċina orali. Il-pazjenti fuq l-insulina jingħataw erba' stikek kuljum filwaqt li dawk fuq il-mediċina orali jingħataw stikka waħda kuljum. Uħud mid-dijabetiċi jridu jiċċekjaw iz-zokkor qabel jikkalkulaw kemm jieħdu insulina 'Ħafna pazjenti tad-dijabete qed jilmentaw mill-magni ġodda mqassma mill-Gvern' Spiżjara jisħqu mal-ILLUM li diversi pazjenti qed jilmentaw dwar il-magni ġodda li l-Gvern qassam -aħħar xhur lid-dijabetiċi biex jiċċekkjaw il-livell taz-zokkor d- demm. X'qed jgħidu l-pazjenti u kif wieġeb il-Ministeru?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 April 2019