Illum previous editions

ILLUM 28 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 I l-jum tal-vot għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew issa riesaq sew. F'Ħ'Attard hemm raġel li mhux biss huwa familjari mal- Unjoni Ewropea iżda ħadem fiha u għandu esperjenza tajba tal-operat tagħha. Imma minn wara l-kwinti, jikteb id-diskorsi ta' Antonio Tajani; il-President tal-Parlament Ewropew. L-ILLUM titkellem ma' Peter Agius, li għadu qed jara l-bidu ta' karriera politika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Nibdew billi nistaqsuh kif irnexxielu jagħmel it-tranżizzjoni minn raġel dejjem wara l-kwinti għal kandidat li jmur iħabbat il- bibien tan-nies jitlob għall-vot. "Mhux evidenti l-ħaġa fis- sens illi wieħed irid jadatta diskorsu, minn wieħed tekniku, dwar fatti u loġika, għal wieħed emottiv. Biex tattira n-nies lejk," jispjega Agius, "ma tridx tolqot biss il-moħħ, imma tolqot il-qalb ukoll. Man-nies trid tirrelata b'xi ċajta jew kumpliment. Li tkun taf titkellem mhux biżżejjed," jinsisti Agius li matul l-intervista tiegħu jitkellem dwar il-laqgħat li kellu ma' setturi differenti tal- poplu. Ninterrompih u nsemmilu dak il-filmat, li sar famuż, tiegħu jsajjar. Jitbissem u jgħid li hu jħobb jirrelata man-nies. "Mar tajjeb għax xi ħadd qabad miegħi dwaru u qagħad jgħid li jien qisni Nancy tat-tisjir," jgħid Agius jidħaq. "L-ewwel nett jiena rrid nippromovi l-prodott Malti u t-tieni jiena ma niddejjaqx nuri min jien, għalkemm hemm ċerti limitazzjonijiet fejn jidħlu t-tfal." Jibża' li l-limitazzjonijiet jinbidlu jekk ikun elett, kif inbidlu għal bosta politiċi li kellhom id-dawl impoġġi fuq il-ħajja privata tagħhom? "Ninkwieta kieku jiġri hekk," jgħid Agius kważi se jibda jinfixel. Jispjega illi minħabba li għadu jibda l-karriera politika tiegħu mhux konxju ta' dawn, fis-sens li qatt ma esperjenzahom. 'Ma nsib l-ebda problema li l-votanti jkollhom aspettattiva għolja' Nirrimarkalu kif minkejja li bħala poplu aħna forsi iktar laxki minn sħabna tat-Tramuntana tal-Ewropa u forsi naċċettaw il-laxkezza f 'ħaddieħor, donna li nistennew rettezza kbira u purità mill-politiċi mbagħad. Jaqbel? "Iva veru. Għax il-politiku jrid jagħti eżempju u jiena naqbel li jkun hemm din l-aspettattiva. Xi kultant meta nkun qed nitkellem fuq il-politika jkun hemm min jgħid illi settur ta' Nazzjonalisti jistennew aktar mill-politiku, għandhom l-aspettattiva għolja u naqbel li hekk għandu jkun," jgħid Agius. Jikkwalifika din l-istqarrija u jsostni illi għalkemm dan huwa sew jekk persuna tiżbalja jeħtieġ tirrikonoxxi l-iżball, tpatti għalih "imma mbagħad timxi 'l quddiem. Ħadd mhu għar-rimi, ma jfissirx li għax persuna tiżbalja għandha tieqaf hemm u daqshekk," jisħaq mal-ILLUM. Qed isemmi n-Nazzjonalisti li jippretendu aktar u l-ogħla livell ta' serjetà u nfakkru illi ħafna minn dawn in-nies ma tantx qed jaqblu mat-tmexxija ta' Adrian Delia. 'Il-PN għaddej minn tranżizzjoni' "Naħseb li l-Partit Nazzjonalista għaddej minn tranżizzjoni bħalissa," sostna Agius li kompla jgħid illi bħalissa hemm parti enormi tal-elettorat li qed iħares lejn il-Partit Nazzjonalista, dak kollu li qed jiġri fih "u kulma jagħmel isir aħbar. Anke l-midja naħseb qed tagħti aktar kas x'qed jgħid u jagħmel il-PN milli l-Gvern." Infakkru li s-sitwazzjoni kienet eżatt l-istess meta kien hemm Alfred Sant fl- Oppożizzjoni u l-midja kollha kienet għajnejha fuq il-Partit Laburista. "Jien naħseb li din l-attenzjoni rridu ndawruha, minn fuq il-politiku għal fuq il-politika. Aħna qed nagħmlu ħafna proposti f 'diversi oqsma. Għamilna proposti dwar il-kanċer, il-biedja, iċ-ċivil, il-fondi Ewropej u l-ġimgħa li ġejja dwar is-sajd." 'Mhux vera li llum l-assorbiment ta' fondi mill- UE huwa aħjar' Din il-gazzetta tistqsih jiddeskrivi waħda mill- proposti u jitkellem dwar il-fondi Ewropej. "L-UE għandha 75% mill-fondi li tagħti li huma strutturali. Minn dawk aħna ġibna €1.1 biljun. Imbagħad hemm 25% oħra li huma fondi diretti lil kumpaniji, individwi jew għaqdiet biex dawn jagħmlu proġetti differenti." Fir-rigward ta' dawn it-tip ta' fondi Agius jgħid illi r-rata ta' assorbiment u suċċess hija baxxa ħafna. Dwar il-fondi, il-PM Muscat diġà tefa' l-ewwel battuti meta f 'Ħal Tarxien qal illi pajjiżna qed jassorbi iktar fondi llum milli taħt Gvern Nazzjoalista. "Le mhux vera," jirreaġixxi pront Agius. "Skont il-Ministru stess aħna konna lura. Ma jidhirx li se nitilfu flus imma fl- ewwel sentejn waqajna lura." Jgħid iżda li hu mhux jikkritika biss, imma jipproponi wkoll. "Bil-Pjan ta' Juncker konna nġibu l-flus għall-garanzija tal-Power Station, minflok dik ħariġha l-Gvern," sostna Agius. Imma ma jaħsibx illi l-kritika tal-PN, illi l-Gvern se jġib inqas fondi mill- Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi, hija inġusta? L-ekonomija kibret, allura mhux naturali li pajjiżna jieħu inqas fondi? "Dan huwa qari ħażin tas-sitwazzjoni. Il-Prodott Gross Domestiku kiber, imma l-Malti mhux qed jaqla' aktar. In-nies ma sarux wisq aktar sinjuri milli kienu." Qal illi huwa importanti illi nħarsu lejn dawk l-oqsma fejn l-UE qed tinvesti jiġifieri ż-żgħażagħ, id- difiża u d-diġitalizzazzjoni u l-inovazzjoni. Huwa qal illi kważi €10 biljuni se jkunu minfuqa fuq tal-aħħar biss, li allura tfisser kemm irridu naħdmu aktar milli diġà qegħdin f 'dan il-qasam. Kien hemm €5.5 miljuni fuq id-difiża u allura investiment kontra attakki ċibernatiċi fost l-oħrajn, filwaqt li l-baġit għall-Erasmus se jittrippla. "Aħna mhux se nġibu l-flus ta' Gonzi, għax m'aħniex ippreparati daqs kemm kien Gonzi," sostna Agius. 'Il-proposta tal-FKNK tagħmel ħafna sens' Intervista illum | Il-Ħadd 28 ta' April 2019 Naħseb Miriam hija rispettata fost is-Soċjalisti għalkemm il- kollegi kollha tal-PL għandhom żvantaġġ għax il-kredibbilità tagħhom hija mittiefsa " " 'Jekk iqumu fuq tagħhom in-Nazzjonalisti agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Qatt ma kien deher ma' partiti, imma meta deher dejjem deher fuq suġġett relatat mal-UE. Ħafna jarawh ikkwalifikat għal MEP oħrajn ma tantx jaraw fih bniedem kariżmatiku. Peter Agius iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ILLUM dwar il- PN, il-biedja, il-kaċċa, il-fondi tal-UE, l-immigrazjoni u aktar...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 April 2019