Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340
J ien konvint li l-poplu Malti u Għawdxi jista' jgħix tajjeb u ferm aħjar mingħajr ma nbiegħu saħħitna u nikkompromettu l-ġmiel naturali u l-karattru ta' pajjiżna. Li jkollna ekonomija b'saħħitha jawgura tajjeb iżda dan mhux biżżejjed. Hemm il- ħtieġa li nħarsu l-valur u mhux il-volum u għalhekk nippreferu l-kwalità fuq il-kwantità. Ekonomija li tikber askapitu tas-sostenibbiltà u l-prosperità għall-ġenerazzjonijiet ġejjiena hi qarrieqa. X'jiswew l-indiċi ekonomiċi favorevoli jekk pajjiżna qed jindifen bil-konkrit u l-briks, jekk pajjiżna żżarma mir- rispett, mill-ġustizzja u mit- tolleranza, jekk pajjiżna hu fgat bil-ħmieġ ta' negozju bla rażan u bla qalb, jekk sezzjoni tal-poplu tgħakkset bl-għoli tal-ħajja u jekk is-sistema politika hi waħda li tippremja n-nepotiżmu u l-patronaġġ u għaldaqstant twarrab lil min jistinka u jasal bis-sagrifiċċju u b'ħiltu? Ir-riżultat tal-progress mingħajr għan u mingħajr viżjoni għajr l-akkwist ta' aktar flus, żarma lill-ħajja Maltija minn kif nafuha, mill- memorja kollettiva tagħna ta' ġrajja, u mill-oqsma naturali u kulturali. Din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat, forsi mnebbaħ mir-riflessjoni taċ- ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, fil-Parlament qal li l-Gvern għandu r-rieda politika li jkompli jirriforma. Stqarr li dan hu "work in progress". Imma kif? Meta qegħdin f 'sitwazzjoni fejn klikka fis-settur pubbliku hi sħab ma' xi negozjanti li jiddettaw kif ser jinqasam il- ġid tal-poplu. Il-Gvern ta' Muscat tela' bl- għajta ta' moviment, b'wegħda li jkollna Malta Tagħna Lkoll, fejn ikollna għaqda dejjiema u fejn pajjiżna jitmexxa b'responsabbilità għal dak li hu sew. Ġara li twettaq mod ieħor u l-eżempju ma tkaxkarx minn fuq għal isfel. Pajjiżna tnawwar. Persważ li fis-skiet ta' qalbu l-Prim Ministru jaf eżatt fejn u kif falla. Ir-rieda politika li tagħraf it-tajjeb mill-ħażin, u li tibni fuq it-tajjeb u telimina l-ħażin titlob impenn kontinwu u konsistenza. Fil-leġiżlatura l-oħra jien irriżenjajt mill- eżekuttiv u minn whip tal-Gvern u bil-miktub tajt ir- raġunijiet ewlenin. Ma nistax ngħid li l-affarijiet tranġaw. Anzi, pjuttost qbadna n-niżla tal-arroganza. Min-naħa l-oħra, gvern alternattiv jitlob kredibbilità. M'għandix għalfejn noqgħod nomgħodha. Bit-tmexxija tal- Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, il-Partit Nazzjonalista tilef ruħu u għemilu u ma tantx qed iqanqal fiduċja. Din kienet ir-raġuni ewlenija għalfejn il-koalizzjoni tal-Forza Nazzjonali sfaxxat. Bit-tielet rappreżentanza fil-Parlament, l-Oppożizzjoni Demokratika hi dik il- vuċi soda, li bir-raġun u b'konvinzjoni qed tfittex l-interessi ta' Malta u tal- poplu Malti u Għawdxi. Il-Partit Demokratiku mhu marbut ma' ħadd ħlief mad- determinazzjoni ta' kull Malti u Għawdxi li jħossu li jikber, jaħdem u jgħix bis-serħan tal- moħħ f 'pajjiżu. Godfrey Farrugia huwa l-Kap tal-Partit Demokratiku I ssa li qorbu l-elezzjonijiet għall- Parlament Ewropew ħsibt li jkun żmien addattat li ninforma lill-qarrejja tal-ILLUM bil-viżjoni tal-Caritas dwar l-Ewropa. In-nies fl-Ewropa qed jgħixu f 'ambjent ta' paċi, ħelsien u solidarjetà fejn il-jeddijiet umani u soċjali huma rispettati bis-sħiħ u kull persuna, familja u komunità għandha s-saħħa li tiżviluppa. L-Ewropa tgħożż komunità ta' valuri, fejn, b'rispett profond għad-diversità – in-nies jgħixu u jaħdmu flimkien fi spirtu ta' qadi lejn xulxin, jibnu d-dar komuni tal-Ewropa ċċentrata madwar il-qdusija tal-persuna umana, u li tieħu ħsieb tħares u tiddefendi lil kull raġel u mara. Hawn fehma sħiħa u prattika ta' għaqda soċjali fl-Ewropa bejn in-naħa ta' fuq u ta' isfel, bejn il-Lvant u l-Punent. Leħen il-fqar "Leħen il-fqar u tal- organizazzjonijiet li jiddefendu l-interessi tagħhom huma inkoraġġuti, għax jagħtu sehemhom għal soċjetà iżjed inklussiva. Soċjetà ċivili b'saħħitha tieħu sehem sħiħ fi djalogu rikonoxxut mal-istat u mal-ekonomija. Il-Knisja fl- Ewropa - kif ukoll il-Caritas - f 'ekumeniżmu Nisrani mġedded u fi djalogu ma' reliġjonijiet oħrajn, tħobb, taqdi u takkumpanja s-soċjetà bħala pont fejn jiltaqgħu u jiddjalogaw in-nies kollha ta' rieda tajba. Ekonomija iżjed ħanina tnaqqas l-inugwaljanzi ma tippermettix l-isfruttar u toffri impjieg għal kulħadd. L-integrazzjoni tal-immigranti hija mibnija fuq id-djalogu u fuq sehem fil-jeddijiet u fir-responsabiltajiet. L-istat jiggarantixxi ħarsien soċjali għal kulħadd, bi preferenza għal dawk l-iżjed dgħajfa fis- soċjetajiet tagħha. Soċjetà miftuħa L-Ewropa hija soċjetà miftuħa għad-dinja u fi djalogu kontinwu ma' naħiet oħra tad-dinja. L-Ewropa tagħti sehemha lid-dar komuni globali u taqsam ir-responsabbilità tad-dinja, billi tkun imħejjija u twieġeb għal kriżijiet umanitarji u tagħti sehemha għall-iżvilupp sostenibbli tal-popli u tal- komunitajiet f 'naħiet oħra tad-dinja u bi sħab m'attivisti lokali." It-tliet pilastri vitali tas- soċjetà Pilastru numru 1: il-familja Il-familja, bħala l-ewwel esperjenza ta' komunità fil-ħajja personali hija l-post fejn il-ħiliet jiġu żviluppati u fejn il-pedamenti tal- hena jitqiegħdu. F'dan is-sens l-familja hi pilastru fundamentali tal-hena soċjali bħala riżultat tal-ħila tagħha li tissodisfa l-ħtiġijiet materjali tal-membri tagħha u ssib tarf tad-diffikultajiet tagħhom. Il-familja hija wkoll l-ewwel post fejn it-tfal jiskopru u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, jibnu l-adattament tagħhom u jsiru kapaċi jieħdu sehem sħiħ u jagħtu sehemhom lis- soċjetà. Il-familja għandha tkun intitolata li tirċievi mis-soċjetà u mill-istat ħarsien soċjali , legali u ekonomiku addattat. Dan il-jedd hu rikonoxxut saħansitra fil-Karata tal- Jeddijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropeja u l-Karta Soċjali Riveduta tal-Unjoni Ewropeja u hi speċifikata bħal wieħed mill-iskopijiet għall- iżvilupp sostenibbli. Pilastru numru 2: ix-xogħol Ix-xogħol hu jedd fundamentali li minnu jiddependu l-iżvilupp tal- ġustizzja soċjali u tal-paċi soċjali. Il-kapital primarju li jitħares u jkun apprezzat hu l-bniedem, il-persuna umana fl-integrità tiegħu jew tagħha. Ix-xogħol għandu jintgħażel bil-libertà, li jkun jirrispetta lill-ħaddiem mingħajr diskriminazzjoni biex il- familja tkun f 'qagħda li taqdi l-bżonnijiet tat-tfal fosthom il-bżonnijiet edukattivi, isseħħ il-projbizzjoni tax- xogħol tat-tfal, jippermetti l-unjonijiet jipprovdu spazju għall-iżvilupp personali u spiritwali u tara li jkun hemm irtirar deċenti mix-xogħol. Dan il-jedd hu rikonoxxut mid-dokument tal-Jeddijiet Fundamentali u dak Soċjali Ewropea Rivedut. Pilastru numru 3: ħarsien soċjali bħala investiment soċjali Is-sistema tas-sigurtà soċjali tipprovdi jew għandha tipprovdi għal infrastruttura soċjali konkreta fejn il- prinċipji fundamentali jkunu garantiti f 'ambjent ta' ġustizzja, ugwaljanza u solidarjetà jew suppost ikunu garantiti bħala pedamenti ta' infrastruttura soċjali konkreta. Din is-sistema għandha tinkludi ħarsien kontra perikli soċjali bħall-qgħad, disgrazzji fuq ix-xogħol, mard u diżabilità u tinkludi pensjonijiet għax-xjuħija, iffinanzjati mit-taxxi u tnaqqis mill-pagi u salarji. Dawn il-perikli soċjali jwasslu direttament għall- faqar. L-istat għandu responsabbilità kruċjali li jiżgura d-dinjità tal- bniedem u l-jeddijiet soċjali ta' kulħadd billi jorganizza s-solidarjetà b'mod inklussiv u suffiċjenti. Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth fiż-Żejtun illum | Il-Ħadd 21ta' April 2019 16 Opinjoni Għas-serħan tal-moħħ Biex iseħħu l-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza fl-Ewropa GODFREY FARRUGIA DUN ANG SEYCHELL MA JĦARES LEJN WIĊĊ ĦADD SAVIOUR BALZAN JIPPREŻENTA IL-ĦAMIS • TVM • 8.50PM