Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340
19 Il-Ħadd 28 ta' April 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L-ewwel 'tiri' tal-kampanja elettorali I ssa għaddiet l-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali għall- elezzjoni tal- Parlament Ewropew, bil-PN iħabbar il-bidu tagħha nhar it-Tnejn u l-Partit Laburista, għalkemm diġà beda jorganizza numru ta' attivitajiet, uffiċjalment beda llum. Nibdew bil-kampanja Laburista. Il-Partit Laburista jidher li se jmexxi kampanja simili ħafna għall-2013 u l-2017 u għaliex le? Strateġija rebbieħa ma tbiddilhiex. Li huwa differenti issa minn dawn iż-żewġ elezzjonijiet hija li forsi issa aktar minn qatt qabel l-ilmenti u t-tgergir huma aktar palpabbli, iktar tismagħhom illum, milli kont sa erba'/ ħames snin ilu. Tgergir dwar it-traffiku, tgergir u wġigħ serju dwar akkomodazzjoni soċjali, dwar persuni li Joseph Bartolo tal-Alleanza kontra l-Faqar qal li huma eluf, li qed iġebbdu l-paga kemm jifilħu biex forsi jkunu jistgħu jgħixu minħabba l-kirjiet eżorbitanti. Tgergir, issa bl-ammissjoni tal-PM Joseph Muscat stess, dwar il-ħmieġ li hawn kawżi kullimkien imma speċjalment f 'ċerti żoni turistiċi bħal Buġibba, li qed tibda tagħti dehra ħażina ħafna ta' pajjiżna. Tgergir kbir, anke jekk ma nħossux li huwa dejjem iġġustifikat, dwar il-barrani u l-impatt li tkabbir qawwi fil- popolazzjoni qed ikollu fuq l-infrastruttura u fuq il-pagi. Tgergir mill-kaċċaturi għax ma jistgħux jisparaw fuq il-gamiem u tgergir fuq l-ambjent għax hawn perċezzjoni li qatt daqs illum ma kien daqstant taħt attakk. Minkejja dan kollu, il-PN qed jagħmel żball kbir jekk qed jaħseb li bħalissa s-soluzzjoni awtomatika għat-tgergir hija vot lilu. Il-PM Joseph Muscat f 'dawn l-aħħar sitt snin bena immaġini ta' Partit Laburista li huwa l-aħjar soluzzjoni għall-inkwiet u problemi tal-pajjiż u s-snin li kważi kont tiddejjaq tgħid li Laburist mhux għaddew u intesew, imma qishom qatt m'eżistew. Huwa dan li, parzjalment, qed iwassal biex it-tgergir ma jirriżultax f 'wisq telf ta' voti u ftit biss 'switchers' lejn il-PN. Ħafna jemmnu li minkejja kollox; minkejja t-tgergir, iġġustifikat jew le, minkejja li kien hemm min forsi bill saba' jew tnejn fil-fonti, il-Partit Laburista jibqa' l-aqwa soluzzjoni għall-probemi tal-pajjiż bħalissa. Minkejja dan, huwa importanti li l-Partit Laburista ma jħossux kunfidenti wisq u allura jsir arroganti. Irid joqgħod attent biex ma jintilifx fin-numri u jinsa lin-nies. Sabiħ u huwa suċċess li qed nagħmlu surplus, imma hawn nies li mhux qed iħossuh dan. U anke jekk il-Gvern qed jibgħat iċ- ċekkijiet, importanti li qatt ma jagħti l-impressjoni li dawn qishom xi karrotta jew karità, biex tagħlaq ħalqek. L-aqwa saħħa tal-PL hija li matul din il-ġimgħa, anke qabel uffiċjalment bdiet il-kampanja, il-PL diġà qed jiġġieled din il-kampanja daqs li kieku qiegħed minn taħt, li assolutament mhux il-każ. Il-PN min-naħa l-oħra beda b'messaġġi tajbin u li jolqtu lin-nies, bħall-għoli tal-ħajja u l-pensjonanti. Ħasra li t-traskuraġni wasslet biex l-attenzjoni kienet iddevjata. Il-problemi tal-PN jibqgħu tlieta. L-ewwel, il-ħafna Nazzjonalisti li għadhom qed jgħidu li mhux se jivvutaw u li fil-fatt kontinwament ma vvutawx f 'elezzjonijiet ta' Kunsilli/ MEPs. It-tieni problema hija li l-PN mhux qed jidher li qed joffri l-alternattivi għall- Partit Laburista għax qed jidher wisq viċin il-PL fuq kwistjonijiet kardinali. Anke jekk mhux, hekk qed jinħass u din il-PN irid jiġġilidha. Però l-ikbar raġuni hija l-ġlied intern li ħakem lill- PN matul l-ewwel sena u nofs tat-tmexxija ta' Adrian Delia, ġlied li qaleb għall- agħar meta Delia għamel l-akbar żball u l-agħar kalkolu politiku u malajr malajr, ipprova jkeċċi lil Simon Busuttil. Anke jekk seta' kellu raġun, il-mod kif għamilha wera nuqqas ta' esperjenza u nuqqas ta' ħażen politiku. Il-muntanja hija iebsa u t-telgħa hija wieqfa għall-Partit Nazzjonalista, imma fil-politika xejn mhu impossibbli u anke jumejn twal, aħseb u ara tliet ġimgħat. Se jirbaħ il- PN f 'Mejju? Iċ-ċans huwa remot, però għandu ċans, jekk irid jibda t-triq tal- fejqan. Jista' jagħmel dan billi t-tmexxija tal-partit tieqaf tissuppervja u tiltaqa', jekk hemm bżonn individwalment, ma' kull Nazzjonalist li ma jridx jaf bil-partit, diffiċli kemm se tkun diffiċli. Sfortunatament iżda l-PN qed jippreferi jtella' billboards biex jgħidilna li "mifqugħin bil-barranin" u fil-proċess jidher illi qed jieħu t-triq il-qasira għas- suċċess (li probabbilment xorta mhux se jiġi) b'messaġġi xenofobiċi, populisti u li kienu jużaw mexxejja internazzjonali li meta telgħu fil-poter indunaw li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Din il-ġimgħa naraw liż- żewġ mexxejja jiddibattu għall-ewwel darba, fuq Xtra nhar il-Ħamis li ġej. Okkażjoni biex inqabblu bejn it-tnejn u dak li għandhom x'joffru, it-tattika u l-ħsieb taż-żewġ mexxejja. Editur: Albert Gauci Cunningham