Illum previous editions

ILLUM 28 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 28 ta' April 2019 | illum Aħbarijiet ... tkompli minn paġna 1 Intant mal-ILLUM Bartolo jirriserva kliem qawwi ta' kundanna għall-partit li kien jirrappreżenta. "Xlewni, akkużawni u għaddewni ġuri. Ikkundannawni u tawni sentenza mingħajr lanqas biss kellmuni." Mistoqsi minn din il-gazzetta, Bartolo sostna illi meta kellem lill-Prim Ministru Joseph Muscat u staqsieh għalfejn ingħata l-ġenb mill-partit li immilita fih ħajtu kollha, "qalli għax m'intix kapaċi taħdem mal-oħrajn u jien weġibtu 'mela biex tkun team player trid taqbel f 'kollox?' u qalli kemm inħobb infettaq." Imbikkem u pjuttost mweġġa' Bartolo sostna li hu mhux ifettaq imma jrid li l-affarijiet isiru kif suppost. Tant hu hekk li persuni Misidjani jew li jafu lil Bartolo sew u li kellmu lil din il-gazzetta qalu illi huwa raġel rett u jistenna r-rettezza, forsi xi ftit iżżejjed xi kultant. Ma' din il-gazzetta Bartolo jgħid illi hu qal lil Muscat li mhu vera xejn li hu mhux lest jaħdem man-nies u kompla jirrakkonta d-diskursata ma' Muscat. "Staqsieni jekk iniex lest naħdem u weġibt fil-pożittiv. Qalli li se jerġa' jiddiskuti u daqshekk, ma kellimnix aktar." "Id-difensur tal-Kunsilliera Mario Fava qal li d-deċiżjoni hija finali, għidtlu tini raġuni għalfejn ma tridunix nerġa' noħroġ. Sal-lum (jumejn wara r-riżenja) għadni ma rċevejt xejn. Dik demokrazija!" ilmenta Bartolo. In-nuqqas ta' Bartolo jista' jkun il-fattur determinanti li jwassal biex il-Partit Laburista jitlef l-Imsida li fl-aħħar elezzjoni lokali fl-2013 rebaħ b'27 vot biss. Bartolo kien kiseb 200 vot u din kienet l-ewwel elezzjoni tiegħu. 'Għandu problema ta' attitudni ...' Din il-gazzetta ma setgħetx tagħmel kuntatt ma' Fava għalkemm is-sorsi fil-PL sostnew li l-problema ta' Bartolo kienet illi dan kellu attitudni partikolari. "Pereżempju, meta jkun hemm kwistjonijiet li l-Kunsillieri tal-PL ma jaqblux bejniethom dwarhom issir laqgħa qabel, biex għall-vot ikun hemm kunsens. Bartolo ġieli lanqas kien jattendi għal dawn il-laqgħat imbagħad jivvota kontra jew ma jaqbilx mal-kandidati fil-laqgħa tal- Kunsill." Is-sors, li ma xtaqx jissemma b'ismu, sostna illi Bartolo kien infurmat bid-deċiżjoni tal-partit u li l-partit għamel kalkolu politiku li jwarrab lil Bartolo biex ma jissaggrifikax il-kandidatura kollha u fil- proċess jaċċerta telfa fl-Imsida minħabba nuqqas ta' kandidati. Bartolo iżda jagħti angolu ieħor għall-istorja mal-ILLUM u jgħid illi s-Sindku kienet ilha tgħid li mhux ħierġa. "Jien kont se nkun fil-lista u kelli ċans nakkwista ħafna voti għax lili l-Misidjani wrewni li japprezzaw ix-xogħol tiegħi għax lili jsibu kuljum fil- Kunsill." Kompla jallega illi "donnhom lili ma ridunix għax jiena l-politika nħalliha fil-ġenb u allura għamlu r-rikatt mal- partit. Qalgħu lili 'l barra u l-PM ġiegħel lis-Sindku terġa' toħroġ." "Jiena dejjem iddefendejt lin-nies tal-Imsida," sostna Bartolo mal-ILLUM. "Ili 25 sena naħdem fil-Kunsilli. Din li saret kontrija hija konfoffa kontra... qatt ma stennejtha din. Il-PM ma kienx kapaċi jxejjen dan l-aġir. Jien ħiereġ bħala indipendenti u se nnaddaf ismi mal-poplu Misidjan." Il-Labour għamel kalkolu li jwarrab lil Bartolo u ma jitlifx lil kandidati oħrajn Qed jintlaqgħu kwotazzjonijiet magħluqin jew permezz tal-imejl fuq electoral.office@gov.mt jew iddepożitati bl-idejn fit-tender box fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, VLT 2000 sal-10.00 a.m. ta' nhar il-Ħamis, id-9 ta' Mejju, 2019, għal: Kwot. Nru.02/2019 Provista ta' karozzi bix-xufier minn nhar is-Sibt 25 sal-Ħadd 26 ta' Mejju, 2019 Kwot. Nru.03/2019 Provista ta' karozzi bix-xuf ier minn nhar it-Tnejn 20 sal-Ħamis 23 ta' Mejju, 2019 Kwot. Nru. 04/2019 Għawdex – Trasport varju Kwot. Nru. 05/2019 Għawdex – Trasport varju Il-kwotazzjonijiet jistgħu jitniżżlu mis-sit www.electoral.gov.mt jew jinġabru mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta, VLT 2000 mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. AVVIŻ MILL- KUMMISSJONI ELETTORALI www.electoral.gov.mt ILBIERAĦ filgħodu saret mixja u atttività fil-post fejn inqatlet persuna, raġel mill- Kosta tal-Ivorju, fil-bidu ta' April. Il-qtil ta' Lassana Cisse Souleyman, ta' 42 sena. Diversi persuni mxew b'posters u fjuri li tqiegħdu fil-post fejn inqatel dan l-immigrant. Dan il-qtil qajjem għagħa u rabja fost ħafna għalkemm mhux forsi dik l-għagħa u rabja li wħud kienu qed jistennew. Intant nhar il-Ġimgħa ġiet organizzata Via Lucis mill- parroċċa ta' Birżebbuġa li l-intenzjoni primarja tagħha kienet riflessjoni dwar l-imħabba tan-Nisrani għall- barrani. Kienet ix-xewqa tal- parroċċa li fil-kuntest tal-qtil ta' Lassana Cisse Soul-eyman fl-istess raħal fl-ewwel jiem ta' April, il-komunità ta' fidi tirrifletti fuq ir-rwol tagħha li tara lil Kristu f 'kull min hu barrani, b'diversi modi, u tilqgħu. Ir-riflessjonijiet li saru matul l-erbatax-il stazzjon, li ħafna minnhom inkitbu minn Sister Maryanne Francalanza, iffukaw fuq diversi aspetti tal-ħajja li qed ngħixu llum u kif ħafna drabi nispiċċaw inneżżgħu lil bnedmin oħrajn mill- umanità tagħhom għax narawhom differenti. Fl- aħħar, qabel mument ta' ado-razzjoni tal-Ewkaristija, il-kappillan ta' Birżebbuġa, Dun Anton Galea Scannura fakkar fil-frażi li qal il- Papa Franġisku meta żar Lampedusa, li n-nisrani għandu jitlob għall-"grazzja tad-dmugħ" biex ikun jista' jara tassew lil Kristu fit- tbatija tal-proxxmu tiegħu. Il-gazzetta ILLUM ukoll irrappurtat dwar dak li qal Dun Galea Scannura nhar il-Ġimgħa l-Kbira Tkellem ukoll Fr Mark Cachia, tal-Jesuit Refugee Services li semma l-bżonn li jinħattu l-ħafna ħitan li huma ta' firda bejn il-bnedmin. Mixja li tfakkar lill- immigrant li nqatel f 'Ħal Far Talb fil-post fejn inqatel Lassana Cisse Souleyman Tfal jitfgħu l-fjuri fejn inqatel Lassana Cisse Souleyman | Ritratt ta' Massimo Costa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 April 2019