Illum previous editions

ILLUM 28 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 28 ta' April 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat JURGEN Pisani - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol lokali f 'dawn l-aħħar snin u li riċentament laħaq it- tragward importanti ta' mitt logħba fil-Kampjonat Premier. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn età żgħira ħafna. Ta' erba' snin, il-ġenituri tiegħi kienu ħaduni fin- nursery tal-Pietà Hotspurs fejn minn hemmhekk bqajt nikber, nitgħallem u nħobb iżjed il-logħba tal-futbol. X'tikkummenta fuq il-fatt li m'ilux irnexxielek tilħaq it-tragward importanti ta' mitt logħba fil-Premier? Mitt logħba fil-Premier huwa tragward sabiħ ħafna. Kull logħba li lgħabt fiha l-istorja tagħha u ċerti logħbiet jibqgħu dejjem memorji u marbutin ma' qalbek. Lgħabt l-ewwel logħba fil- Premier mat-tim li trabbejt miegħu, Pietà Hotspurs, fejn minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nagħmel dan! Sena wara mort ma' Floriana u nista' ngħid li ċerti logħbiet ma' dan il-klabb ifissru ħafna għalija. Inħares 'il quddiem għal aktar logħob fil-Kampjonat Premier! X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun bħala Floriana? Dan l-istaġun 2018/2019 kien staġun fejn żgur ma marx kif ippjanat għaliex il-pożizzjoni finali tagħna fil-klassifika xejn ma hi sodisfaċenti. Dan għaliex kemm il-klabb kif ukoll aħna l-plejers, l-ambizzjonijiet tagħna kienu biex nissieltu għall-post fl-Ewropa. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Il-format ta' 14-il tim fil-Premier għalkemm qed jagħti ħafna iżjed ċans lill-plejers Maltin biex jilagħbu fl-ogħla diviżjoni ta' pajjiżna, nemmen illi kieku jkun bejn tmien jew għaxar timijiet, kull logħba tkun ta' livell ogħla. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Jiena nemmen illi kull logħba jkun fiha storja u timijiet hekk imsejħa żgħar jistgħu jkunu huma li jtellfu l-punti lit-timijiet l-kbar u għalhekk li l-futbol hija logħba sabiħa però iva nemmen li hemm timijiet fejn id- distakk bejniethom huwa wieħed kbir. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Jien ma naqbel xejn ma' din il- proposta imma mhux għaliex bħalma jgħidu ħafna nies li l-plejers Maltin huma komdi fil-'comfort zone' iżda għaliex sa issa fil-preżent anke b'seba' plejers barranin, ħafna timijiet ma jakkwistawx barranin ta' livell għoli li huma aħjar mill-plejers Maltin. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Rigward grawnds, inħoss li hawn Malta għamilna qabża ta' kwalità speċjalment fil-Grawnd Nazzjonali fejn il-ħaxix dejjem ikun tajjeb u l-grawnd sar ikun imxarrab u b'hekk dan il-fattur ser jgħolli t-temp tal-logħba. Il-Grawnd taċ-Ċentinarju wkoll inbidillu t-tapit u sar wieħed tajjeb ħafna. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun sa issa? Il-kontroll tar-referis kien wieħed sodisfaċenti. Ovvjament, kull tim ser iħares u jikkummenta meta ssir xi deċiżjoni ħażina kontra t-tim tiegħu però jien nemmen li jekk ikollok tħares lejn staġun sħiħ, wieħed jara li jkun hemm bilanċ bejn id-deċiżjonijiet tajbin jew dawk ħżiena għat-tim rispettiv tiegħu. Jiena, napprezza u nifhem il-fatt illi ċerti referis jirreffjaw ħafna logħob matul il-weekend minħabba n-nuqqas kbir ta' referis li hawn. Saħansitra jiena kont qiegħed nikkowċja lit-tim tiegħi ta' taħt is-17-il sena f 'logħba tal-Kampjonat u bħala assistent referì kien hemm FIFA referì u l-għada dan ir-referì kont rajtu jkun assistent referì f 'partita hekk imsejħa 'top match' ta' dak il-weekend rispettiv. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċji huma ħafna però huma ferm importanti biex tipprova tasal għal-logħba fil-weekend fl-aħjar forma possibbli. Bejn it-taħriġ matul il-ġimgħa, nutrizzjoni li hija importanti ħafna u anke toqgħod attent fejn toħroġ huma fost is-sagrifiċċji li plejer tal-futbol għandu jagħmel. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? It-tqassim tal-ħin huwa importanti ħafna għalkemm jiena dan ma nsibux ta' problema għaliex ix-xogħol full- time tiegħi huwa dak ta' għalliem u għalhekk minħabba li fis-2.15pm nispiċċa mix-xogħol, faċilment inkun nista' nibqa' sejjer għat-taħriġ mat-tim. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Kien hemm mumenti fejn jiena kont imsejjaħ mat-tim nazzjonali għalkemm ix-xewqa tiegħi li niddebutta għadha ma waslitx, però jiena m'iniex persuna li naqta' qalbi u nibqa' nagħti l-almu tiegħi mat-tim li nkun qiegħed, imbagħad tkun id-deċiżjoni tal-kowċ jekk nissejjaħx jew le. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Il-futur tiegħi fil-futbol huwa li xi darba nirbaħ il-kampjonat u li anke jasal il-mument tad-debutt mat-tim nazzjonali. Ir-rebħ tal-unuri tal-FA Trophy u s-Super Cup huma mumenti sbieħ ħafna. L-ebda plejer ma jiddejjaq jirbaħ iżjed għax fl-aħħar mill-aħħar kull plejer meta jirtira jħares lura u jiftakar fl-unuri li jkun rebaħ matul il-karriera tiegħu. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ tiegħi għandu jkun li wieħed m'għandu qatt jaqta' qalbu. Mumenti tajbin u ħżiena matul il-karriera dejjem ser ikun hemm. Is- sagrifiċċji u tqassim ta' ħin tajjeb huma l-aktar affarijiet importanti flimkien mad-dixxiplina kemm fit-taħriġ u anke fin-nutrizzjoni. L-edukazzjoni hija wkoll fattur importantissimu. Dan għaliex kulħadd irid ikollu għażla oħra ta' x'jagħmel fil-ħajja tiegħu wara l-karriera tal- futbol jew anke f 'każ ta' xi injury li sfortunatament huwa parti minn kull sport. Dawk it-tfal jew żgħażagħ li tiġihom opportunità barra mill- pajjiż, intihom parir li jikkunsidrawha sew u jekk tkun opportunità ta' pass 'il quddiem fil-karriera kalċistika tagħhom għandhom jieħdu ċans għax b'hekk biss nemmen li fil-preżent it-tim nazzjonali jista' jibbenifika. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja lill-mara tiegħi Ivana, tas-sapport kontinwu tagħha għaliex il-ħinijiet 'il bogħod mid-dar mit- Tnejn sal-Ħadd huma twal u anke fil-mumenti speċjalment ħżiena sibtha ta' spalla għalija u dejjem ittini pariri tajbin u pożittivi ħafna biex ma naqtax qalbi u nibqa' għaddej. Grazzi wkoll lill-ġenituri tiegħi li kienu pilastri matul il-karriera tiegħi speċjalment meta kont iżgħar fejn kienu jduru bija minn post għall-ieħor kemm fl-iskola kif ukoll fil-futbol. 'Mitt logħba fil-Premier huwa tragward sabiħ ħafna' - Jurgen Pisani

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 April 2019