Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1110340
Sports 30 illum | Il-Ħadd 28 ta' April 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? Ifhem jien minn dejjem kont bniedem sportiv. Għażilt il-futbol għax bħal kull tifel ieħor kien jaffaxxinani dan l-isport. Mal-ewwel bdejt bħala goalkeeper għax kien jogħġobni dan ir-rwol. Niftakar li ommi qatt ma riditni nkun goalkeeper għax kienet tgħidli li nweġġa'. Bħala idolu kelli lill-goalkeeper Daniż Peter Schmeichel li dak iż-żmien kien jilgħab ma' ManchesterUnited. Kont nipprova nimitah u min jaf kemm–il darba mort ninxteħet bħalu sabiex nilqa' xi ballun. Sa minn meta kont żgħir bqajt nirsisti għax għedt li hemm posti bejn il-lasti. Ma jiddispjaċini xejn mill- għażla li għamilt. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek fil-Premier ma' Balzan FC. Kienet esperjenza sabiħa fejn fl- ewwel sena li ngħaqadt magħhom dħalt fil-UEFA Europa League fejn lgħabna kontra Neftci u sena wara kontra Baku. Kienu tliet snin sbieħ li diffiċli tinsa. Kellna wkoll iċ-ċans li naslu sal-finali tal-FA Trophy kontra Sliema iżda dakinhar konna tlifna bil- penalties. X'inhi d-differenza bejn li tkun goalkeeper fil-futbol għal goalkeeper tal-futsal? Hemm differenza kbira bejn dawn iż-żewġ dixxiplini. Fil-futbol 11-a-side ma tkunx involut il-ħin kollu minħabba l-kobor tal-grawnd u anke għax ikollok l-għajnuna tad-difensuri. Ara fil-futsal differenti, int trid tkun dejjem attent x'qed jiġri u apparti minn hekk tkun involut fil-logħba. Nemmen ukoll li fil-futsal irid ikollok riflessi tajbin u anke tkun taf mal-ewwel x'ser tagħmel minħabba l-veloċità li biha tintlagħab din il-logħba. Fil-fatt nista' ngħid li ma tistax tikkompara l-futbol mal-futsal għax huma żewġ affarijiet kompletament differenti. Taħseb li tista' tilgħab il-futsal u l-futbol f 'daqqa? Iva dażgur li tista'. Dan l-istaġun kelli rwol doppju hekk kif lgħabt ma' Luxol Futsal kif ukoll ma' Vittoriosa Stars fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Li forsi ma tantx tista' tagħmel hu li tilgħab il-futsal u tkun fil-kampjonat Premier. Hemmhekk naħseb li diffiċli. Kien hemm żewġ timijiet tal- Premier li kellmuni sabiex ningħaqad magħhom iżda jien ippreferejt li għal dan l-istaġun nibqa' kif jien. Jien għamilt ftehim mal-president ta' Luxol Mario Vella u anke mal-kumitat ta' Vittoriosa Stars sabiex nagħmel din il- biċċa tax-xogħol. B'xi mod ftehemna u din is-sena qdejt dan ir-rwol doppju. Allura int ma stajtx tilgħab ukoll mal-klabb tal-futbol ta' St Andrews? Iva, mela stajt nagħmel hekk iżda kif għedtlek xtaqt inħalli kollox kif inhu. Kemm jgħinek il-kumitat ta' Luxol immexxi mill-president Mario Vella u Nathaniel Jones fost oħrajn? Mario Vella huwa raġel fuq l-irġiel. Hu jemmen fija u ma nistax nieqaf nirringrazzjah tal-opportunita' li tani sabiex nilgħab ma' tim daqsekk prestiġġjuż. Kemm Mario Vella kif ukoll Nathaniel Jones mgħejjuna mill- kumitat ħabrieki ta' Luxol jaħdmu qatigħ għal dan it-tim. B'hekk wasalna biex nagħmlu d-double matul dan l-istaġun. Konna familja magħquda li kollha kemm aħna konna nafu xi rridu. Kemm taqbel mal-format tal- kampjonat tal-futsal ta' din is-sena? Ifhem naħseb li l-mod ta' kif inqasam bejn Elite u l-Ewwel Diviżjoni kien tajjeb. Trid tqis ukoll li t-timijiet qegħdin jonqsu u ma tantx tista' tagħmel mod ieħor. Mill-banda l-oħra għoġobni l-fatt li l-finali tal-play-off saret l-aqwa fost ħames logħbiet. B'hekk jiżdied l-eċitament u jkun hemm aktar logħob sabiħ. Minkejja kollox, kont tistenna li tirbħu l-ewwel tliet logħbiet minn ħamsa daqshekk faċilment? Le lanqas xejn! Ma stennejtx dawk it- tip ta' riżultati biex ngħidlek il-verità. Fit-tielet partita deher id-distakk bejna u bejn Valletta iżda kif għedtlek sinċerament ma stennejtx dan kollu. Iktar u iktar li nirbħu l-ewwel tliet logħbiet tal-Play-Offs u b'hekk nieħdu l-kampjonat mal-ewwel. Int ġieli ġejt magħżul mat-tim nazzjonali tal-futsal. Kif tħares lejn din l-esperjenza li tirrappreżenta lil pajjiżna? Dan l-aħħar minħabba li kont impenjat ma' Vittoriosa Stars ma kontx magħżul mill-kowċ Vic Hermans. Kif għedtlek ġieli jkolli nagħżel bejn żewġ sports. Meta kelli l-logħob tal-play- offs ma' Luxol, tlift żewġ logħbiet mal-Birgu. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dan it-tim li wkoll fehem l-esiġenzi tiegħu u tawni kull għajnuna u sapport meħtieġ. Mill-banda l-oħra kelli ċ-ċans li nilgħab mat-tim nazzjonali Malti tal- futsal u kull darba li lbist dan il-flokk ħassejtni verament kburi. Kif inhi l-esperjenza ma' Vittoriosa Stars? Hija esperjenza sabiħa u pożittiva. Għalkemm bħala klabb ma tantx qegħdin f 'pożizzjoni għolja fil- klassifika, xorta tajna l-almu tagħna fil-partiti li lgħabna u ġibna wkoll xi riżultati prestiġjużi. F'Jannar l-iskwadra naqset u telqulna xi plejers għalkemm żammejna sod sabiex tal- anqas nevitaw it-tielet post mill-aħħar. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn jintlagħbu l-logħob tal-Ewwel Diviżjoni? Jekk insemmu c-CentenaryStadium, dan huwa wieħed mill-aqwa grawnds sintetiċi li hawn fil-pajjiż bħalissa. Jien verament nieħu pjaċir nilgħab fuqu. Il-bqija l-grawnds oħra huma ta' livell aċċettabbli. Fejn titħarrġu intom bħala Vittoriosa Stars? Aħna nitħarrġu fil-faċilitajiet tal- iskola ta' De La Salle fil-Birgu stess. Dan huwa grawnd normali u ma ngergrux minnu. Xi tgħidli dwar il-faċilitajiet fejn fih jintlagħab il-futsal lokali fosthom il-Padiljun Sportiv ta' Kordin u dak tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport? M'hemmx xi ngħidu li l-parquet tal-court tal-iskola nazzjonali tal-isport huwa verament sabiħ. Fejn għandu x'jaqsam il-padiljun 'Ma stennejtx li nirbħu l-ewwel tliet logħbiet tal- Play-Offs u b'hekk nieħdu l-kampjonat mal-ewwel' Cristian Antony Muscat Chris Cassar - goalkeeper taċ-Champions tal-Futsal lokali, Luxol, kif ukoll goalkeeper ta' Vittoriosa Stars fl-Ewwel Diviżjoni fejn jaqdi ż-żewġ irwoli bl-aqwa mod possibbli. Nixtieq nirringrazzja lill-partitarji ta' Luxol li attendew bi ħġarhom għal-logħob li kellna mhux biss fil-play-offs iżda wkoll fil- kompetizzjoni Knock-Out " " Mario Vella huwa raġel fuq l-irġiel. Hu jemmen fija u ma nistax nieqaf nirringrazzjah tal-opportunità li tani sabiex nilgħab ma' tim daqshekk prestiġġjuż " "