Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

Helena Dalli se ssir Kummissarju Ewropew. Imma t-tluq tagħha huwa telfa għal pajjiżna? X'legat se tħalli? Dawk li jħobbuha u dawk li kuntenti li se titlaq jitkellmu mal-ILLUM Ara paġni 12 u 13 Helena Dalli se ssir Kummissarju Ewropew. Imma t-tluq tagħha huwa telfa għal pajjiżna? X'legat se tħalli? Dawk li jħobbuha u dawk li kuntenti li se titlaq jitkellmu mal-ILLUM Ara paġni 12 u 13 www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 667 • 28 ta' Lulju 2019 DIN il-gazzetta tista' tiżvela illi x-xogħol fuq il-proġett tal-hangar tal-SR Technics jinsab wieqaf hekk kif saret skoperta ta' tempju Neolitiku taħt l-art. Dan it-tempju huwa magħruf bħala tad-Debdieba u kien kiteb dwaru l-ewwel l-istoriku Thomas Ashby fl- 1914. Filwaqt li l-Malta Enterprise kkonfermat li dan ix-xogħol wieqaf, ħadd ma ried iwieġeb il-mistoqsijiet dwar il-possibilità li parti minn dan it-tempju fil-fatt inqered meta kien qed isir hangar tal-Lufthansa Technic lura fl-2007. Minkejja ħafna attentati minn din il-gazzetta, is-Sovrintendent tal- Patrimonju Kulturali Joseph Magro Conti baqa' ma weġibx il-mistoqsijiet mibgħutin lilu. Kollox wieqaf minħabba tempju Ara paġni 4, 5 u 19 DELIA REBBIEĦ IMMA GĦAD GĦANDU 32% TALKUNSILLIERA KONTRIH Katavri moħbija u dawk li qatt ma nstabu Ara paġni 6 u 7 Ara paġna 8 Nr 667 • 28 ta' Lulju 2019 REBBIEĦ IMMA TALKUNSILLIERA KONTRIH ILBIERAĦ il-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista vvutaw biex jagħżlu jekk Adrian Delia għandux jibqa' Kap tal-PN sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. Delia rebaħ din l-elezzjoni hekk kif kiseb 920 vot, jew 67.7%, mill-1,380 vot li ntefgħu. 432 kunsillier, jew 32.3%, vvutaw kontra u allura biex Delia ma jibqax kap. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, il-Kap tal-PN qal li ser jirrispetta lil dawk li vvutaw biex hu jitlaq u talabhom biex ikunu parti mir- riforma li qed iwettaq il-PN bħalissa. "Nistedinkom wieħed. wieħed, biex ikollkom fiduċja fil-partit ... kunu parti mill-bidla, kunu parti mill-bidla miegħi," qal għaċ-ċapċip u l-entużjażmu tal-attivisti fid-Dar Ċentrali. Immedjata kienet ir-reazzjoni tal-eks President tal-Eżekuttiv tal-PN, Mark Anthony Sammut, li qal li dan ir-riżultat juri li "għad hemm parti sostanzjali mill- partit u, aktar importanti, mill-elettorat li [Delia] għad irid jikkonvinċihom".

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019