Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 | illum Sports FILJIEM li għaddew, il-plejer ewlieni tal-pool f 'Malta Lydan Debono rebaħ lill-eks champion tad-dinja Craig Marsh minn Wales. Debono nnifsu tana iktar dettalji: "Bħalissa qed nieħu sehem f 'serje ta' tournaments ġewwa l-Ingilterra fejn għalihom jidħlu l-aqwa plejers fid-dinja. Fl-ewwel rawnd lgħabt kontra Amine Bounif mill-Marokk fejn irbaħt bi skor ta' 11-6. Fit-tieni rawnd li jiġi last 64, ġejt ma' eks champion tad-dinja tal- plejers professjonali Craig Marsh minn Wales fejn irbaħtlu bi skor ta' 11-10 fejn matul il-logħba kont 5-2 u 9-7 minn taħt. Fl-aħħar 32 ġejt ma' Liam White, plejer rinomat ħafna fl-Ingilterra fejn erġajt ħriġt rebbieħ bi skor ta' 11-10 fejn għal darb'oħra sibt ruħi minn taħt - 5-2 u 10-9, però finalment għamilt waħda mill- aqwa clearances ta' ħajti fil-frame deċisiv. Fl-aħħar 16 ġejt mal- Irlandiż Declan Brennan fejn dan il-plejer huwa rebbieħ tal-ewwel tournament ta' dawn is-serje. Kelli bidu ħażin ħafna u tul il- logħba kont minn taħt 4-0 u anke 8-4 però rnexxieli nidħol fil-logħba u ġibt l-skor 10-9 għalih però ma kienx biżżejjed u ħriġt tellief bl- ikor ta' 11-9. Issa, fadalli l-aħħar żewġ tournaments minn din is-serje li ħa jsiru f 'Settembru u Diċembru li ġej." Lydan Debono jkompli jimpressjona; jirbaħ lill-eks champion tad-dinja Tammy Manicolo -azzjoni It-tim ta' Blackbacks Netball Club Lydan Debono waqt l-azzjoni ftit qabel rebaħ lill-eks champion dinji tal-pool Aktar suċċessi għal Jalen Kickboxing Club RIĊENTAMENT ġie organizzat il-WUMA.ORG friendly fights tournament ġewwa l-Wu Shu Ky club Mosta. Jalen Kickboxing Club kien wieħed mit-timijiet li ħadu sehem bil-parteċipazzjoni ta' madwar tmien kickboxers fosthom Lea Scerri, Lexie Zerafa, Kirsten Chircop, li t-tlieta li huma rebħu l-ġlidiet tagħhom. Cain Tippett ġie draw. Ħadu sehem ukoll Clint Ascolese, Yurik Bonnici, Ritmay Spiteri u Eman Sciberras. Dan it-tournament kien bħala preparazzjoni għal dawk li ser jiġġieldu aktar 'il quddiem. It-tieni avveniment li Jalen Kickboxing Club ħa sehem fih kien il-magħruf Gladiators Night li sar ukoll riċentament fil- Padiljun tal-isport ġewwa Kordin f 'Raħal Ġdid. JKBC kienu rrappreżentati minn tliet kickboxers li kienu Marley Benner li rebaħ re-match fil- kategorija tal-31kg tat-tfal ta' 10 snin. Jaid Agius kellu l-ġlieda annulata peress li l-avversraju tiegħu kellu problema fil-piż. Jaid xorta ġġieled avolja b'piż anqas mill-avversarju tiegħu fejn tilef il-ġlieda bi split decision għalkemm kien tajjeb ħafna. L-atleta l-ieħor kien Miloš Anić fil-kategorija tat-62kg li rebaħ lill- avversarju Taljan fi ġlieda 3x3 bi tliet rounds ta' tliet minuti kull waħda. Aktar 'il quddiem Miloš ser jkun qed jiġġieled għall-European Championship. Għal aktar informazzjoni dwar Jalen Kickboxing Club idħlu fil- paġna tagħhom ta' Facebook minn Cristian Antony Muscat Mument waqt il-Wuma.Org friendly ghts tournament

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019