Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953
Minn Yendrick Cioffi ILĠIMGĦA li għaddiet ħafna kienu xxukkjati bl- aħbar li nstabu l-fdalijiet tal-katavru ta' Charlene Farrugia, it-tfajla ta' 25 sena, li kienet ilha rrapportata nieqsa mill-2008. Ftit għadhom ħarġu dettalji dwar dan il-każ, ħlief għal rapporti li raġel, li kien arrestat u misjub ħati fuq serqa mill- Gżira, stqarr mal-Pulizija fejn jinsab il-katavru ta' Farrugia. Iżda dan kien każ iżolat? F'Malta ġieli kellna każijiet simili? Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-istoriku tal-kriminal, Eddie Attard. Miegħu tat ħarsa lejn każijiet li ġew solvuti wara ħafna snin, każijiet fejn katavri nstabu moħbija u anke każijiet sal- lum għadhom misteru. Ma jkunx prudenti jekk f 'dan l-istadju wieħed jaqbad u jaqta' linja dwar il-każ ta' Charlene Farrugia, iżda skont rapporti, kien is-suspettat li stqarr mal-Pulizija fejn jinsab il-katavru. Eddie Attard saħaq li fl- istorja tal-kriminal f 'Malta kien hemm każ wieħed biss fejn persuna li kienet wettqet omiċidju stqarret hi stess mal- Pulizija dak li kienet wettqet. Dan il-każ imur lura 111- il sena ilu, jiġifieri fl-1908. Żagħżugħ li kellu 17-il sena kien qatel lil kuġinuh li kien għadu żgħir. Wara li qatlu, kien tefa' l-katavru tiegħu ġo għar f 'Ricasoli. Sena u nofs wara, dan iż- żagħżugħ kien qabeż il-Pulizija u mar direttament għand Maġistrat u stqarr miegħu dak li kien wettaq. Il-Maġistrat, akkumpanjat mill-Pulizija, kien mar fil-post fejn qallu ż-żagħżugħ u hemmhekk sabu l-fdalijiet tal-katavru tat-tifel. Ġieli kellna każ ta' omiċidju solvut wara ħafna snin? Ħafna baqgħu skantati għall- fatt li l-katavru ta' Charlene Farrugia nstab wara 11-il sena. Vera li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u dan il-każ għadu mhux magħluq, iżda staqsejna lil Attard jekk kienx hemm drabi fejn każ ta' omiċidju kien ġie solvut wara li għaddew ħafna snin. Minnufih semmielna każ ta' omiċidju li kien twettaq fl-1905 u li d-dettalji dwaru kien kixifhom ċertu Giuseppe Ellul, madwar 22 sena wara. Ellul kien biss xhud. Kien ra l-omiċidju jseħħ iżda żamm kollox mistur. Sadanittant kien hemm persuna ssuspettata iżda l-Pulizija qatt ma sabet provi kontrih. Ġara li dan Giuseppe Ellul kien weħel sitt snin ħabs fuq serqa li kien wettaq u ddeċieda li jilgħab karta. Saħaq li kien lest jikxef x'kien ġara 22 sena qabel, bil-patt u l-kundizzjoni li lilu jaħfrulu s-sentenza. Hekk kien ġara u l-każ kien ġie solvut. Is-serial killer Malti li nkixef għax parla ma' sħabu... F'każi oħra, omiċidji ġew solvuti għax persuni tkellmu aktar milli kellhom, forsi wkoll għax il-kuxjenza ma tħallihomx kwieti u għalhekk, ma' xi ħadd, ikunu jridu jiftħu qalbhom. Eddie Attard semma l-każijiet li ħafna għadhom jiftakru, jiġifieri dawk ta' Silvio Mangion, meqjus bħala 'serial killier,' hekk kif ġie akkużat li wettaq xejn inqas minn tliet omiċidji u attentat ta' ieħor. Dan Mangion, magħruf bħala Kalang, kien instab ħati li fl-1998 kien qatel lill-ġar tiegħu, Frenċ Cassar ta' 74 sena u bl-attentat tal-qtil ta' oħtu. Mangion kien weħel 20 sena ħabs. Fl-2005 Mangion kien inkixef minn residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin wara li parla u kixef li kien hu li qatel lil Rosina Zammit u lil Maria Stella Magrin. L-omiċidju ta' Rosina Zammit seħħ fl-1984. Zammit, li kellha 54 sena, kienet instabet fid-dar tagħha, f 'għadira demm, wara li qalgħet 37 daqqa ta' sikkina. Mangion instab ħati ta' dan il- każ u weħel għomru l-ħabs. Mill-banda l-oħra, Maria Stella Magrin inqatlet fl-1986. Din l-anzjana kienet instabet fid-dar tagħha f 'Bormla bi Ħafna baqgħu xxukkjati bl-aħbar li nstab katavru ta' tfajla rrapportata nieqsa 11-il sena ilu. Ġieli kien hemm każi simili? Fejn ġieli nstabu katavri moħbija? Il-qattiel dejjem inqabad? U l-katavru dejjem instab? L-ILLUM titkellem mal- istoriku tal-kriminal, Eddie Attard Katavri Ir-rapport fuq il-gazzetta The Times of Malta wara s-sejba tal-katavru ta' Maria Stella Magrin fl-1986 L-istoriku tal-kriminal Eddie Attard It-Torri tal-Għallis, fejn instabu żewġ katavri wieħed fl-1955 u ieħor fl-1985 Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019