Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953
Sports 30 illum | Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 Kif għażilt l-atletika fost minjiera ta' sport ieħor? Bdejt nipprattika ħafna mill-isports popolari ta' età żgħira fil-Kulleġġ ta' De La Salle. Kont nieħu gost nikkompeti fl-atletika għalkemm ma tantx kont nitħarreġ għaliha. Dak iż-żmien kont niffoka ħafna fuq il-basketball u kont inħoss li kelli talent. Minkejja kollox meta bdejt nikber, irrealizzajt li ma tantx kont ser nitwal u kien għalhekk li grazzi għall-pariri siewja tal-għalliema li kelli tal-Edukazzjoni Fiżika bdejt nieħu l-atletika aktar bis-serjetà. Niftakar il-mibki iżda qatt minsi Alfred Bajada li ggwidani ferm għal din l-għażla tant li sar l-ewwel kowċ tiegħi tal-atletika meta kelli 17-il sena. Kien ta' sodisfazzjon kbir għalija li rnexxieli nikseb riżultati tajbin fuq livell nazzjonali fl-ewwel mumenti tiegħi f 'dan l-isport. Sakemm kelli 20 sena kont nitħarreġ kemm ma' La Salle AC kif ukoll ma' Birkirkara Basketball Club taħt il-gwida tal-kowċ Paul Fenech. Eventwalment kelli nagħżel u mort għall-atletika. X'ħeġġek l-iktar biex tibda tipprattika dan l-isport? Kif għedtlek aktar qabel, kelli potenzjal li nispikka iktar f 'dan l-isport. Kien jogħġobni ħafna l-metodu ta' taħriġ kif ukoll it-teknika li atleta jħaddan. Il-fatt li stajt nikser xi rekords nazzjonali, nipparteċipa f 'avvenimenti prestiġjużi bħal kampjonati dinjija, il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar, il-logħob Universitarju u l-Logħob Olimpiku tani motivazzjoni żejda sabiex nagħżel l-atletika. Dan l-istess sport għoġobni għax huwa wieħed individwali u minn dejjem emmint li jekk titħarreġ aktar, ir-riżultati ser ikomplu jitjiebu. Illum il-ġurnata anzi ngħid li min jitħarreġ kif suppost u jżomm il-konsistenza ser ikollu l-aqwa riżultati. Nemmen li l-konsistenza hi ingredjent importanti għas-suċċess. Min kienu dawk il-persuni li l-aktar influwenzawk fl-atletika? Għandi x-xorti ngħid li tul il-karriera kollha tiegħi, kemm bħala atleta kif ukoll bħala kowċ, iltqajt ma' numru ta' persuni li ggwidawni sabiex intejjeb l-għarfien tiegħi fuq l-isport. Alfred Bajada kien jurina kontinwament li wieħed għandu jpoġġi moħħu hemm għax meta tipprattika sport individwali trid tirnexxi waħdek. Fl-istess waqt kelli wkoll numru ta' kowċis Taljani li wkoll tawni pariri tajbin foshom il-Head Coach Antonio La Guaria u Donato Sabia. Għal La Guardia kien importanti li titħarreġ kif suppost filwaqt li Sabia tani ċ-ċans nara aktar mill-viċin ir-realtà tal-atletika fl-ogħla livell. Persuni oħra li ħallew impatt fuqi kienu Gino Mallia, il-mibki John Taylor u Saviour Spiteri li xi darba kienu l-kowċis tiegħi. Irrid ngħid ukoll li atleta ma jdurx biss fuq il-kowċ iżda wkoll fuq membri oħra fosthom tobba u fiżjoterapisti. Jien kelli lit-tabib John Buhagiar li kien qed jieħu ħsiebi l-istess bħalma kien jagħmel il-fiżjoterapista Alan Zammit li fi żmienu kien ukoll sprinter. Ma nistax ma nsemmix lill-familja tiegħi. Il-ġenituri tawni l-appoġġ kollu neċessarju tant li ħarġu ħafna flus għalija sabiex intejjeb il-ħiliet tiegħi. Ma rridx ninsa lill-mara tiegħi Katya li nsejħilha bħala dik il-persuna li mexxietni 'l quddiem bl-appoġġ morali tagħha. Ġieli kien ikolli xi ġranet mimlija stress iżda għall-grazzja t'Alla hi kienet tagħmilli ħafna kuraġġ. Liema unuri prinċipali rnexxielek tikseb fil-karriera tiegħek? Naħseb li l-iktar unuri li nibqa' ngħożż kienu t-18-il midalja li rbaħt fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tal- Ewropa. Dan għamiltu fi spazju ta' 16-il sena. Minkejja kollox ngħożż ukoll xi unuri oħra li rnexxieli nirbaħ fosthom l-Isportiv tas-Sena 1999 mill-Għaqda Kittieba Sports u anke l-midalja tad-deheb mirbuħa fil-200 metru u oħra tal-fidda fil-100 metru waqt il- kampjonati dinjija tal-2009. Il-midalja tad-deheb kienet l-ewwel unur mirbuħ minn atleta Malti f 'kompetizzjoni dinjija. Anke fil-European Masters irnexxieli nieħu d-deheb u dan imlieni f 'sodisfazzjon kbir. Niftakar b'ċertu sodisfazzjon is- semifinali tal-200 metru waqt il-logħob Universitarji tal-1997 u l-midalja tad- deheb li rbaħt fir-relay waqt il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tal-2005. Irnexxieli wkoll inwettaq rekord nazzjonali darbtejn u dan għadu jgħodd sal-lum il-ġurnata. Bla dubju meta ġejt magħżul biex nipparteċipa fil-logħob Olimpiku ta' Atlanta 1996 u Sydney 2000 ħassejtni ferm kburi li kont qed nirrappreżenta lil pajjiżi. Liema kien l-aħjar ħin tiegħek fil- karriera? Il-ħinijiet tiegħi fil-100 metru, 200 metru u 400 metru komplew jitjiebu bil-mod il-mod sal-età ta' 29 sena. Minn dejjem kont nippreferi t-tlielaq tal-200 metru minħabba li saqajja joqogħdu iktar għal din it-tip ta' ġirja. Apparti minn hekk kont nieħu gost nitħarreġ f 'din il-kategorija filwaqt li l-iktar li kont immur tajjeb fiha. L-aqwa ħin tiegħi fil-100 metru kien ta' 10.64 sekondi fl-aħħar ġurnata ta' kwalifikazzjoni għall-Olimpjadi ta' Sydney. Kont iktar konsistenti fil-200 metru fejn kont qed niġri taħt il-21.70 sekonda bl-aqwa ħin ikun ta' 21.46 sekonda fl-2003. It-Taljani kienu laqqmu l-ġirja tal-400 metru bħala "il giro della morte", għalkemm jien ma tantx kien jogħġobni bħala isem. F'din il-kategorija jien ġrejt f 'ħin ta' 48.78 sekonda. Ir-relay kien avveniment ieħor li kont nieħu gost fih u t-tim għal- logħob tal-pajjiżi ż-żgħar ta' Andorra 2005 kien jikkonsisti minn membri oħra li flimkien rnexxielna nġibu ħin rekord ta' 40.63 sekonda. It-tim kien magħmul minn Jeandre Mallia, Rachid Chouhal u Darren Gilford. Din ġabet ukoll magħha l-midalja tad-deheb wara li warrabna l-isfida ta' Ċipru. Din baqgħet l-unika midalja tad-deheb mirbuħa mit-tim tar-relax 4 x 100 metru. 'Irrispetta lill-avversarji tiegħek teżerċita wieħed mill-valuri Olimpiċi' Cristian Antony Muscat Mario Bonello – perit, iżda wkoll wieħed mill-aqwa atleti li pproduċiet l-atletika f'pajjiżna f'kull żmien. Rebaħ bosta unuri prestiġjużi kemm fuq bażi personali kif ukoll bħala tim kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna. Huwa perit iżda wkoll wieħed mill-aqwa atleti li pproduċiet l-atletika f 'pajjiżna f 'kull żmien Rebaħ bosta unuri prestiġjużi kemm fuq bażi personali kif ukoll bħala tim kemm f 'pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna Ipparteċipa fil-Logħob Olimpiku ta' At- lanta 1996 u Sydney 2000 MARIO BONELLO Meta int jirnexxilek ittejjeb il-ħin u d-distanza tiegħek, int tkun ir-rebbieħ tiegħek innifsek