Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953
12-il daqqa ta' sikkina. Dwar dan il-każ, Mangion għad irid jgħaddi ġuri. Każ ieħor ma tantx imur lura fi żmien. Fl-2004, f 'Għawdex, kien inqatel l-Avukat Michael Grech. Grech kien attakkat quddiem ir-residenza tiegħu f 'Marsalforn, imkaxkar sal- garaxx u maqtul b'tir f 'rasu. Daniel Zerafa, magħruf bħala 'l-Pixka,' kien weħel għomru l-ħabs wara li nstab ħati ta' dan l-omiċidju. Inqabad għax kien parla ma' żewġ persuni oħra li kixfuh. Katavru li nħeba mhux dejjem instab... Ħafna skantaw kif il-katavru ta' Charlene Farrugia nstab wara 11-il sena moħbi. Il-ħabi ta' katavru komuni fl-omiċidji li seħħew f 'Malta? Eddie Attard spjega kif il- ħabi tal-katavri mhuwiex xi fenomenu tal-lum, iżda kien komuni wkoll fil-każijiet li seħħew fl-imgħoddi, tant li ġieli l-katavru baqa' qatt ma nstab. Fil-fatt, l-istoriku tal- kriminal semma każ li kien kien seħħ fil-5 ta' Diċembru tal-1999. Għawdxi kien ammetta li qatel lill-mara tiegħu u tefa' l-katavru tagħha fil-baħar. Minkejja t-tfittxijiet, dan baqa' qatt ma nstab. Każ aktar riċenti jmur lura għall-2005. Brian Rosso kien għeb f 'Ottubru ta' dik is-sena. Żewġ persuni tressqu akkużati bil-qtil ta' Rosso. Dan il-każ għadu pendenti, b'Rosso jew il-katavru tiegħu baqgħu qatt ma nstabu. Attard saħaq ukoll kif f 'Għawdex hemm diversi każijiet ta' omiċidji fejn il- katavri baqgħu ma nstabux. Iżda ħafna drabi l-katavru nstab... Mill-banda l-oħra, f 'ħafna każi oħra, il-katavru nstab. Eddie Attard ħadna lura għall- każ li kien seħħ bejn is-7 u t-8 ta' Mejju tal-1971. Carmelo Cassar kien inqatel mill-mara tiegħu u l-ħabib tagħha. L-omiċidju kien seħħ l-Isla iżda l-katavru kien instab fl-inħawi ta' Għar Ħasan, fil- limiti ta' Birżebbuġa. Bħall-każijiet imsemmija qabel, dan il-każ kien ġie solvut għax il-mara kienet parlat u ma' min parlat kien kixef. Hija kienet weħlet għomorha l-ħabs, filwaqt li l-ħabib tagħha weħel 18-il xahar ħabs. Morna aktar lura fi żmien, din id-darba fl-1955. Fid-9 ta' Marzu ta' dik is-sena, katavru kien instab ġo bir bla ilma fit-Torri tal-Għallis. Il-katavru kien ta' raġel li nsteraq ħmistax qabel. Nibqgħu fl-inħawi tat-Torri tal-Għallis, iżda mmorru għas-sena 1985. Eddie Attard semmielna każ li kien seħħ fi Frar. Ċertu Manwel Micallef kien irrapportat nieqes. B'rabta mal-għibien tiegħu kien ġie arrestat raġel u waqt l-interrogazzjoni kien stqarr fejn kien ħeba l-katavru. Manwel Micallef kien instab midfun biswit it-Torri tal- Għallis, fit-30 ta' Mejju tal- istess sena. F'dik is-sena wkoll, jiġifieri fl-1985, kien instab katavru ieħor. Fl-1982, Lino Cauchi, accountant minn Santa Venera, kien irrapportat nieqes. Il-katavru tiegħu kien instab f 'Novembru tal-1985, imqatta' biċċiet, ġo bir fil- Buskett. Ma hemmx għalfejn imorru daqshekk 'il bogħod... Iżda ma hemmx għalfejn immorru ħafna snin lura. Fl-aħħar snin kellna diversi każijiet ta' katavri li nstabu moħbija. Eddie Attard fakkarna kif f 'Ottubru tal-2013, Paul Grech instab bla ħajja, moħbi ġo fissura fil-blat fl-Aħrax tal- Mellieħa. Huwa ċar li Grech inqatel, iżda sal-lum dan il-każ għadu misteru. Każ li xxokkja ħafna nies u li tkellem dwaru Eddie Attard, kien dak ta' Mario Camilleri, magħruf bħala "l-Imnieħru," u ibnu li fl-2013 kienu nstabu midfuna ġo għalqa fil- Qajjenza. Ftti wara, fl-istess għalqa, kienu nstabu partijiet mill- ġisem ta' Matthew Zahra, li kien ilu rrapportat nieqes madwar sena. Dan il-każ ukoll għadu pendenti. Każ ieħor seħħ aktar kmieni din is-sena. Maria Lourdes Bonnici u bintha Angele Bonnici kienu nstabu midfuna ġo għalqa f 'Ħal Għaxaq wara li nqatlu b'tiri f 'rashom u daqqiet ta' mazza. Iben u ħu l-vittma qed ikun akkużat b'dan l-omiċidju, għalkemm hu qed iwieġeb mhux ħati, skont il- Prosekuzzjoni kien l-akkużat innifsu li ammetta u li kixef fejn kienu moħbija l-iġsma. Katavri moħbija u oħrajn li qatt ma nstabu; L-ILLUM tistaqsi Charlene Farrugia li l-fdalijiet tal-katavru tagħha nstabu moħbija wara 11-il sena Brian Rosso għeb fl-2005. Żewġt irġiel tressqu akkużati bil-qtil tiegħu iżda baqa' qatt ma nstab Il-katavru ta' Paul Grech ftit wara li nstab moħbi fl-Aħrax tal-Mellieħa 7 Aħbarijiet Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 | illum