Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 minn Cristian Antony Muscat IL-KAMPJONAT tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu kompla nhar il-Ħadd li għadda 21 ta' Lulju 2019 bit-tieni tiġrija minn tlieta kontra l-ħin fuq iċ-ċirkwit tal-Bypass tal-Imtarfa. Suċċess ieħor għaċ-ċiklisti tat-Team Greens fejn Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina fejn reġgħu rebħu l-kategoriji prinċipali tal-Elite. Fil-fatt, Etienne Bonello għamel it-tmien dawriet tiegħu f '30:46.20. Warajh spiċċaw rispettivament Mark Zammit ta' Mosta AF Sign Studio CC li għamel ħin ta' 31:09.49. It-tielet spiċċa Clive Ebejer tat- Team Greens CC f '31:10.12. Suċċess komplet għat-tim Greens li komplew jiddominaw il-kategorija Femminili fejn għal darb'oħra ttrijonfat Marie Claire Aquilina meta hija għamlet it- tmien dawriet tagħha f 'ħin ta' 33:43.37. Hija kienet segwita minn sħabha Lara Buttigieg u Michelle Vella Wood f 'ħinijiet rispettivi ta' 35:25.52 u 39:31.79. Il-Kategorija tal-Under 23 reġgħet intrebħet minn Bernard Sant ta' Mosta AF Sign Studio CC f 'ħin ta' 32:31.42. Warajh spiċċa għal darb'oħra Brandon Sultana ta' Gozo CC (33:35.33) u Isaac Spiteri ta' The Cyclist (34:12.79). Luke Borg ta' The Cyclist irrepeta s-suċċess tiegħu tal- ewwel tiġrija, meta rebaħ anke t-tieni waħda fil-Kategorija tal- Juniors f 'ħin ta' 33:51.96. Warajh spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti ta' Mosta AF Sign Studio CC, Max Zammit (35:22.94) u Sean Enriquez (35:23.28). Il-Kategorija tal-Masters 40+ intrebħet għal darb'oħra minn Ivan Zammit ta' B'Kara St. Joseph SC f '32:34.88. Huwa kien segwit minn Nicholas Schembri ta' Mosta AF Sign Studio CC (33:22.34) u Malcolm Cachia ta' Agones SFC (33:36.24). Il-Kategorija Maskili tal- Under 16 rat suċċess komplet miċ-ċiklisti ta' Mosta AF Sign Studio CC, bir-rebbieħ ikun Matthew Galea Pirotta li temm is-sitt dawriet tiegħu f 'ħin ta' 25:30.11. Warajh daħlu sħabu Jacob Schembri (25:49.11) u Michael Sean Darmanin (28:56.46). Kristina Spiteri ta' The Cyclist (29:00.67) rebħet l-istess kategorija Femminili. Il-Kategorija Maskili tal-Under 14, intrebħet għal darb'oħra minn Miguel Galea ta' The Cyclist CC li spiċċa l-erba' dawriet tiegħu f 'ħin ta' 17:37.06. Warajh spiċċa sieħbu Kai Azzopardi (19:18.60) u Luca Vella ta' B'Kara St.Joseph SC (20:22.08). Hannah Dandria ta' Mosta AF Sign Studio CC rebħet l-istess kategorija Femminili f 'ħin ta' 21:08.09. Il-Kategorija tas-Subien Under 12 reġgħet intrebħet minn Jonas Micallef ta' Mosta AF Sign Studio CC li għamel id-dawra tiegħu f '05:15.00. Warajh spiċċaw Keith Sultana ta' Gozo CC f '05:22.00 u Luca Teuma ta' Mosta AF Sign Studio CC (05:35.00). L-istess Kategorija tat-Tfajliet intrebħet minn Kate Vella tat-Team Greens f '08:08.00. Fi tmiem it-tiġrijiet, John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali tal- Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu għamlu l-premjazzjoni tal-medalji lir-rebbieħa. illum Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina jerġgħu jirbħu fit-Time Trial tal-2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019