Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 | illum Training camp suċċess mill-Akkademja internazzjonali tal-futbol Malti FIL-BIDU ta' dan ix-xahar kowċis mill-klabb Ingliż ta' Stoke City ġew f 'Malta sabiex jagħmlu sessjonijiet ta' taħriġ lit-tfal li jattendu l-International Football Academy Malta. Dawn is-sessjonijiet saru bejn l-1 u l-4 ta' Lulju b'taħriġ doppju filgħodu fil-grawnd ta' Żurrieq FC. Il-kowċis li ġew f 'Malta kienu ta' livell tajjeb ħafna u apparti li għamlu riklam sabiħ lil StokeCity FC, taw l-opportunità lit-tfal li jattendu l-akkademja sabiex jesperjenzaw trejning professjonali. Fl-aħħar ta' dawn it-trainingcamps, numru ta' tfal intgħażlu sabiex aktar tard matul din is-sena jmorru xi ġranet fl- Ingilterra u jitħarrġu ma' plejers tamparhom. Stoke City FC Academy hi magħrufa sew fil-Midlands, fiċ- ċentru tal-Ingilterra u hi waħda mill-iktar rinomati taż-żona. Kif spjegalna d-direttur tal- International Football Academy Malta Nicholas Baldacchino, l-għan ta' dawn it-training camps hu li jesponi lit-tfal Maltin għal opportunitajiet varji li minnhom jitgħallmu ħafna affarijiet. Il-kowċis kellhom iċ-ċans jevalwaw sew lil dawn il-plejers żgħar u taw il-lista uffiċjali lill-istess Baldacchino sabiex imorru jitħarrġu magħhom. Din l-akkademja Maltija diġà bagħtet għaxart itfal hemmhekk u għalihom din kienet esperjenza unika fejn tgħallmu ħafna filwaqt li kellhom l-awtonomijia li jgħixu barra minn Malta b'mod professjonali. Huma tgħallmu ħafna affarijiet u ġew lura Malta b'bagalja ta' esperjenzi li ser jibqgħu jiftakruha tul ħajjithom kollha. Baldacchino qal li training camps bħal dawn ikollhom l-iskop li jagħtu aktar opportunitajiet sabiex sa minn età żgħira l-plejers jilagħbu barra minn xtutna. Baldacchino huwa kowċ dedikat li barra li hu d-direttur tal- akkademja u għandu l-UEFA Elite, bħalissa qed jokkupa l-kariga ta' HeadCoach fi ħdan Pietà Hotspurs Youth Academy. Nicholas Baldacchino qal li għażel grupp ta' tfal minn 11-il sena 'l isfel għax jixtieq jaħdem aktar fuq il-bażi tat-timijiet aktar milli jsib kollox lest. M'hemmx dubju li din hi età kruċjali sabiex it-tfal iħobbu l-logħba u l-għan hu li jitħajru jkomplu jilagħbu l-futbol u jtejbu l-ħiliet tagħhom. Id-direttur ta' IFC Malta jemmen li f 'pajjiżna hawn kowċis tajbin ħafna u ddedikati u hemm bżonn nieħdu vantaġġ mill-potenzjal tagħhom. Hu qal li ħafna jagħfsu fuq il-lat tekniku tal-logħba mat-tfal, iżda huwa importanti li wieħed jiffoka wkoll fuq il-fiżiku minħabba li f 'dan ir-rigward hemm diversi elementi importanti bħas-saħħa, il-veloċità u anke l-kontroll tal- ballun bir-ras, bis-sider u anke b'saqajk. Plejer ma tridx tgħallmu biss kif jaqbeż plejer jew jiġri bil-ballun iżda wkoll xi jrid jagħmel meta ma jkollux il-ballun f 'saqajh. Għalhekk wieħed irid jagħti opportunità lit-tfal sabiex barra li jkomplu jiżviluppaw il-kreattività tagħhom, jiġu offruti l-aħjar sessjoni ta' taħriġ b'mod ħolistiku. Baldacchino jisħaq li f 'Malta hawn talent kbir u li jekk ma nibdewx nuru s-sbuħija tal-logħba sa minn età żgħira, iċ-ċansijiet huma li ċerti tfal jintilfu meta jikbru. Sadanittant it-tfal affiljati mal-International Football Academy Malta jkollhom sessjonijiet darba f 'ġimgħa fejn fost l-oħrajn hemm ukoll l-eks plejer internazzjonali Malti Nardu Farrugia li qed jgħinhom bħala kowċ ta' esperjenza. Din l-akkademja torganizza diversi training camps b'mod regolari fejn barra Stoke City kien hemm ukoll l-Akkademja ta' AC Milan li wkoll ġew f 'pajjiżna jagħmlu sessjonijiet ta' taħriġ ma' dawn it-tfal fl-ogħla livell possibbli. Sadanittant is-sessjonijiet ta' Stoke City FC Academy komplew ukoll f 'Għawdex hekk kif fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta' Lulju ltaqgħu ma' xi tfal Għawdxin fil-grawnd ta' Nadur Youngsters. Anke hawn l-istess kowċis Ingliżi kellhom sessjoni ta' taħriġ mat-tfal li apprezzawhom ferm dawn il- jumejn filwaqt li ħadu pjaċir b'dak li ġie offrut lilhom. Waqt il-mument ta' taħriġ mill-kowċis ta' Stoke City minn Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019